Sunday 24th March 2013
L-10 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – l-24 ta’ Marzu

minn Magnat


Laqgha ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel se tinzamm nhar il-Hadd 24 ta’ Marzu, li tinkludi tmien tigrijiet tat-trott u tibda’ fis-1.30pm.


L-attrazzjoni ewlenija tikkonsisti f’zewg semi-finali eccitanti mit-Tazza l-Kbira Dragonara Brasserie fuq distanza ta’ 2,640m, bl-ewwel sitta minn kull wahda jikkostitwixxu t-12-il finalist. L-ewwel semi-finali tara z-zwiemel li gejjin: Beckham Bob, Sultan November, Nicos de Peneme, Nitesco d’Antony, Quebec, Carnegie Hall, Poppes Fighter, Count of Life, Night Inlet, Ofackevo, Mig of the Wood u Kakisis.


Seba’ zwiemel Francizi, tlett Svedizi, Finlandiz u Germaniz.


Din is-semi-finali ghandha d-distinzjoni li tinkludi zewg rebbieha tat-Tazza l-Kbira tal-passat, cioe’ d-detentur attwali Mig of the Wood u r-rebbieh precedenti Kakisis. Il-kompetituri l-ohra jvarjaw minn zwiemel ta’ esperjenza bhar-rebbieh tal-kampjonat Assikura A 2011 Count of Life, ghar-rebbieh recenti tal-Prix d’Enghien Night Inlet, ghal zwiemel ta’ kwalita’ relattivament godda bhal Ofackevo, bil-partecipanti kollha jkunu ugwalment validi u jisthoqqilhom post fil-finali.


It-tieni semi-finali tinkludi lista ohra ta’ profil oghli: Nino de Saintho, Original Blue, Fire, Simb Mark,Odedjalo, Arnie Sensation, Zilver Boko, Nabab du Chatelet, Normand d’Oger, Okilaibo, Ouragan de Sita u Versace Boko.


Seba’ Francizi, erba’ Svedizi u ziemel Olandiz.


B’lista bhal din, wiehed jifhem ghaliex il-Malta Racing Club, fl-ahhar sentejn, optja ghal 6 zwiemel li jikkwalifikaw minn kull semi-finali tat-Tazza l-Kbira. Kull min ma jghaddix probabbli jhossu sfortunat!


Iz-ziemel l-aktar konsistenti tas-sena l-ohra Zilver Boko, r-rebbieh tal-Prix de Vincennes ta’ Dicembru li ghadda Nabab du Chatelet, Nino de Saintho u Normand d’Oger it-tnejn gejjin minn tlett rebhiet konsekuttivi, z-zwiemel eccitanti li gew importati dan l-ahhar Odedjalo, Original Blue u Okilaibo, r-rebbieh ta’ diversi kampjonati fil-passat Arnie Sensation u zwiemel li gejjin minn rebhiet jew pjazzamenti tajba Fire, Simb Mark, Ouragan de Sita u Versace Boko.


It-tigrijiet l-ohra huma wkoll semi-finali, li jwasslu ghall-ghazla tal-ahhar finalisti tal-Condition races ghal kull wahda mill-klassijiet Gold, Silver, Bronze u Copper, fuq id-distanza iqsar ta’ 2,140m.


Dawn jinkludu zewg semi-finali mill-aqwa tal-klassi Gold b’listi shah ta’ 15 u 16-il partecipent rispettivament, bi tlieta biss jikkwalifikaw minn kull tigrija.


Dawn huma mimlija bi zwiemel f’forma tajba, li jinkludu xi whud li ghandhom almenu rebha u pjazzament fl-ahhar tlett hargiet taghhom, bhal Charm Hammering, Pirate d’Urzy, Ironbar, Kapro Wareco u Pepone de Castelet. Diversi ohrajn irnexxielhom iwettqu prestazzjonijiet sbieh dan l-ahhar.


Ghandna wkoll tlett debuttanti, cioe’ l-Francizi Prince de Blequin u Paolin de Bannes u l-Finlandiz Uncle Kemp.


Iz-zewg semi-finali tal-klassi Silver jikkomprendu 12 u 13-il partecipant rispettivament bl-ewwel erbgha minn kull wahda jghaddu ghall-finali. Dawn jinkludu zwiemel bhal Mr Snowman li gej minn zewg rebhiet u pjazzament, Oscar des Racques (rebha u zewg pjazzamenti), Daring Daylight (rebha u pjazzament fl-ahhar tlett tigrijiet), rebbieha ricenti Cal Win u Octobre En Fete u hafna zwiemel ohra ta’ kwalita’.


Il-laqgha tibda’ b’semi-finali tal-klassi Copper (4 zwiemel jikkwalifikaw minn 11-il participant) u semi-finali tal-klassi Bronze (2 zwiemel jikkwalifikaw minn 12-il partecipant).


Sa mill-ewwel Tazza l-Kbira li niftakar (34 sena ilu), s-semi-finali ta’ dan l-aktar kampjonat prestigjuz hawn Malta dejjem kienu mill-aktar eccitanti. Bil-kwalifika taghhom ghal dawn is-semi-finali, l-partecipanti diga’ rriservaw post fl-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta. Issa, dawn jipprovaw jimxu ‘l quddiem ghat-Tigrija l-Kbira ... izda biex jaghmlu dan m’hu facli xejn ghax ifisser li jridu jeghlbu whud mill-krema taz-zwiemel tat-trott f’Malta!


L-ahhar laqghat


L-ahhar zewg laqghat kienu kkaratterizzati minn diversi attrazzjonijiet.


Rajna numru kbir ta’ semi-finali mill-Condition Races ghall-klassijiet Gold, Silver, Bronze u Copper fuq distanza ta’ 2,140m.


Fl-ewwel semi-finali tal-klassi Gold, id-dritta tat-tmiem ipprovdiet taqtiegha attraenti bejn Skars Hanna u Natif de Fontaine. Fl-ahhar kienet tal-ewwel li kisbet l-ewwel rebha taghha f’Malta fit-tieni tigrija biss taghha fostna, inqas minn tul quddiem Natif de Fontaine f’hin ta’ 1’16’9 fil-kilometru. Keeping Quality hadet il-post li kien fadal fil-finali, meta spiccat it-tielet. Natif de Salvi dahal ir-raba’.


Fil-laqgha tad-19 ta’ Marzu, s-semi-finali tal-klassi Gold rat tmiem mill-aktar kumpatt, b’xejn inqas minn disa’ zwiemel jkunu biss ftit ghaxriet ta’ metri ‘l boghod minn xulxin. Madankollu, Orage du Pont kien l-aktar wiehed veloci minnhom kollha biex kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’16’3 fil-kilometru, tul quddiem Ouragan d’Any, b’L’Ideal de Fersan isegwihom fil-finali. Reado November spicca fir-raba’ post.


Is-semi-finali l-ohra ntrebhu minn Mint Condition, Wonderofyou, Pile ou Face u Ackaturbo fil-klassi Silver, Niko de Chamant, Pittacos, Quingen de Bussy u Noli de Marray fil-klassi Bronze, u Royal Qui u Esmeralda Run, fil-klassi Copper.


Il-protagonist tat-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Hadd li ghadda kien iz-ziemel relattivament gdid Ohime Mag li rnexxielu jikseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta fit-tieni tigrija tieghu hawnhekk. Fil-bidu kien id-debuttant Oleron Senonchois li mar quddiem, u huwa zamm il-kmant sa madwar dawra mit-tmiem, meta Ourasi Diams qabez liz-ziemel ta’ quddiem.


Izda Ohime Mag attakka b’sahhtu fid-dritta tal-faccata, mar quddiem madwar nofs dawra mit-tmiem u dan iz-ziemel kompla jimponi r-ritmu qawwi tieghu sat-tmiem, biex rebah b’aktar minn erba’ tulijiet minn Mars, segwit minn Ourasi Diams u Utah Hornline. Il-hin tar-rebbieh kien wiehed mill-aqwa ta’ 1’14’4 fil-kilometru, li huwa mhux biss l-ahjar hin tal-istagun s’issa fuq id-distanza ta’ 2,140m, izda wkoll l-ahjar hin f’Malta fuq din id-distanza fl-ahhar 4 snin u 8 xhur.


Fit-tigrija tal-klassi Premier tad-19 ta’ Marzu, Bonus Kall kien fuq quddiem prattikament mill-bidu sat-tmiem biex anki hu b’mod komdu kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta, anki hawnhekk madwar 4 tulijiet quddiem Magic de Assigny li spicca fit-tieni post, segwit minn Oncle Sam u Noble d’Ete. Il-hin ta’ Bonus Kall kien wiehed tajjeb ta’ 1’15’3 fil-kilometru fuq 2,140m.


Iz-zwiemel tal-galopp taghna ppartecipaw fis-semi-finali tat-Tazza Chukkas fuq distanza ta’ 1,750m. Sitt zwiemel ippartecipaw fis-semi-finali ta’ nhar il-Hadd, tigrija ddominata mid-debuttant Irlandiz Rosso Med, li ha kmant bikri u zammu matul it-tigrija kollha, biex spicca aktar minn 6 tulijiet qabel Royal Fleece, segwit minn Four Richer li kkwalifika wkoll.


Fis-semi-finali ta’ nhar it-Tlieta, Henderlik kien l-aktar ziemel veloci fost il-5 partecipanti mal-hrug mill-gageg tat-tluq, u zamm il-vantagg tieghu sa madwar 300m mit-tmiem, meta nqabez minn Timolin, li kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu fl-ahjar hin tal-istagun s’issa fuq din id-distanza ta’ 1’46’90, madwar tlett tulijiet quddiem Henderlik, li kien segwit ghal gol-finali minn Privileged Boy.


Matul il-laqgha ta’ nhar il-Hadd, rajna wkoll il-prezentazzjoni tal-Unur tas-Sewwieq tax-Xahar ghal Jannar- Frar 2013 lir rebbieh Cliferty Calleja, mis-Sur Patrick Cachia f’isem l-isponsors Patrick Cellars. Prosit lil Cliferty u grazzi minn qalbna lil Patrick Cellars talli ssapportjaw din l-inizjattiva.


Is-semi-finali tat-Tazza l-Kbira fil-passat – 40 u 35 sena ilu ...


Bhal m’ghamilna fl-ahhar snin, fil-preludju ghas-semi-finali tat-Tazza l-Kbira ta’ din is-sena, ahna naghtu harsa lura lejn is-semi-finali li nzammu fil-korsa tal-Marsa 40 u 35 sena ilu.


Tassew niehu pjacir insemmi z-zwiemel tat-trott li kienu protagonisti f’dawk iz-zmenijiet u li jiffurmaw parti mill-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.


Dak iz-zmien id-distanza tat-tigrija kienet 1.75 mili jew madwar 2,816m.


1973


Erbghin sena ilu, l-istagun 1972/73 jibqa’ mfakkar ghall-postponiment ta’ hafna laqghat tat-tigrijiet minhabba li t-temp ma kienx jippermetti. F’mument minnhom it-tigrijiet gew posposti ghal 11-il gimgha konsekuttiva!


F’dak l-istagun, is-semi-finali tat-Tazza l-Kbira inzammu t-tnejn fid-29 t’April 1973. Dawn iz-zwiemel tat-trott ippartecipaw fl-ewwel wahda: Azor, Reza de Pibrac, Ut Majeur III, Va Bien S, Uranium VIII, Viscrit, Urzy III, Quiscale III, Tournesol u Toutankhamon.


Ghall-ewwel kien Ut Majeur III li ha vantagg tajjeb, b’dan ikun anki sitt tulijiet f’xi hinijiet. Izda l-aqwa spettaklu wasal fid-dritta tat-tmiem meta Ut Mejeur III waqa’ lura u Toutankhamon u Uranium VIII sfidaw lil xulxin ras’imb’ras sat-tmiem. Rebah ta’ l-ewwel b’distakk mill-aktar minimu, b’Uranium VIII jispicca fit-tieni post, segwit minn Tournesol, Reza de Pibrac u Urzy III li kkwalifikaw ukoll.


It-tieni semi-finali kienet tinkludi dawn iz-zwiemel: Ribercourt A, Quillaja, Trigny, Ultimatum A, Troubadour L, Renov Vit, Terborch, Turlututu, Solide Espoir u Un Reve Royal. F’din it-tigrija, Ultimatum A ha l-kmant madwar 1,000m mit-tmiem u zammu b’mod komdu sal-ahhar, minkejja l-isfidi ta’ Un Reve Royal u Trigny. Fl-ahhar tat-tigrija r-rebbieh kien segwit minn dawn iz-zewg zwiemel f’dik l-ordni, li maghhom inghaqdu fil-finali, Solide Espoir u Terborch.


1978


L-istagun 1977/78 kien ikkaratterizzat mill-krizi finanzjarja serja li kellu l-Malta Racing Club u li giet ikkawzata mill-laghba li ma baqghux jaghmlu l-imhatri taghhom mat-tote tal-klabb u minflok fittxew bookmakers illegali. Eventwalment dawn ta’ l-ahhar gew legalizzati izda mhux qabel ma t-tigrijiet twaqqfu ghal xi gimghat, bil-konsegwenza li l-kampjonat tat-Tazza l-Kbira ma bediex qabel April.


Iz-zewg semi-finali nzammu fit-8 ta’ Mejju. L-ewwel wahda kienet ikkontestata minn seba’ partecipanti biss meta zewg zwiemel gew skraccjati qabel it-tigrija. Barra minn dan, Curdin Song rema’ s-sewwieq tieghu u tilef kull cans li jikkwalifika, biex it-tigrija spiccawha sitt zwiemel biss.


Din it-tigrija rat lill-veteran Urbain L imexxi qatta’ kompatta ghall-bicca l-kbira tat-tigrija. Madankollu b’madwar 200 metru mit-tmiem, Urbain L inqabez minn diversi zwiemel. Capimon ha l-kmant izda fl-ahhar gie meghlub mit-tmiem b’sahhtu ta’ Echassier. Capimon spicca fit-tieni post, segwit minn Beatnick II, Urbain L u Cousin Jules li kollha ghaddew ghall-finali, wara li ghelbu lil Bambi.


Disa’ partecipanti hadu sehem fit-tieni semi-finali, b’De Batilly, Cesar d’Orge u Teseide malajr jaqghu lura wara l-ohrajn u qatt ma jkunu bic-cans li jikkwalifikaw ghall-finali. Douaire ha kmant bikri segwit minn Erard du Mirville, liema kmant kien ta’ madwar tlett tulijiet b’madwar 1,000m mit-tmiem.


Fl-ahhar kilometru Espoir des Marais attakka z-ziemel ta’ quddiem u t-tnejn dehru ras’imb’ras hekk kif dahlu fid-dritta tat-tmiem. Madankollu, Espoir des Marais kellu ftit ta’ diffikulta’ kif kienu ghaddejjin minn hdejn il-kantuniera tal-“canteen” u Douaire hataf ic-cans tieghu biex zied il-vantagg u rebah b’madwar tul minn Espoir des Marais segwit minn Begiun du Mesnil. Cornichon M u Erard du Mirville spiccaw ir-raba’ u l-hames u ghaddew ukoll ghall-finali, meta ghelbu lir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira tal-1976 Alcyon III li ma kkwalifikax.
Kollha nafu kif spiccaw iz-zewg finali rispettivi izda se nergghu nghixu dawk il-memorji gimghatejn ohra meta nharsu lura biex niftakru fil-protagonisti!


Nawgurawlkom laqgha tat-tigrijiet eccitanti nhar il-Hadd li gej.