Saturday 30th March 2013
Il-11-il laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – il-31 ta’ Marzu

minn Magnat


Laqgha ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel se tinzamm nhar il-Hadd 31 ta’ Marzu, li tinkludi seba’ tigrijiet tat-trott u tigrija tal-galopp. Peress li jahbat Hadd il-Ghid, il-laqgha tibda’ fis-2.30pm sabiex tippermetti lid-dilettanti tat-tigrijiet li jiccelbraw il-pranzu tal-Ghid mal-familji taghhom qabel ma jmorru l-korsa.


Il-laqgha, maghrufa bhala l-laqgha Specjali ta’ Hadd il-Ghid, ghandha tlett attrazzjonijiet ewlenin, cioe’ tlett finali ta’ Condition Races tat-trott fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m, finali tal-galopp fuq distanza ta’ 1,750m, u tigrijiet normali ghall-klassijiet kemm Premier kif ukoll Gold fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m.


Il-finali ta’ Condition Race ewlenija fil-programm tal-Hadd hija dik ghall-klassi Gold, li fiha jippartecipaw 11-il ziemel tat-trott f’forma tajba, li huma: Orage du Pont, Charm Hammering, Rika Rico, Skars Hanna, Pepone du Castelet, L’Ideal de Fersan, Prince de Blequin, Touch The Diamond, Natif de Fontaine, Troubadour S u Ouragan d’Any.


Ghalhekk, zwiemel li gejjin minn Franza, l-Germanja, l-Olanda u l-iSvezja, li diga’ rebhu 9 darbiet bejniethom f’dawn l-ewwel tlett xhur tal-istagun, b’Orage du Pont u Charm Hammering jiksbu zewg rebhiet kull wiehed u Rika Rico, Skars Hanna, Pepone du Castelet, L’Ideal de Fersan u Prince de Blequin ikollhom rebha kull wiehed.


Iz-zewg finali tat-trott l-ohra huma t-tnejn riservati ghall-klassi Silver. L-ewwel wahda tinkludi 12-il ziemel tat-trott li ghandhom bejn 299 u 346 punt ta’ handicap f’din il-klassi. Dawn huma: Ostheo d’Havetot, Wonderofyou, Prince du Moutier, Magic Vaumicel, Orio de Marancourt, Mr King, Lucky d’Hercla, Ackaturbo, Obi Wan Kenobi, Cross Country F.C., Quartz du Lupin u Pile ou Face.


Zwiemel tat-trott li joriginaw fil-Belgju, Franza, l-Germanja u l-iSvezja, li rebhu 6 darbiet bejniethom f’dan l-istadju bikri tal-istagun. Zewg rebhiet kull wiehed ghal Wonderofyou u Ackaturbo, wahda kull wiehed ghal Lucky d’Hercla u Pile Ou Face.


Il-finali l-ohra tal-klassi Silver tinkludi 13-il partecipant li ghandhom medja ta’ punti ta’ handicap oghla ta’ bejn 334 u 389 punt. Il-lista shiha hija: Pilote de Nganda, Geronimos Cadillac, Okir de Leau, Octobre En Fete, Soren Sufflor, Alf Eme, Oscar des Racques, Lacoste I.T., Mint Condition, Prince November, Ouragan de Crouay, Nasdaq du Closet u Matador Knick. Tlieta minn dawn, Octobre En Fete, Prince November u Okir de Leau ghadhom kif gew promossi ghall-klassi Gold.


Il-partecipanti gejjin mid-Danimarka, Franza, l-Germanja u l-iSvezja, rebhu wkoll 6 darbiet bejniethom s’issa dan l-istagun u numru minnhom dan l-ahhar grew ukoll fil-klassi Gold. Zewg rebhiet ghal Octobre En Fete u wahda kull wiehed ghal Alf Eme, Oscar des Racques, Mint Condition u Prince November.


Bla dubju tlett finali tal-oghla kwalita’!


Il-laqgha tinkludi wkoll tigrija tal-klassi Premier li tara lista shiha ta’ 16-il partecipant, li jinkludu diversi zwiemel li kellhom prestazzjonijiet tajba din is-sena, bhar-rebbieh tal-kampjonat Assikura A Argus Hanover, Normand d’Oger li rebah darbtejn, kif ukoll Fire, Belafonte u Ohime Mag, li lkoll diga’ rebhu din is-sena, apparti zwiemel li gejjin minn pjazzamenti tajba dan l-ahhar bhal Magic de Assigny, Utah Hornline, Pro Shop, Ourasi Diams u Label Chouan.


Apparti Oscar Mati, l-bqija tal-14-il partecipant fit-tigrija tal-klassi Gold kollha qed ifittxu l-ewwel rebha din is-sena. Hafna minnhom kienu qed itellqu fil-klassi Premier sa dan l-ahhar u kwazi kollha jigu promossi ghal dik il-klassi b’rebha jew f’xi kazijiet anki bi pjazzament fit-tieni post.


Iz-zwiemel tal-galopp taghna wkoll se jkunu protagonisti nhar il-Hadd, bl-ewwel finali tal-galopp ta’ dan l-istagun, il-finali ghat-Tazza Chukkas. Erba’ partecipanti biss qed jiehdu sehem, zewg Brittanici, Irlandiz wiehed u Germaniz wiehed, izda l-kwalita’ taghhom hija ndiskussa.


Timolin gej minn rebha u pjazzament fit-tieni post din is-sena, Henderlik minn zewg pjazzamenti u Four Richer u Privileged Boy minn pjazzament tajjeb. Nistennew taqtiegha missielta bejn dawn iz-zwiemel ghal dan l-unur.


Il-laqgha tibda’ b’tigrija tal-klassi Copper segwita minn tigrija tal-klassi Bronze fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m, li huma wkoll mistennija li jkunu tigrijiet missielta. Id-debuttant Franciz Ugo de Malte mistenni jiddebutta fil-klassi Copper.


Bla dubju, programm mill-aktar varjat u eccitanti li ghandu jipprovdi wara nofsinhar xemxi u pjacevoli fil-korsa ghall-familja kollha!


L-ahhar laqgha


L-attrazzjonijiet ewlenin tal-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda kkonsistew fiz-zewg semi-finali ghat-Tazza l-Kbira Dragonara Brasserie fuq id-distanza ta’ 2,640m.


Diversi zwiemel kienu fuq quddiem matul l-ewwel semi-finali,  b’Mig of the Wood jiehu l-kmant fl-ahhar parti tat-tigrija. Madankollu, Kakisis li kien fuq in-naha ta’ wara tal-qatta’, faqqa’ attack b’sahhtu fuq in-nahat ta’ barra madwar 350m mit-tmiem, li spicca bi sprint mill-aqwa matul id-dritta tat-tmiem u rnexxielu jghaddi lil Mig of the Wood b’imnieher biss fl-ahhar nett.


Din kienet l-ewwel rebha stagjonali u t-12-il wahda f’Malta ghal Kakisis, li rregistra hin ta’ 1’16’9 fil-kilometru. Fil-finali nghaqdu mieghu Mig of the Wood, Poppes Fighter, Quebec, Count of Life u Nitesco d’Antony f’dik l-ordni.


It-tieni semi-finali rat prestazzjoni kbira ta’ Nabab du Chatelet, li gera prattikament it-tigrija kollha tlieta fuq barra izda xorta rnexxielu jmur fuq quddiem fid-dritta tat-tmiem u jirbah wara taqtiegha eccitanti ras’imb’ras ma’ Odedjalo u Okilaibo.


Mal-gister, Nabab du Chatelet kien ras quddiem Okilaibo li min-naha tieghu gheleb lil Odedjalo b’imnieher biss. Il-hin tat-tigrija kien dak tajjeb ta’ 1’16’0 fil-kilometru, b’din tkun it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali ghal Nabab du Chatelet u s-seba’ wahda tieghu f’Malta. Original Blue, Arnie Sensation u Nino de Saintho ghaddew ukoll ghall-finali.


Rajna wkoll zewg semi-finali pjacevoli ghall-Condition Races tal-klassi Gold fuq id-distanza iqsar ta’ 2,140m. Fl-ewwel wahda, Charm Hammering kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’16’0 fil-kilometru, grazzi ghal sprint qawwi fid-dritta tat-tmiem li rah jittrijomfa b’madwar tul minn Troubadour S segwit minn Rika Rico li kkwalifikaw ukoll. Nuper spicca fir-raba’ post.


Id-debuttant Prince de Blequin kien il-protagonist tat-tieni semi-finali tal-klassi Gold fi stil simili ghall-ewwel wahda, fejn l-isprint b’sahhtu tieghu fid-dritta tat-tmiem wasslu ghal debutt tal-holm, meta rebah b’madwar zewg tulijiet u nofs f’hin ta’ 1’16’8 fil-kilometru. Touch The Diamond u Pepone du Castelet ukoll ikkwalifikaw ghall-finali f’dik l-ordni, filwaqt li Xray Hornline spicca r-raba’.


L-ewwel semi-finali tal-klassi Silver rat lil Daring Daylight riesaq lejn rebha sakemm madwar 100m mit-tmiem, huwa bidel il-pass (probabbli minhabba li wegga’) u gie skwalifikat. F’dak l-istadju Prince November mar fuq quddiem u kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’madwar tul minn Oscar des Racques, segwit mill-finalisti Nasdaq du Closet u Lacoste I.T. f’hin ta’ 1’17’1 fil-kilometru.


Okir de Leau kien fuq quddiem sa nofs id-dritta tat-tmiem fit-tieni semi-finali tal-klassi Silver, meta wara attack qawwi, Octobre En Fete rnexxielu jaqbez liz-ziemel ta’ quddiem biex kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu inqas minn tul quddiem l-istess Okir de Leau, f’hin ta’ 1’16’3 fil-kilometru. Matador Knick u Soren Sufflor ukoll ikkwalifikaw ghall-finali.


Is-semi-finali tal-klassi Bronze ntrebhet minn Navaroso de Khepri (l-ewwel rebha tieghu fl-ahhar 18-il xahar) nofs tul quddiem One Fouteau li kkwalifika wkoll, filwaqt li Loulou de la Rose kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu fil-klassi Copper.


Finali


Forsi ma jinkludux it-Tazza l-Kbira jew xi finali ohra tal-klassi Premier izda erba' finali f’laqgha wahda huma bla dubju attrazzjoni ewlenija.


Nemmen li nghidu x’nghidu, ghas-sidien, is-sewwieqa u l-ispettaturi, l-qofol tat-tigrijiet taz-zwiemel huma l-finali. In parti forsi ghaliex ahna nfluwenzati mill-finali internazzjonali kbar bhall-Prix d’Amerique u l-Elitloppet u dak li jfisser li tkun rebbieh jew finalist f’wahda minnhom.


Il-finali taghna mhumiex f’dawk il-livelli izda ghalina lkoll huma daqstant jekk mhux aktar importanti. Bil-livelli u n-numru ta’ zwiemel dejjem jizdiedu f’Malta, il-livell tal-kompetizzjoni inevitabbilment ikompli tiela’ wkoll bhalma jixhdu l-hinijiet tat-tigrijiet irregistrati mhux biss fil-klassi Premier izda wkoll fil-klassijiet l-ohra.


Li tasal sal-finali fost kompetizzjoni bhal din fiha nnifisha mhi bicca xoghol xejn facli!


U mbaghad l-eccitament ta’ dawk it-tnejn sa erba’ minuti tal-finali, li huma l-kulminu ta’ tant kura, pacenzja u preparazzjoni taz-ziemel partikolari.


U tant hu facli wiehed jizbalja, kemm minhabba preparazzjoni mhux adegwata, strategija tat-tigrija zbaljata, xi incident sfortunat, meta ziemel iwegga’ matul it-tigrija, jew xi bicca xorti hazina. Dan kollu jaghmel tant impressjonanti rebha jew anki pjazzament!


Ghalija, m’hemmx favoriti u outsiders f’finali. Meta kien jigi intervistat dwar ic-cansijiet taz-zwiemel tieghu f’finali partikolari, is-sewwieq popolari mibki George “Bubuna” Schembri kien jiffrustra xi ftit lil dawk li jkunu jintervistawh billi kien ighid “Dawn kollha zwiemel tajbin.” U tabilhaqq hekk huma, ghaliex bis-sistema taghna ta’ tigrijiet ta’ kwalifika ma kienux ighaddu ghall-finali kieku ma kenux zwiemel ta’ kwalita’.


Din hija r-raguni li ghaliha hafna dilettanti tat-tigrijiet juzaw il-frazi “il-maghzulin” biex jirreferu ghall-finali, minhabba li jkunu ghaddew minn process ta’ selezzjoni rigoruz immirat biex jizgura li l-finali tkun riservata biss ghall-aqwa u l-aktar zwiemel f’forma tajba. Verament, kultant anki whud mill-favoriti ma jirnexxielhomx ighaddu ghall-finali bhala prova ohra tal-livell oghli tal-kompetizzjoni.


Ghalhekk, bla dubju, li tirbah finali kontra l-aqwa zwiemel fil-klassi partikolari huwa unur kbir. Turi li f’dak iz-zmien iz-ziemel partikolari kien l-aqwa wiehed fil-klassi tieghu. Xi darba jikber fiz-zmien u ma jibqax daqstant veloci, izda dak l-unur jibqa’ mnaqqax fl-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta, mfakkar b’ritratt kbir fuq il-hajt tar-remissa u fil-memorji ta’ dawk kollha li jkunu segwew it-tigrija.


Huwa rrilevanti jekk tkunx rebha komda jew kumbattuta, li tkun fil-finali u possibilment tirbah huwa kull ma jiswa. Nammetti li kieku kont sid jew sewwieq u kelli partecipant f’finali probabbli ma tantx norqod il-lejl ta’ qabel – l-eccitament li jkolli z-ziemel tieghi fil-finali jkun wisq ghalija!


U l-eccitament tat-tigrija nnifisha hija qisha loghba futbol li tispicca bil-penalties. Kollox ippakkjat f’dawn il-ftit minuti, meta mossa wahda, bhal penalty wiehed, tista’ tiddetermina jekk tirbahx jew titlifx.


Jalla jkollna tlett finali mill-aqwa. Izda ejja niftakru li ghalkemm ziemel wiehed biss jirbah it-tigrija, kull finalist huwa diga’ rebbieh billi wasal sabiex jikkompeti mal-aqwa fil-klassi tieghu.


U minkejja kollox, ejja niftakru wkoll li dan jibqa’ sport, li bhal hajjitna kollha huwa maghmul minn rebh u telf, u ghalhekk kollha kemm ahna ghandna nagixxu f’kull hin b’mod sportiv fejn il-“fair play” u li ma nehdux riskji bla bzonn ghandhom jigu l-ewwel, irrilevantement mir-rizultat.


L-isbah xewqat lill-partecipanti kollha!


Nawgurawlkom laqgha tat-tigrijiet pjacevoli nhar il-Hadd li gej u l-Ghid it-Tajjeb lilkom u lill-mahbubin taghkom.