Friday 5th April 2013
It-12 u t-13-il laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – il-5 u s-7 t’April

minn Magnat


Se jsiru zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fi tmiem din il-gimgha; nibdew b’laqgha ta’ tmien tigrijiet nhar il-Gimgha fis-6.30pm, u imbaghad programm ta’ seba’ tigrijiet nhar il-Hadd fis-2pm.


Il-Gurnata l-Kbira waslet mill-gdid.  It-tigrija tas-sena qed tistenniena.  Il-finali tat-Tazza l-Kbira Dragonara Casino Brasserie leggendarja bl-istorja taghha ta’ 80 sena (l-ewwel edizzjoni nzammet fl-1934) se tinzamm nhar il-Hadd li gej fuq distanza ta' 2,640m!


Wara li kisbu post fl-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta l-finalisti se jippruvaw jaghmlu l-ahhar qabza – u l-iktar wahda difficli - lejn il-glorja, billi jippruvaw jirbhu dan l-avveniment glorjuz.


Ghandna tnax-il finalist (11-il ziemel imsewwi u stalljun wiehed) f’etajiet li jvarjaw bejn 9 u 15-il sena u li gejjin mill-Finlandja, Franza u l-iSvezja.  Kollha qed jigru fil-klassi Premier.  Il-lista shiha hija:


1. Count of Life (Claudio Refalo), Finlandiz ta’ 14-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro29,437 u l-ahjar hin ta’ 1’14’3 fil-kilometru.  Huwa kiseb 10 rebhiet (inkluz il-kampjonat Assikura “A” 2011) u 41 pjazzament minn meta ghamel id-debutt lokali tieghu f’April 2007 u ghandu l-ahjar hin f’Malta ta’ 1’14’5 fil-kilometru fuq 1,640m (l-ahjar hin fuq 2,640m, 1’15’4 fil-kilometru);


2. Nino de Saintho (Cliferty Calleja), Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro263,840 u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru.  Huwa ghandu 4 rebhiet u pjazzament mill-10 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,140m (l-ahjar hin fuq 2,640m, 1’16’3 fil-kilometru);


3. Nitesco d’Antony (David Ellul), Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro182,730 u l-ahjar hin ta’ 1’15’0 fil-kilometru.  Huwa ghandu 6 pjazzamenti mit-12-il tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’3 fil-kilometru fuq 1,640m (l-ahjar hin fuq 2,640m, 1’15’7 fil-kilometru);


4. Mig of the Wood (Rodney Gatt), Franciz ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro432,710 u l-ahjar hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru.  Huwa ghandu 4 rebhiet (inkluz il-Prix de Vincennes ta’ Dicembru 2011 u d-Dragonara Tazza l-Kbira 2012) u 6 pjazzamenti mill-14-il tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin lokalment ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,640m;


5. Okilaibo (Julian Farrugia), Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro237,460 u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru.  Huwa spicca fit-tieni post fiz-zewg tigrijiet tieghu f’Malta s’issa, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’5 fil-kilometru fuq 2,640m;


6. Arnie Sensation (Carmelo Farrugia), Svediz ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,485,468 u l-ahjar hin ta’ 1’12’0 fil-kilometru.  Huwa ghandu 13-il rebha (inkluz l-MRC Premier Trot, it-Tazza VOB u l-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier, kollha f’Gunju – Lulju 2009, u l-Finali ta’ Konsolazzjoni tat-Trofeo del Mediterraneo 2010) u 24 pjazzament minn meta ghamel id-debutt lokali tieghu f’Marzu 2009 bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,140m (l-ahjar hin fuq 2,640m, 1’15’5 fil-kilometru);


7. Kakisis (Johann Axisa), Franciz ta’ 15-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro554,696 u l-ahjar hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru.  Huwa rebah 12-il darba (inkluz il-Kampjonat tal-Harifa Dragonara 2010, l-Emirates Tazza l-Kbira 2011 u t-Tazza VOB ta’ Dicember 2012) u ppjazza 20 darba ohra minn meta ghamel id-debutt tieghu fostna f’Mejju 2009, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,640m;


8. Poppes Fighter (Francis Cassar), Svediz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK973,600 u l-ahjar hin ta’ 1’12’8 fil-kilometru.  Huwa kiseb 2 pjazzamenti mis-6 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin ta’ 1’15’6 fil-kilometru fuq 2,640m;


9. Original Blue (Chris Cassar), Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro213,230 u l-ahjar hin ta’ 1’14’1 fil-kilometru.  Huwa ghandu rebha u pjazzament fiz-zewg tigrijiet tieghu f’Malta s’issa, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’16’1 fil-kilometru fuq 2,640m;


10. Odedjalo (Noel Baldacchino), Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro255,650 u l-ahjar hin ta’ 1’13’7 fil-kilometru.  Huwa rebah darbtejn u ppjazza darbtejn ohra mill-erba’ hargiet tieghu f’Malta s’issa, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’4 fil-kilometru fuq 2,640m;


11. Nabab du Chatelet (Charles Camilleri), Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro205,198 u l-ahjar hin ta’ 1’13’9 fil-kilometru.  Huwa rebah seba’ darbiet (inkluz il-Prix de Vincennes ta’ Dicembru 2012) u ppjazza erba’ darbiet ohra mill-20 tigrija tieghu s’issa, bl-ahjar hin fostna ta’ 1’15’2 fil-kilometru fuq 2,640m;


12. Quebec (Mark Mifsud), Franciz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro131,900 u l-ahjar hin ta’ 1’13’9 fil-kilometru.  Huwa rebah darba u kiseb 8 pjazzamenti fit-12-il tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’1 fil-kilometru fuq 1,640m (l-ahjar hin fuq 2,640m, 1’16’2 fil-kilometru).  .


B’54 rebha (inkluz 11-il kampjonat) u xejn inqas minn 117-il pjazzament bejniethom, u kollha hlief wiehed ghandhom l-ahjar hin f’Malta ta’ 1’15’6 fil-kilometru jew ahjar, il-klassi kbira ta’ dawn iz-zwiemel hija indiskussa!


Ghal erbgha minnhom, din mhux se tkun l-ewwel finali tat-Tazza l-Kbira.  Ghal Kakisis (wara t-tieni post tieghu fl-2010 u r-rebha tieghu fl-2011) u Arnie Sensation (is-6 post fl-2009 u skwalifikat is-sena l-ohra), din se tkun it-tielet finali tat-Tazza l-Kbira, filwaqt li se tkun it-tieni finali tat-Tazza l-Kbira ghal kull wiehed minn Mig of the Wood (ir-rebbieh tas-sena l-ohra) u Nabab du Chatelet (il-hames post is-sena l-ohra).


Bhalma wiehed jistenna, t-tigrija se jkollha kontorn ta’ attivitajiet attraenti ppreparati mill-Malta Racing Club.  Apparti t-tigrijiet l-ohra, qabel il-finali l-korsa se tilqa’ parata ta’ Karozzi u Muturi Klassici, prezentazzjonijiet lis-sidien/ sewwieqa partecipanti u parata taz-zwiemel li se jikkompetu (mmexxija mill-leggendarju In Vitro du Bourg, rebbieh tal-edizzjoni tal-2010), kif ukoll l-oghti spettakolari tal-premjijiet wara l-finali.


Madankollu din mhux se tkun l-unika finali f’dan it-tmiem il-gimgha ghaliex matul il-laqgha ta’ nhar il-Gimgha, ghandna wkoll zewg finali ta’ Condition Races fuq distanza ta’ 2,140m.


Dik tal-klassi Bronze tinkludi 10 zwiemel tat-trott f’forma tajba f’etajiet ta’ bejn 7 u 17-il sena, li huma: Marchallah, Icare de Jemma, Quingen de Bussy, Pittacos, Zeta Jones A, Navaroso de Khepri, Narcus du Roc, Niko de Chamant, Noli de Marray u One Fouteau.


Filwaqt li gejjin minn Franza u l-Olanda dawn iz-zwiemel diga’ rebhu 8 darbiet bejniethom f’dawn l-ewwel tlett xhur tal-istagun b’zewg rebhiet ghal kull wiehed minn Quingen de Bussy u Pittacos, u rebha kull wiehed ghal Zeta Jones A, Navaroso de Khepri, Niko de Chamant u Noli de Marray.


Il-finali tal-klassi Copper li hija daqstant interessanti tinkludi l-partecipanti li gejjin:  Ballad Ribb, Pronto du Lys, Royal Qui, Andri Boko, Loulou de la Rose, Zmaj Boko, Esmeralda Run, Minou de Perdriat, Jibilo du Terme, Pine Wood Harry, Ideal de Suce u Monticello.


Zwiemel tat-trott f’etajiet ta’ bejn 5 u 17-il sena gejjin minn Franza, l-iSvezja u l-Olanda.  Dawn rebhu 5 darbiet bejniethom s’issa din is-sena, zewg rebhiet ghal Loulou de la Rose, wahda ghal Royal Qui, ohra ghal Andri Boko u ohra ghal Esmeralda Run.


Ghandna wkoll tigrija interessanti tal-galopp ghall-klassi A fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m bi tlett debuttanti, cioe’ l-istalljun Irlandiz Alca Driver, d-debba Irlandiza Enthrall u d-debba Brittanika Pelle di Luna flimkien mar-rebbieh tal-Coronation Cup tal-2012 Cheeky Jack li gej minn tlett xhur u nofs ta’ serhan.  Se jkun interessanti naraw jekk id-debuttanti jehdux is-soppravvent fuq il-partecipant t’esperjenza jew vici versa.


L-attrazzjoni l-ohra ta’ nhar il-Gimgha hija tigrija normali tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2,640m b’lista ta’ 15-il partecipant, li xi whud minnhom jew rebhu jew kellhom pjazzament tajjeb fl-ahhar zewg hargiet taghhom, bhal Nicos de Peneme, Sultan November u Noble d’Ete.  L-iSvedizi Orcas Bac u Absolut Spender huma wkoll miktub biex jiddebutta f’din it-tigrija.  


Id-debuttanti l-ohra f’dan it-tmiem il-gimgha huma Sjohultets Tigra (SE) u Ywema’s Pine (NL) fil-klassi Bronze u z-zwiemel tat-trott Francizi Quezario, Quintin Malin u Quipo du Tronquay fil-klassi Silver.


Izda naturalment, l-attrazzjoni ewlenija tibqa’ l-finali tat-Tazza l-Kbira.  Wara l-prezentazzjonijiet kollha misthoqqa ta’ din it-tigija f’diversi bnadi tal-medja, l-folla prezenti fil-korsa ssir siekta hekk kif tibda’ t-tigrija.  Ic-centru tal-attenzjoni jithalla ghall-protagonisti, z-zwiemel u s-sewwieqa partecipanti ... kollha jfittxu li jirbhu l-premju tant mixtieq, kif ukoll post oghla fl-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel u tal-isport f’Malta.


Titilfux dan l-ispettaklu!


L-ahhar laqgha


Fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda kellna tlett attrazzjonijiet ewlenin, tlett finali ta’ Condition Races tat-trott, finali tal-galopp u tigrija normali tal-klassi Premier.


Fl-oghla finali ta’ Condition Race, dik ghall-klassi Gold, Pepone du Castelet misjuq minn Charles Camilleri, gie b’sahhtu fuq in-naha ta’ barra fl-ahhar nofs dawra, ha vantagg decisiv u zammu b’mod komdu matul id-dritta tat-tmiem biex kiseb it-tieni rebha tieghu f’Malta b’madwar 2 tulijiet u nofs fuq Charm Hammering segwit mill-qrib minn Skars Hanna.  Orage du Pont spicca fir-raba’ post.   Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’16’4 fil-kilometru fuq distanza ta’ 2,140m (il-distanza ta’ dawn il-finali ta’ Condition Races).


Sfida pjacevoli bejn Orio de Marancourt, Ostheo d’Havetot, Cross Country F.C. u Wonderofyou fid-dritta tat-tmiem ikkaratterizzat l-ewwel finali ta’ Condition Race ghall-klassi Silver.  Orio de Marancourt kienet l-aktar ziemel b’sahhtu minnhom kollha biex kiseb l-ewwel rebha stagjonali bi kwazi tul u nofs minn Ostheo d’Havetot, segwit mill-qrib minn Cross Country F.C. and Wonderofyou f’dik l-ordni.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’16’8 fil-kilometru.


Octobre En Fete kkonferma l-forma eccellenti tieghu bhalissa meta kiseb it-tielet rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu fit-tieni finali ta’ Condition Race ghall-klassi Silver, wara li rrezista b’success ghall-isfida determinata ta’ Pilote de Nganda matul id-dritta tat-tmiem.  Octobre En Fete misjuq minn Cliferty Calleja fl-ahhar rebah b’nofs tul f’hin ta’ 1’16’9 fil-kilometru.  Pilote de Nganda spicca fit-tieni post, segwit minn Okir de Leau u Ouragan de Crouay.


Fil-finali tat-Tazza Chukkas ghal zwiemel tal-galopp, Privileged Boy ha vantagg bikri zghir minn Timolin u Henderlik.  Madankollu madwar nofs dawra mit-tmiem, Timolin qabez liz-ziemel li kien fuq quddiem u zamm il-pass b’sahhtu tieghu sat-tmiem, biex ha t-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu u rebah dan l-unur b’madwar tlett tulijiet minn Henderlik, segwit minn Privileged Boy f’hin totali ta’ 1’49’56 fuq distanza ta’ 1,750m.


Il-bqija tat-tigrijiet tat-trott kienu fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m.


Mont Cenis Honey kien fuq quddiem ghal hinijiet twal fit-tigrija normali tal-klassi Premier izda Fire attakka b’sahhtu fil-bidu tal-ahhar nofs dawra u minn hemm ‘il quddiem hadd ma seta’ jwaqqaf lil dan iz-ziemel milli jiehu t-tieni rebha stagjonali tieghu madwar tul u nofs minn Label Chouan segwit mill-qrib minn Shakira Trot, b’Normand d’Oger jispicca r-raba’.  Il-hin tar-rebbieh kien wiehed tajjeb ta’ 1’15’9 fil-kilometru.


Wara nuqqas ta’ kwazi erba’ xhur Nagano Phedo ccelebra r-ritorn tieghu ghat-tigrijiet b’mod mill-aqwa bi sprint b’sahhtu fid-dritta tat-tmiem tat-tigrija normali tal-klassi Gold, li wasslu biex jiehu l-ewwel rebha stagjonali tieghu b’mod komdu u l-promozzjoni ghall-klassi Premier wara li gheleb b’madwar zewg tuliljiet lil Carnegie Hall li spicca fit-tieni post f’hin ta’ 1’17’1 fil-kilometru. Blizzard AD u Reado November spiccaw wara l-ewwel zewg zwiemel f’dik l-ordni.


Fit-tigrijiet l-ohra Orgeat rebah it-tigrija tal-klassi Bronze b’imnieher biss fl-iktar tmiem missielet tal-gurnata biex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’aktar minn sena, filwaqt li Lemon Solo ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta wara tlett snin jigri fostna, fil-klassi Copper.


Il-finali tat-Tazza l-Kbira fil-passat – 40 u 35 sena ilu ...


Iz-zewg finali li se nezaminaw din is-sena gew mizmuma pjuttost tard fl-istagun, cioe’ fit-13 ta’ Mejju 1973 u fit-2 ta’ Gunju 1978.


1973


Fl-1973, iz-zwiemel li kkwalifikaw kienu Toutankhamon, Uranium VIII, Tournesol, Reza de Pibrac, Urzy III, Ultimatum A, Un Reve Royal, Trigny, Terborch u Solide Espoir.  Madankollu, Uranium VIII gie skraccjat bhala sinjal ta’ luttu wara l-mewt tas-sid u s-sewwieq tieghu s-Sur Salvu Mangion li kienet grat xi jiem qabel il-finali, bil-finali ghalhekk tigi kkontestata bejn id-disa’ zwiemel li kien fadal.


Ultimatum A, Trigny u Terborch kienu fost iz-zwiemel li hadu l-kmant mill-istadji bikrija tat-tigrija, izda filwaqt li l-ewwel tnejn baqghu fost iz-zwiemel ta’ quddiem, Terborch waqa’ lura aktar ma beda ghaddej il-hin. Hekk kif iz-zwiemel gew ghall-ahhar kurva, xejn inqas minn hames zwiemel kienu f’linja wahda fuq quddiem, cioe’ Ultimatum A, Un Reve Royal, Toutankhamon, Urzy III u Trigny, segwiti minn Reza de Pibrac. 


It-tigrija malajr saret wahda bejn zewg zwiemel cioe’ Un Reve Royal u Toutankhamon izda ta’ l-ewwel kien bic-car l-aktar wiehed b’sahhtu u fl-ahhar spicca rebbieh b’aktar minn zewg tulijiet.  Toutankhamon zamm it-tieni post wara li rrezista l-isfida determinata ta’ Trigny b’nofs tul biss.


Un Reve Royal kien misjuq minn sewwieq zghazugh bl-isem ta’ France Cassar.  Erbghin sena wara u ftit ikbar fl-eta’, France se jippartecipa mill-gdid fil-finali tat-Tazza l-Kbira ta’ din is-sena. 


1978


Il-partecipanti fil-finali tal-1978 kienu Echassier, Capimon, Beatnick II, Urbain L, Cousin Jules, Douaire, Espoir des Marais, Beguin du Mesnil, Cornichon M u Erard du Mirville.


Interessanti ninnutaw li tlett sewwieqa Francizi ngiebu Malta biex isuqu f’din l-okkazjoni, cioe’ C. Bottoni fuq Erard du Mirville, P. Lecoeur fuq Beguin du Mesnil u O. Monnier fuq Espoir des Marais.


Cousin Jules kellu bidu hazin u qatt ma kien fit-tigrija.  Min-naha l-ohra, Douaire, Beguin du Mesnil u Capimon hadu kmant bikri.  Ftit wara Espoir des Marais u Erard du Mirville nghaqdu maz-zwiemel ta’ quddiem.


Sa nofs it-tigrija Douaire kien fuq quddiem segwit minn Espoir des Marais, li min-naha tieghu kien segwit minn Erard du Mirville, Beguin du Mesnil u Capimon.  Madankollu hekk kif Espoir des Marais kompla l-attakk tieghu fuq iz-ziemel ta’ quddiem huwa qaleb u tilef ic-cans tieghu kollu.


Hekk kif iz-zwiemel resqu lejn id-dritta tat-tmiem, Douaire kien ghadu fuq quddiem izda huwa sofra sfida qawwija minn Beguin du Mesnil matul id-dritta tat-tmiem kollha.  Madankollu, misjuq mis-Sur A. Briffa (Junior), din kienet il-gurnata ta’ Douaire u huwa rnexxielu jzomm fuq quddiem b’ras biss biex rebah din it-Tazza tant mixtieqha. 


Beguin du Mesnil spicca t-tieni u Erard du Mirville t-tielet, bi tnejn mis-sewwieqa Francizi ghalhekk jirnexxielhom jiehdu pjazzament.


Interessanti ninnutaw li l-premju ta’ flus ghar-rebbieh kien jammonta ghal Lm400 (ekwivalenti ghal Euro932 izda li zgur kienu jfissru iktar 35 sena ilu) u wkoll il-kumment tal-korrispondent ta’ The Times li Douaire kien “iz-ziemel li hadd ma verament ried meta kien gie originalment importat f’Malta”.


Fl-ahhar, ta’ min jinnota li b’kumbinazzjoni meta taqleb ghall-Ingliz l-isem tar-rebbieh tat-Tazza l-Kbira tal-1973 Un Reve Royal dan jigi “A Royal Dream”.  Ma jfakkarkomx f’ziemel Franciz rebbieh tal-Prix d’Amerique dan l-ahhar?


Nawgurawlkom zewg laqghat tat-tigrijiet mill-aqwa fi tmiem din il-gimgha.