Sunday 17th March 2013
It-8 u d-9 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – is-17 u d-19 ta’ Marzu

minn Magnat


Zewg laqghat ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel se jinzammu matul il-jiem li gejjin, l-ewwel wahda nhar il-Hadd 17 ta’ Marzu u mbaghad it-Tlieta 19 ta’ Marzu (festa pubblika ta’ San Guzepp).  Kull laqgha tikkonsisti fi tmien tigrijiet li jkunu sebgha tat-trott u wahda tal-galopp.  Kull laqgha tibda’ fis-1.30pm. 


Ghandna tliet attrazzjonijiet ewlenin f’dawn il-laqghat, cioe’ l-bidu tas-semi-finali tal-Condition Races ghall-klassijiet Gold, Silver, Bronze u Copper, is-semi-finali tat-Tazza Chukkas ghaz-zwiemel tal-galopp u zewg tigrijiet interessanti tal-klassi Premier.


It-tigrijiet kollha tat-trott huma fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.


Ghandna sitt semi-finali ta’ condition races f’kull laqgha (il-bqija jsiru il-Hadd ta’ wara 24 ta’ Marzu).  Il-finalisti minn kull semi-finali huma l-ewwel erbgha minn kull tigrija tal-klassi Copper, l-ewwel tnejn mit-tigrijiet tal-klassi Bronze, l-ewwel erbgha minn kull tigrija tal-klassi Silver (se jinzammu zewg finali ghall-klassi Silver) u l-aqwa tlieta minn kull tigrija tal-klassi Gold.


L-oghla klassi li fiha ghandna Condition Race hija l-klassi Gold, biz-zewg semi-finali f’dawn il-laqghat jaraw diversi zwiemel li gejjin minn prestazzjonijiet pozittivi, bhal Orage du Pont, Keeping Quality, Oscar Mati, L’Ideal de Fersan, Blizzard AD, Niky de Memartin, Nick de Touchyvon, Jerry Eme, Reado November u hafna ohrajn.


Il-lista shiha tinkludi wkoll diversi zwiemel tat-trott li kellhom prestazzjonijiet ta’ success fil-klassi Premier (u li jistghu ukoll eventwalment jigu promossi lura f’dik il-klassi), xi whud minnhom anki dan l-ahhar.


Iz-zewg tigrijiet tal-klassi Premier huma wkoll attrazzjonijiet ewlenin.  Fost il-15-il partecipant, it-tigrija tal-Hadd tinkludi numru ta’ zwiemel tat-trott popolari, li hafna minnhom kienu eliminati b’sorpriza mill-heats tat-Tazza l-Kbira l-gimgha l-ohra, bhal Oran, Oltedo de Rieux, Mont Cenis Honey, Ourasi Diams, Olympien Major, Mars, Label Chouan, Milord Barbes, Argus Hanover u ohrajn.  Kollha ismijiet li m’ghandhom bzonn ebda introduzzjoni. 


Ghandna wkoll id-debuttant Franciz ta’ 11-il sena Oleron Senonchois, li huwa rregistrat bl-oghla numru ta’ punti ghad-debuttanti fil-klassifikazzjoni tal-MRC.  Ir-rebh ta’ flus tieghu barra minn xtutna huwa ta’ Euro303,820 maqsum fuq 14-il rebha u hafna pjazzamenti, bl-ahjar hin ta’ 1’12’6 fil-kilometru fuq distanza ta’ 2,150m.  Fl-ahhar sitt tigrijiet tieghu fi Franza sal-ahhar tigrija tieghu f’nofs Mejju 2012, huwa rregistra xejn inqas minn tlett rebhiet u pjazzament fir-raba’ post fuq distanzi li jvarjaw bejn 2040m u 2925m.


It-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar it-Tlieta tinkludi wkoll diversi zwiemel tat-trott li diga’ rebhu jew ippjazzaw din is-sena, bhal Noble d’Ete, Net de Ginai, Troy Boshoeve, Orion du Vaumicel, Give to Get u diversi zwiemel ohra ta’ valur li jistghu jisfidaw bis-shih jekk ikunu f’forma tajba.  L-iSvediz ta’ 9 snin Splendido Star huwa wkoll mistenni jiddebutta f’din it-tigrija.


Minbarra z-zwiemel godda msemmija aktar ‘il fuq, il-Francizi Monnerie, Pelican des Champs, Quimoway d’Albizia u Quincy d’Angot u l-iSvediz Dash Boy huma miktuba biex jaghmlu d-debutt taghhom fil-klassi Silver.  


Huwa ta’ pjacir li naraw 12-il ziemel tal-galopp ikunu miktuba biex jigru f’dawn il-laqghat, fit-Tazza Chukkas miftuha ghaz-zwiemel kollha tal-galopp.  Qed jinzammu zewg semi-finali fuq distanza ta’ 1,750m, b’sitt partecipanti fkull wahda gejjin mill-Germanja, l-Gran Brettanja, l-Irlanda, l-Italja, Malta u l-Istati Uniti, li tlieta minn kull wahda jghaddu ghall-finali.


Dawn jinkludu zwiemel li diga’ rebhu jew ippjazzaw din is-sena, cioe’ Royal Fleece, Diamante Grande, Bon Santos, Timolin, Buttermilk u Henderlik, zwiemel li qed jaghmlu r-ritorn taghhom wara xi xhur jew snin ta’ nuqqas ta’ attivita’, Four Richer, Regal Med u Privileged Boy, kif ukoll zewg debuttanti, l-Irlandiz ta’ 6 snin Rosso Med u t-Taljan ta’ 7 snin Bluline.


Qed jistennewna zewg laqgha mill-aktar varjati.  Is-semi-finali ghall-condition races tat-trott u t-Tazza Chukkas ghaz-zwiemel tal-galopp bin-numru ristrett ta’ zwiemel li jikkwalifikaw minnhom ghandhom jipprovdu tigrijiet mill-aktar misselta, filwaqt li huwa dejjem ta’ pjacir li naraw fl-azzjoni z-zwiemel tat-trott taghna tal-klassi Premier, jipprovdu l-oghla livell ta’ kompetizzjoni f’Malta.  Nittamaw li jkollna waqfien mit-temp kiesah ta’ dan l-ahhar, sabiex l-ispettaturi jithallew jiehdu pjacir b’zewg wara nofsinharijiet mill-aqwa ta’ tigrijiet fil-korsa.


L-ahhar laqghat


Minghajr dubju, l-attrazzjoni ewlenija tal-ahhar zewg laqghat kienu s-sitt heats tat-Tazza l-Kbira Dragonara Casino Brasserie (fuq distanza ta’ 2,640m) li nzammu nhar il-Gimgha 8 ta’ Marzu, u li tawna l-24 semi-finalista, erbgha minn kull heat.


Fl-ewwel wahda, Arnie Sensation mar quddiem f’madwar nofs it-tigrija, izda ma seta’ jaghmel xejn biex jirrezisti l-attakki tad-debuttant Original Blue u ta’ Night Inlet fil-bidu tad-dritta tat-tmiem.  Original Blue baqa jzid fil-velocita’ biex spicca rebbieh b’madwar zewg tulijiet u nofs minn Night Inlet, segwit minn Arnie Sensation u Mig of the Wood li kkwalifikaw ukoll.  Il-hin tar-rebbieh kien 1’16’4 fil-kilometru.


It-tieni heat rat taqtiegha interessanti fid-dritta tat-tmiem bejn xejn inqas minn erba’ zwiemel, b’Nicos de Peneme jikseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu meta gheleb lid-debuttant Ofackevo b’ras biss fuq il-gister f’hin ta’ 1’17’0 fil-kilometru.  Zilver Boko u Ouragan de Sita ghaddew ukoll ghas-semi-finali.


Imbaghad kien imiss lil Odedjalo li jibbrilla, meta kiseb it-tieni rebha konsekuttiva tieghu fl-ahjar hin stagjonali s’issa fuq id-distanza ta’ 2,640m ta’ 1’15’4 fil-kilometru, grazzi ghal sprint b’sahhtu fid-dritta tat-tmiem li wasslu ghal rebha komda ta’ madwar tul u nofs mid-debuttant Okilaibo, b’dawn jigu segwiti fis-semi-finali minn Poppes Fighter u Kakisis.


Ir-raba’ heat ipprovdietilna sfida kbira fid-dritta tat-tmiem bejn Normand d’Oger u Sultan November.  Ta’ l-ewwel fl-ahhar kiseb it-tielet rebha konsekuttiva u t-tieni rebha stagjonali, ras biss qabel dan l-ahhar, f’hin ta’ 1’16’4 fil-kilometru.  Count of Life u Nitesco d’Anthony inghaqdu mal-ewwel tnejn fis-semi-finali wara li spiccaw warajhon f’dik l-ordni.


L-ahhar nofs tad-dritta tat-tmiem kien determinanti fil-heat ta’ wara, meta f’dak l-istadju rajna lil Nabab du Chatelet jaqbez lil Versace Boko u jiehu l-ewwel rebha stagjonali tieghu f’hin tajjeb ta’ 1’15’7 fil-kilometru.  Simb Mark u Carnegie Hall li spiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament ikkwalifikaw ukoll ghas-semi-finali.


L-ahhar heat rat tmiem drammatiku meta z-ziemel li kien fuq quddiem sa dak il-hin Quebec gie letteralment maqbuz fuq il-gister minn Nino de Saintho, li wkoll ha t-tielet rebha konsekuttiva u t-tieni wahda stagjonali, biex b’hekk din kienet it-tielet heat li nrebhet b’ras biss.  Il-hin tar-rebbieh kien 1’16’8 fil-kilometru.  Iz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw kienu Beckham Bob u Fire.


Fost it-tigrijet l-ohra, ta’ min insemmu t-tlett tigrijiet tal-klassi Gold fuq id-distanza sprint ta’ 1,640m li nzammu matul il-laqgha tat-3 ta’ Marzu. 


Dawn irrizultaw f’rebhiet ghal Ironbar (b’madwar zewg tulijiet u nofs minn Charm Hammering -  wara l-iskwalifika ta’ l-ewwel ziemel li qabez il-gister Global Hunt), L’Ideal de Fersan (b’aktar minn zewg tulijiet minn Kapro Wareco) u Orage du Pont (b’madwar nofs tul minn Blizzard AD – wara l-iskwalifika ta’ l-ewwel ziemel li qabez il-gister Orion de Chapeau) kollha fl-ewwel rebha stagjonali taghhom.  Orage du Pont irregistra l-ahjar hin tal-istagun s’issa, cioe’ 1’14’3 fil-kilometru.


Kellna wkoll zewg tigrijiet tal-galopp fuq id-distanza ta’ 1,750m, wahda f’kull laqgha.  Fl-ewwel wahda, d-debuttant Diamante Grande spicca b’sahhtu biex rebah b’nofs tul minn Timolin u Henderlik, filwaqt li fit-tigrija tat-8 ta’ Marzu, giri b’sahhtu fl-ahhar nofs dawra wassal lil Royal Fleece biex jikseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’madwar tul minn Buttermilk u Little Anthony rispettivament.


Fatti u Figuri 2012 (Ir-Raba’ Parti): Ix-xena tat-Tigrijiet tal-Galopp


Huwa xieraq li ntemmu l-harsa lura taghna lejn l-istagun 2012 b’harsa lejn ix-xena tat-tigrijiet tal-galopp u huwa xieraq ukoll li din id-daqqa t’ghajn tahbat mal-bidu tal-ewwel kampjonat tal-galopp ghal dan l-istagun, cioe’ t-Tazza Chukkas.


It-tigrijiet tal-galopp kellhom sena ohra pjuttost iebsa fl-2012.


16-il tigrija tal-galopp biss inzammu matul l-istagun li jfisser tnaqqis mill-istagun ta’ qabel.  Din hija medja ta’ tigrija kull 3.75 laqghat li nzammu matul l-2012.


Tlettax minn dawn it-tigrijiet kienu tigrijiet tal-Klassi A, b’tigrija wahda tal-Klassi B u biz-zewg finali jkunu miftuha ghaz-zewg klassijiet.


L-iktar distanza tat-tigrija popolari kienet dik sprint ta’ 1,250m b’9 tigrijiet, segwita mis-6 tigrijiet fuq id-distanza ta’ 1,750m u wahda biss fuq 2,250m.


L-iktar ziemel tal-galopp konsistenti kien l-Amerikan Cheeky Jack, fit-tieni stagun tieghu f’Malta, fl-eta’ ta’ 8 snin is-sena l-ohra.  Huwa rebah 4 darbiet u ppjazza darbtejn fit-tielet post mis-seba’ tigrijiet tieghu matul l-istagun, u rnexxielu wkoll jirbah l-aktar tigrija sprint (1,250m) importanti, cioe, l-Coronation Cup, wara li spicca fit-tieni post kemm fil-Coronation Cup kif ukoll fl-Exotique Challenge Cup fl-2011.


Fil-klassifika tal-aktar ziemel tal-galopp konsistenti huwa gie segwit minn zewg zwiemel ta’ hames snin, cioe’ Timolin (GER) u Darielli (Stati Uniti) rispettivament, li kull wiehed minnhom rebah darbtejn u ppjazzaw erba’ darbiet u darbtejn rispettivament.


Interessanti li bejniethom dawn it-tlett izwiemel rebhu nofs it-tigrijiet tal-galopp li nzammu f’Malta s-sena l-ohra.


Apparti l-Coronation Cup li semmejna aktar ‘il fuq, inzammet ukoll edizzjoni ohra tal-MRC Tote Mediterranean Derby, l-ikbar attrazzjoni fit-tigrijiet tal-galopp f’Malta, u din intrebhet mid-debba ta’ 4 snin Sleepwalking (GB), segwita minn Buttermilk (rebbieh fl-2011) u Etoile du Pic.


In-numru komplessiv ta’ zwiemel tal-galopp li ppartecipaw fit-tigrijiet fl-2012 ammonta ghal 33, tnaqqis ta’ aktar minn 21% fuq l-2011 (total ta’ 42) u ta’ kwazi 33% fuq l-2010 (total ta’ 49).


In-numru ta’ zwiemel tal-galopp godda li ddebuttaw fl-2012 kien jammonta ghal 10, inqas minn nofs it-22 debuttant tal-2011 u l-21 tal-2010.  Il-Gran Brettanja u l-Irlanda kienu l-pajjizi li minnhom originaw l-ikbar numru, bi 3 debuttanti kull wiehed, segwiti minn wiehed kull wiehed mill-Italja, Malta, l-iSvezja u l-iStati Uniti.


Ta’ min nenfasizzaw il-fatt li kellna debuttant wiehed Malti (Bon Santos), li hija okkazjoni rari.  Nisperaw li naraw iktar debuttanti Maltin fil-futur.


L-iktar eta’ popolari ghad-debuttanti kienet dik ta’ 4 snin (6 debuttanti), segwita miz-zwiemel ta’ 3 u 5 snin b’2 debuttanti kull wiehed.  L-aktar sess popolari kienu l-istalljuni (6), segwiti miz-zwiemel imsewwija u d-dwieb bi 2 kull wiehed.


L-aqwa hin fuq id-distanza ta’ 1,250m gie registrat minn Fyelehk (Stati Uniti) f’1’12’76, dak fuq l-1,750m mill-fuq imsemmi Cheeky Jack (1’46’79), filwaqt li l-aqwa hin tal-istagun fuq id-distanza ta’ 2,250m gie rrekordjat minn Just The Best (FR) (2’21’73).


L-izghar zwiemel tal-galopp li grew f’Malta fl-2012 kienu z-zewg debuttanti Four Richer u Sellybegood fl-eta’ ta’ 3 snin, filwaqt li l-ikbar kienu Docklands Brian u Privilidged Boy ta’ 11-il sena.


L-unur tal-Gerrej tas-sena ntrebah minn Ramon Grima bi 82 punt, segwit minn Demis Zammit u Michael Sultana f’dik l-ordni.  Erbatax-il gerrej hadu sehem b’kollox, b’xejn inqas minn tlieta minnhom ikunu Taljani, u b’sebgha biss jirnexxielhom jirbhu jew jippjazzaw.  


Bla dubju mhux l-isbah statistici ghax-xena tat-tigrijiet tal-galopp taghna.  Nawguraw li l-partijiet kollha nteressati jahdmu id f’id sabiex jizguraw li l-istagun 2013 ikun wiehed ahjar ghal din id-dixxplina tat-tigrijiet mill-isbah.


Nawgurawlkom zewg laqghat eccitanti fil-jien li gejjin.