Saturday 20th April 2013
L-14 u t-15-il laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – id-19 u l-21 t’April

minn Magnat


Fi tmiem din il-gimgha se jinzammu zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel, it-tnejn jinkludu tmien tigrijiet. L-ewwel wahda tinzamm nhar il-Gimgha u tibda’ fis-6.30pm u ta’ wara nhar il-Hadd fis-2pm.


Dawn il-laqghat huma ddedikati esklussivament ghal tigrijiet fuq distanza twila, biz-zwiemel tat-trott jigru fuq distanza ta’ 3,140m u z-zwiemel tal-galopp fuq id-distanza ta’ 2,250m, it-tnejn huma l-itwal distanzi tat-tigrija fid-dixxiplini rispettivi.  Dawn it-tigrijiet jittestjaw it-talenti ta’ giri fit-tul taz-zwiemel kif ukoll il-qawwa tat-tmiem tat-tigrija taghhom u jipprovdu aktar varjeta’ fil-korsa taghna.


Iz-zewg tigrijiet ewlenin huma naturalment dawk riservati ghaz-zwiemel tal-klassi Premier li t-tnejn jinkludu lista shiha ta’ 16-il ziemel.  It-tigrija ta’ nhar il-Gimgha tinkludi diversi zwiemel tat-trott li gejjin minn rebhiet jew pjazzamenti tajba dan l-ahhar, bhal Sultan November, Nagano Phedo, Simb Mark, Orage du Pont u Nicos de Peneme, fost l-ohrajn. 


It-tigrija ta’ nhar il-Hadd hija riservata ghal zwiemel bl-oghla punti ta’ handicap tal-MRC.  Dawn jinkludu diversi zwiemel tat-trott popolari li wkoll diga’ rebhu jew ipplejsjaw tajjeb din is-sena, bhal Oran, Mars, ir-rebbieh tal-kampjonat Assikura A Argus Hanover, Belafonte, Ofackevo, Olympien Major, Of Course Ramble, Fire, Poppes Fighter, Magic de Assigny, Ourasi Diams u ohrajn.  Il-qatta tinkludi whud mill-aqwa zwiemel tat-trott f’Malta u nistennew zgur tigrija ta’ kwalita’ oghlja.


It-tlett tigrijiet tal-klassi Gold ghandhom ukoll hafna x’joffru.  B’listi ta’ 14, 13 u 15-il partecipant rispettivament, bejniethom dawn jinkludu diversi rebbieha din is-sena, bhal Octobre En Fete (tlett rebhiet), Charm Hammering (zewg rebhiet), Skars Hanna, L’Ideal de Fersan, Orion de Chapeau, Prince de Blequin, Simb From Abroad, Pirate d’Urzy u Nobleness Dubrio. 


Dawn it-tigrjiet jinkludu wkoll numru ta’ zwiemel tat-trott interessanti li kienu jtellqu fil-klassi Premier sa dan l-ahhar filwaqt li z-ziemel Olandiz gdid Udice Boko huwa miktub biex jaghmel id-debutt tieghu f’din il-klassi nhar il-Hadd.  Dawn kollha huma zwiemel ferm kompetittivi bl-ispecjalisti tad-distanzi twal ikollhom certu vantagg fuq zwiemel li jippreferu distanzi iqsar.


Iz-zwiemel tat-trott l-ohra li huma miktuba biex jiddebuttaw fi tmiem din il-gimgha huma Lord Martin (SE) fil-klassi Bronze, Que Je T'Aime Rush u Queops de Retz (FR) fil-klassi Silver.


Ghandna wkoll tigrija interessanti tal-galopp tal-Klassi A fuq id-distanza ugwalment twila ta’ 2,250m, li tilqa’ seba’ partecipanti.  Naraw ir-ritorn taz-ziemel tal-galopp Amerikan Kimberley Downs wara sena ta’ giri ta’ success fi Franza u l-Belgju, r-rebbieh tal-Coronation Cup 2012 Cheeky Jack, id-debuttant Irlandiz Alto Monte, Pelle di Luna li kisbet pjazzament tajjeb fit-tieni post fid-debutt taghha dan l-ahhar, Frairscourt u Bon Santos li qed ifittxu forma ahjar, kif ukoll Ollie Fliptrik li qed jirritorna wara assenza ta’ aktar minn sena.


Ma jkollniex hafna tigrijiet fuq 3,140m f’Malta u ghalhekk nistennew b’interess il-hinijiet li se jigu rregistrati fihom.  Interessanti ninnutaw li l-ahjar hinijiet fuq din id-distanza f’kull wahda mill-ahhar tlett snin kienu dawk ta’ Le Bon Mayennais (1’17’5 fil-kilometru fl-2010), In Vitro du Bourg (1’17’5 fil-kilometru wkoll fl-2011) u Nevaio des Bordes (1’16’2 fil-kilometru fl-2012), bir-rekord nazzjonali jibqa’ l-1’15’3 fil-kilometru rregistrat minn James de l’Iton f’Novembru 2008.  Min jaf jekk ikollniex xi hinijiet interessanti anki fi tmiem din il-gimgha?


L-ahhar laqgha


L-istorja tat-Tazza l-Kbira qatt ma tonqos milli tissorprendina!  Din is-sena d-data li kellha ssir fiha, l-Hadd 7 t’April harget gurnata xitwija b’riefnu u halbiet tax-xita u l-Malta Racing Club iddecieda li jipposponi l-laqgha b’gimgha sal-Hadd 14 t’April.


Fl-ahhar mill-ahhar dan il-hsieb irnexxa ghal nhar il-Hadd li ghadda harget gurnata ta’ xemx glorjuza li gibdet attendenza mill-aqwa ghall-korsa tal-Marsa bl-ispettaturi jsegwu laqgha tat-tigrijiet brillanti u kkulurita.


Qabel it-tigrija l-kbira kellna parata ta’ karozzi u muturi mtella’ mill-Mustang Club Malta u l-Harley Davidson Group filwaqt li banda kkontribwiet ghall-atmosfera ta’ festa.  Il-parata ta’ zwiemel partecipanti mmexxija mill-leggendarju In Vitro du Bourg, kienet bhas-soltu spettakolari.


Sewwieqa u sidien tal-finalisti nstaqu f’karozzi Mustang u muturi Harley Davidson sabiex gew prezentati lill-pubbliku fiz-zona tar-rebbieha.  Kull wiehed minnhom gie pprezentat b’rikordju li jimmarka l-partecipazzjoni taghhom fil-finali tat-Tazza l-Kbira ta’ din is-sena mill-Onor Dott Stefan Buontempo, Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Zghazagh u Sport.


Fuq distanza ta’ 2,640m, it-tigrija kienet wahda attraenti.  Nitesco d’Antony kellu bidu tajjeb, meta ha kmant bikri fil-qatta’ ta’ 10 zwiemel (Count of Life u Quebec gew skraccjati qabel it-tigrija), izda Nabab du Chatelet malajr avvanza fuq in-nahat ta’ barra mill-ahhar post, u mar quddiem wara madwar 650m.


Huwa mexxa b’pass relattivament kalm ghad-dawra ta’ wara, u zied il-pass b’mod notevoli fil-bidu tal-ahhar dawra.  Fid-dritta tal-faccata, l-mexxej tat-tigrija gie attakkat bil-qawwa minn Odedjalo, li kwazi lahhaq mieghu.  Izda Nabab du Chatelet bhal sab energija gdida f’dak l-istadju, zamm vantagg zghir, b’Odedjalo jibdel il-pass madwar 400m mit-tmiem biex halla lil ta’ l-ewwel jikkonsolida l-vantagg tieghu.


Id-dritta tat-tmiem kienet wahda triomfali ghal Nabab du Chatelet (b’Charles Camilleri fl-ewwel rebha tat-Tazza l-Kbira ghalih) hekk kif zamm l-andatura b’sahhitha tieghu, rrezista b’success ghall-attakk kuragguz ta’ Nino de Saintho u mmarcja ghal rebha splendida u misthoqqa, zewg tulijiet qabel l-istess Nino de Saintho, segwit minn Okilaibo, r-rebbieh tas-sena l-ohra Mig of the Wood u Original Blue f’dik l-ordni.


L-Onor Dott Stefan Buontempo mexxa l-prezentazzjoni lis-sidien u s-sewwieqa tal-ewwel hames zwiemel li ppjazzaw biex wasalna fl-ahhar ta’ edizzjoni ohra ta’ success tat-Tazza l-Kbira.


Din kienet t-tielet rebha konsekuttiva u stagjonali ghaz-ziemel ta’ 12-il sena Nabab du Chatelet, f’hin ta’ 1’15’8 fil-kilometru. Dan huwa t-tielet ziemel tat-trott Franciz li ismu jibda’ bl-ittra N li rebah it-Tazza l-Kbira wara Nicolas de la Fuye u Nemo des Bruyeres fl-1988 u l-1989 rispettivament.


Interessanti ninnutaw li s-sitt rebbieha minn meta regghet bdiet issir it-Tazza l-Kbira fl-2008 kollha ppjazzaw fl-ewwel tlett postijiet tal-Prix de Vincennes ta’ Dicembru ta’ qabel, cioe’ James de l’Iton (Tazza l-Kbira 2009), In Vitro du Bourg (Tazza l-Kbira 2010), Mig of the Wood (Tazza l-Kbira 2012) u Nabab du Chatelet kollha rebhu l-Prix de Vincennes mizmum f’Dicembru ta’ qabel, filwaqt li James de l’Iton spicca t-tieni fil-Prix de Vincennes ta’ Dicembru 2007 u segwa b’rebha fit-Tazza l-Kbira 2008 u Kakisis spicca t-tielet fil-Prix de Vincennes ta’ Dicembru 2010 qabel ma rebah it-Tazza l-Kbira fl-2011.


Fit-tigrija tal-klassi Gold, Markus Klipp ha kmant bikri li zamm sa madwar dawra mit-tmiem.  F’dak l-istadju Phenix de la Roque wettaq attakk b’sahhtu, mar quddiem b’madwar 900m mit-tmiem u fetah vantagg tajjeb fuq l-ohrajn.  Fid-dritta tat-tmiem huwa kkontrolla t-tigrija b’success u kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’mod komdu madwar zewg tulijiet u nofs qabel Oustiti d’Anjou, segwit minn Ironbar u Kapro Wareco f’hin ta’ 1’16’8 fil-kilometru fuq 2,640m.


Mizmuma wkoll fuq 2,640m, it-tlett tigrijiet tal-klassi Silver f’dik il-laqgha rrizultaw f’rebhiet ghal:


 (i) Mr Snowman, fit-tielet rebha stagjonali tieghu, li rebah b’nofs ras fi tmiem kumbattut ma Bankir Zon f’hin ta’ 1’17’3 fil-kilometru, 
(ii) Nobleness Dubrio, fl-ewwel rebha tieghu f’Malta wara li mexxa t-tigrija ghall-bicca l-kbira taghha u rrezista sfida qawwija minn Max Galbe, biex rebah b’nofs tul f’hin ta’ 1’17’8 fil-kilometru, u 
(iii) Iatas Skid, li kien fuq quddiem prattikament ghat-tigrija kollha, zamm il-pass b’sahhtu tieghu l-hin kollu biex ha l-ewwel rebha stagjonali tieghu aktar minn erba’ tulijiet quddiem id-debuttant Quid de Belle Vue, f’1’17’0 fil-kilometru.  


100 Edizzjoni


Kellhom ikunu biss zewg artikli u minflok ... wasalna sa 100!


Ili dilettant tat-tigrijiet taz-zwiemel (kemm tat-trott kif ukoll tal-galopp) minn mindu kont tifel, bl-ewwel zjajjar tieghi fil-korsa tal-Marsa jmorru lura kwazi 34 sena.  L-ewwel memorja tieghi tat-Tazza l-Kbira kienet ir-rebha ta’ Espoir des Marais u l-ewwel tifkira tieghi tal-Mediterranean Derby tkun ir-rebha ta’ James Angus, it-tnejn fl-1979.  Komplejt insegwi x-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta sal-1992 meta ghal diversi ragunijiet kelli nieqaf naghmel dan.


Wiehed mill-punti li kien iddizappuntani dak iz-zmiem kien il-waqfien tat-Tazza l-Kbira, il-kampjonat li kont nistenna ta’ kull sena.


B’sorpriza, ftit iktar minn erba’ snin ilu, kont qed naqra l-gurnali u skoprejt li t-Tazza l-Kbira kienet regghet bdiet tinzamm mill-gdid.  Dik kienet fil-fatt l-edizzjoni tal-2009 tal-kampjonat tat-Tazza l-Kbira.


Meta rgajt lura fil-korsa kont impressjonat bit-titjib li kien sar matul in-nuqqas twil tieghi, specjalment it-titjib infrastrutturali u d-dixxiplina li kienet tat lill-post atmosfera li tixraq lill-familha kollha.


Skoprejt ukoll li Dr Matthew Brincat li kien fil-klassi tieghi fl-iskola sekondara kien sar Cermen tal-Malta Racing Club.


Wara li segwejt l-isport ghal madwar sena, l-interess tieghi kien sar qawwi bizzejjed biex nikteb ittra twila lil Dr Brincat, fejn tajtu xi kummenti dwar l-aspetti pozittivi li rajt u xi suggerimenti ghal aktar titjib.


Esprimejt ix-xewqa tieghi li dan l-isport jinghata aktar visibilita’ sabiex isir aktar popolari.  Fost l-ohrajn issuggerejt li l-Malta Racing Club ghandu jikkumplimenta x-xoghol tal-gurnalisti tat-tigrijiet taz-zwiemel tassew bravi taghna fil-medja, billi jippubblika rapporti regolari dwar ix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.


Jiena m’inix espoert ta’ dan l-isport izda biss spettatur entuzjast.  Ghaldaqstant, l-ideja tieghi kienet biss li nikteb xi zewg artikli semplicement biex nuri kif jista’ jsir dan, u mbaghad li din l-inizjattiva titkompla minn nies aktar kapaci minni.


Minflok komplejt nikteb dawn l-artikli fuq bazi kompletament volontarja minn gimgha ghall-ohra ghall-fuq minn sentejn u nofs sakemm issa ninsabu fil-100 edizzjoni – b’Mark Vella gentilment jipprovdi  r-ritratti u jtella’ l-artikli fuq il-websajt. 


Mhux bicca xoghol facli minhabba l-granet tax-xoghol twal tieghi; ghalhekk dawn l-artikli jinkitbu tipikament f’nofs ta’ lejl, kemm jekk inkun imsiefer kif ukoll jekk inkun Malta.  F’xi gimghat meta nkun impenjat iktar mis-soltu, xi kultant l-artiklu jigi ppubblikat xi ftit tard, izda ahjar tard milli qatt!


M’inix cert kemm nies jaqrawhom.  Xi kultant inhoss li ma tantx hemm qarrejja u nkun kuntent kull meta nircievi kummenti u suggerimenti minghand dawk li jaqrawhom.  Nirringrazzja wkoll lil dawk il-ftit nies li jpoggu “like” fuq il-link tal-facebook, ghaliex huma tassew ta’ nkoraggiment.


Mix-xoghol li tirrikjedi l-kitba ta’ dawn l-artikli, nammetti li l-qlib minn lingwa ghall-ohra hija l-parti li nobghod, izda naghmilha ghax l-artiklu huwa ntiz li jilhaq lill-Maltin li jhossuhom l-aktar komdi juzaw il-lingwa taghhom, kif ukoll lill-barranin li jista’ jkollhom interess fix-xena tat-tigrijiet taghna.


Niddubita li jirnexxieli nkompli ghal wisq aktar zmiem, bl-isforz li hemm bzonn u bl-impenji l-ohra li ghandi, kif ukoll il-fatt li biz-zmiem ilkoll ghandna tendenza li nsiru ripettivi, li l-kitba taghna ma tibqax friska ...


Izda fil-frattemp inhossni kuntent li tajt din il-kontribuzzjoni volontarja zghira lill-isport favorit taghna bhala turija ta’ apprezzament ghal dawk kollha li jaghmlu t-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta sport tant mill-aqwa ... il-Malta Racing Club, is-sidien, is-sewwieqa, t-trejners, l-ispettaturi, l-gurnalisti u l-ahhar izda mhux l-inqas, iz-zwiemel taghna, li huma kkunsidrati minn hafna bhala membri tal-familji taghhom, u li ghalihom lesti li jaghmlu sagrificcji personali biex jiehdu hsiebhom kif suppost!


Nirringrazzja minn qalbi lil dawk kollha li s-support taghhom kien indispensabbli ghall-pubblikazzjoni ta’ dawn l-artikli ...


Nawgurawlkom zewg laqghat tat-tigrijiet mill-aqwa fi tmiem din il-gimgha.