Sunday 5th May 2013
It-18-il laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – il-5 ta’ Mejju

minn Magnat


Il-“Cup Days” organizzati f’din il-kitba jigu fi tmiemhom nhar il-Hadd bi programm ta’ seba’ tigrijiet kollha tat-trott, li jibda’ fis-2.30pm.


Ghalkemm ma tinkludix hafna tigrijiet, din il-laqgha ghandha l-attrazzjoni ewlenija ta’ zewg tigrijiet tal-klassi Premier u tigrija tal-klassi Gold ghal zwiemel li ghandhom punti ta’ handicap qrib ta’ dawk tal-klassi Premier.  It-tigrijiet kollha huma fuq distanza ta’ 2,140m.


Bi 12-il ziemel jippartecipaw, wahda mill-attrazzjonijiet ewlenin tal-ewwel tigrija tal-klassi Premier tikkonsisti f’erba’ debuttanti ta’ kwalita’ gholja – l-iSvedizi Totti T. Dream u T.X. Zoogood, il-Franciz Orgeuil de Nganda u l-Germaniz Vanmaker Limburgia.  Qed nikteb iktar dwar l-ewwel tlieta fl-ahhar parti ta’ dan l-artiklu.


Iz-zwiemel l-ohra huma wkoll popolari, bhal Absolut Spender u Sultan November li t-tnejn gejjin minn rebha fl-ahhar tigrija taghhom, Normand d’Oger li ghandu rebha u pjazzament fl-ahhar tlett tigrijiet tieghu f’Marzu, Ohime Mag b’rebha fit-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu, Ourasi Diams li gej minn zewg pjazzamenti fl-ahhar tlett hargiet tieghu u Ofackevo li gej minn pjazzament fit-tieni post f’Marzu, fost ohrajn.


Bi 11-il partecipant, it-tieni tigrija tal-klassi Premier ghandha lista ta’ zwiemel li hija tassew denja ta’ finali:


- Nabab du Chatelet, li jirritorna wara r-rebha brillanti fit-Tazza l-Kbira Dragonara u tlett rebhiet konsekuttivi,
- Fire li gej minn zewg rebhiet konsekuttivi (tlieta b’kollox s’issa din is-sena),
- Okiliabo li gej minn tlett pjazzamenti konsekuttivi nkluz il-tliet post li ha fil-finali tat-Tazza l-Kbira Dragonara,
- ir-rebbieh tal-Gran Finali VOB ta’ Gunju tas-sena l-ohra Label Chouan li gej minn pjazzament fit-tieni post,
- ir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira 2011 u rebbieh tal-Gran Finali VOB ta’ Dicembru li ghadda Kakisis li ghandu wkoll rebha u pjazzament fl-ahhar tlett hargiet tieghu,
- Wiss Night Hawk, rebbieh tal-Kampjonat Skyparks ghal zwiemel tat-trott Svedizi tal-klassi Premier is-sena l-ohra,
- ir-rebbieh tat-Tazza tal-President tas-sena l-ohra Mont Cenis Honey,
- Oran, li ghandu rebha u zewg pjazzamenti fit-tieni post mill-hames tigrijiet tieghu s’issa f’Malta,
- ir-rebbieha ta’ diversi kampjonati fil-passat Arnie Sensation u Think Yatzee (dan tal-ahhar jirritorna wara nuqqas ta’ erba’ xhur u nofs), u
- Mars, li spicca fit-tieni post fil-Kampjonat Assikura A ta’ din is-sena u fit-tieni post fit-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu f’hin tajjeb hafna.


Ziemel Daniz, erba’ Svedizi u seba’ zwiemel tat-trott Francizi li jiggarantixxu tigrija miftuha u mill-aktar eccitanti.


It-tigrija tal-klassi Gold ghandha tkun daqstant interessanti.  Fost iz-zwiemel li ghaddejjin minn forma tajba nsibu  lil Pepone du Castelet li gej minn zewg rebhiet u pjazzament fl-ahhar tlett tigrijiet tieghu, Nobleness Dubrio u Octobre En Fete li t-tnejn gejjin minn zewg rebhiet fl-ahhar tlett hargiet taghhom, u Charm Hammering li ghandu rebha u pjazzament fl-ahhar tlett tigrijiet tieghu.


Barra minn dan, Nophenio de Lune, Oolong u Baron G.L. kollha ghandhom zewg pjazzamenti fl-ahhar tlett hargiet taghhom, filwaqt li Natif de Salvi, Jerry Eme u Simb Tyrant kollha ppjazzaw fl-ahhar tigrija taghhom.  Il-bqija taz-zwiemel huma wkoll mill-aktar validi.  Il-Franciz Pegase d’Ariane huwa miktub biex jiddebutta f’din it-tigrija.


Il-programm jinkludi wkoll zewg tigrijiet ibbilancjati tal-klassi Silver, b’numru ta’ zwiemel tat-trott f’forma tajba, li whud minnhom rebhu jew ippjazzaw tajjeb matul l-ahhar xahrejn, bhal Ocean Brillouard, Quo Vadis Phedo, Mint Condition, Nasdaq du Closet, Pascal d’Ablon, Pilote de Nganda, Matador Knick u Victory Farming fl-ewwel wahda u Pile Ou Face, Que Je T’Aime Rush, Orio de Marancourt, Obi Wan Kenobi, Norfolk de Gouerie, Milano du Gite, Cross Country F.C. u Mealington fit-tieni, fost iz-zwiemel validi kollha li qed jippartecipaw f’dawn iz-zewg tigrijiet.


Il-laqgha tibda’ b’tigrija tal-klassi Copper segwita minn wahda riservata ghal zwiemel tal-klassi Bronze, bl-iSvediza Nevada Sun tkun miktuba biex tiddebutta f’din ta’ l-ahhar.


Ghalhekk laqgha tat-tigrijiet li tara diversi zwiemel popolari jikkompetu fuq id-distanza sabiha ta’ 2,140m.  Ghalkemm id-distanzi kollha huma attraenti, hafna jsostnu li dik ta’ 2,140m hija wahda mill-aktar popolari, ghaliex filwaqt li hija twila bizzejjed biex tittestja l-istrategija tat-tigrija tal-partecipanti hija wkoll qasira bizzejjed biex tipprovdi tigrijiet veloci u eccitanti.  Barra minn hekk, hija d-distanza ghall-appuntamenti principali tax-xahrejn li gejjin, bhall-kampjonati SECF ghaz-zwiemel tat-trott Francizi, t-Tazza Sette Giugno, il-Gran Finali VOB u l-Kampjonati tas-Sajf.


L-ahhar laqghat


It-tigrijiet kollha fl-ahhar zewg laqghat kienu fuq distanzi qosra, 2,140m ghaz-zwiemel tat-trott u 1,250m ghaz-zwiemel tal-galopp.   


L-attrazzjonijiet ewlenin kienu l-ewwelnett iz-zewg tigrijiet tal-klassi Premier.  Nhar il-Hadd li ghadda f’wahda minnhom gie registrat it-tieni l-aqwa hin tal-istagun fuq id-distanza ta’ 2,140m, cioe’ 1’14’6 fil-kilometru. 


Din it-tigrija rat lil Oviedo Vici jiehu kmant bikri segwit minn Argus Hanover.  Ta’ l-ewwel baqa’ fuq quddiem sa madwar 650m mit-tmiem meta nqabez fost ohrajn mir-rebbieh tal-Kampjonat Assikura A Argus Hanover li baqa ghaddej b’pass qawwi sat-tmiem, biex kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu fil-hin tajjeb hafna msemmi aktar ‘il fuq, zewg tulijiet quddiem d-debuttant Olry Meslois, li ghadda lil Celebrity Photo u lil Skars Hanna f’dik l-ordni.


Fit-tigrija ta’ nhar l-Erbgha, kien Magic de Assigny li mar quddiem l-ewwel, izda malajr inqabez minn Belafonte li zamm il-kmant ghall-bicca l-kbira tat-tigrija, sakemm kmieni fid-dritta tat-tmiem, wara zieda tajba fil-velocita’ fuq in-naha ta’ barra fl-ahhar 400m, Simb Mark qabez liz-ziemel ta’ quddiem u ddomina l-ahhar parti tat-tigrija biex rebah b’mod komdu b’madwar 3 tulijiet, it-tieni rebha stagjonali tieghu, f’hin ta’ 1’15’7 fil-kilometru.  Olympien Major, Of Course Ramble u Belafonte segwew lir-rebbieh f’dik l-ordni.


Hulot kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tal-ewwel tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar il-Hadd, izda Phenix de la Roque avvanza ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem dawra mit-tmiem.  Dawn iz-zewg zwiemel complew jigru ras’imb’ras sad-dritta tat-tmiem meta Phenix de la Roque kien l-aktar wiehed b’sahhtu mit-tnejn fl-isprint sal-gister, mar quddiem f’nofs id-dritta tat-tmiem u kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu b’madwar tul u nofs mill-istess Hulot, segwit minn Niky de Memartin u Touch The Diamond f’hin ta’ 1’16’7 fil-kilometru.


Oscar Indien ha kmant bikri fit-tieni tigrija tal-klassi Gold, u baqa’ fuq quddiem sa madwar 600m mit-tmiem, meta Power Night Star ha l-kmant b’rizultat ta’ attakk b’sahhtu fid-dritta tal-faccata, b’dan ta’ l-ahhar izomm pass qawwi sat-tmiem, jirrezisti l-attakk ta’ Happiness Photo fl-ahhar metri u jiehu l-ewwel rebha stagjonali tieghu b’aktar minn tul mill-istess Happiness Photo, segwit minn Orage du Pont u Carnegie Hall, f’hin ta’ 1’16’1 fil-kilometru.


Fit-tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar il-Erbgha, Podium kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tigrija, sakemm inqabez minn Pissaro fl-ahhar kurva qabel id-dritta tat-tmiem.  Fil-frattemp, madwar 400m mit-tmiem, Xray Hornline kien beda sprint qawwi li wasslu biex jaqbez lil kulhadd sa nofs id-dritta tat-tmiem, biex spicca kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’distakk impressjonanti ta’ erba’ tulijiet f’hin ta’ 1’16’0 fil-kilometru.  Udice Boko, Paleo de la Dives u Nuper spiccaw wara r-rebbieh f’dik l-ordni.


Bil-gageg tat-tluq mimlijin bi tmien partecipanti, t-tigrija tal-galopp tal-Klassi A zviluppat fi sfida bejn zewg zwiemel, Cheeky Jack u Darielli, li grew ras’imb’ras sal-bidu tad-dritta tat-tmiem meta ta’ l-ewwel, ir-rebbieh tal-Coronation Cup tas-sena l-ohra gheleb l-isfida ta’ Darielli u rebah b’mod komdu f’1’13’77, l-ahjar hin tal-istagun fuq din id-distanza sprint s’issa. Henderlik qabez lil Darielli bi ftit biex spicca fit-tieni post.


Xi ahbarijiet mill-korsa ...


Bhal dejjem, jew ma jkun hemm ebda ahbar jew ikun hemm hafna ahbarijiet!


Dawn li gejjin huma whud mill-ahbarijiet li hargu mill-korsa tal-Marsa fl-ahhar gimgha:


(i) Rizultati ta’ testijiet tad-doping
Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva sitt rizultati ohra ta’ testijiet tad-doping.  Nifirhu lis-sidien u t-trejners ta’ Orio de Marancourt, Octobre En Fete, Pepone du Castelet, Royal Qui u Quingen de Bussy, kollha relattivi ghar-rebha taghhom fil-finali tal-Condition Races li nzammu fil-31 ta’ Marzu u fil-5 t’April, kif ukoll lil dawk ta’ Timolin, relattiv ghar-rebha tieghu fil-finali tat-Tazza Chukkas ghaz-zwiemel tal-galopp, li r-rizultati taghhom urew li kienu nodfa minn sustanzi projbiti.


(ii)  Ftehim ma’ Racebets.com
Fl-isforzi kontinwi taghha sabiex tikseb fondi li jistghu jigu nvestiti fix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta ghall-gid tas-sidien u tal-partecipanti kollha f’dan l-isport, wara li ntlahaq ftehim mal-PMU Franciza xi zmien ilu, l-Malta Racing Club dan l-ahhar ikkonkluda ftehim ma’ Racebets.com, kumpannija li topera website li toffri loghob fuq tigrijiet minn madwar id-dinja.


Ghalhekk, issa jista’ jsir loghob fuq it-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta minn madwar id-dinja kollha fuq l-internet.  Innovazzjoni ohra ghat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta!
Dan jipprovdi aktar visibilita’ internazzjonali ghat-tigrijiet taghna u jintroduci sors potenzjali iehor ta’ dhul ghall-Malta Racing Club, li jista’ jintuza ghall-beneficcju tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.  Naturalment, kull loghob ghandu jsir b’mod responsabbli.


(iii) Kondoljanzi Sincieri
Ninghaqdu mal-komunita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel sabiex inwasslu l-kondoljanzi sincieri taghna lill-qraba u l-mahbubin ta’ Mikiel Seychell, maghruf bhala “tas-Sidi” u Chris Busuttil, maghruf bhala “il-Bomber”, li sfortunatament mietu l-gimgha l-ohra.  Se nimmissjawhom it-tnejn. 


Jalla jistrehu fis-sliem u jalla l-qraba u l-mahbubin taghhom jsibu konfort f’dawn iz-zmenijiet ta’ qsim ‘il qalb.


(iv)  Zwiemel godda miktuba bl-oghla numru ta’ punti ta’ handicap
F’dawn il-kolonni jiena dejjem nipprovdi ftit informazzjoni dwar zwiemel tat-trott li jigu rregistrati bl-oghla numru ta’ punti ta’ handicap ghad-debuttanti, cioe’ 520 punt.  Li jinkitbu hekk huwa ndikazzjoni cara li bil-livelli taghna z-ziemel partikolari kellu karriera ta’ success barra minn xtutna qabel ma jkun gie mportat f’Malta.


Xi whud minn dawn iz-zwiemel kellhom success anki f’Malta, bi zwiemel bhal Arnie Sensation, James de l’Iton, Joker de Choisel, Kakisis, Think Yatzee u ohrajn mill-ewwel jiguni f’mohhi, fost ohrajn.


Madankollu dan mhux dejjem il-kaz ghaliex f’etajiet tipikament ta’ bejn 9 u 12-il sena u wara li hafna drabi jkunu grew aktar minn 100 tigrija barra minn xtutna, xi whud minn dawn iz-zwiemel, anki jekk ikollhom success fil-karriera taghhom barra minn Malta, mhux bilfors ikunu f’kundizzjoni perfetta fizikament u psikologikament (partikolarment fil-moral taghhom) meta jibdew jigru f’Malta.


Ghalhekk, is-success taghhom f’Malta huwa ftit jew wisq “kaxxa maghluqa” sakemm narawhom jittrennjaw u jtellqu f’Malta.


Madankollu, li jkollna fostna zwiemel li jkollhom isem maghruf barra minn Malta huwa ndubbjament ta’ prestigju u xi haga li nharsu ‘l quddiem ghaliha ghaliex wara li nkunu segwejna lil dawn iz-zwiemel fuq it-televizjoni u l-internet ghal tant zmien, hija haga meraviljuza li jkollna l-opportunita’ li nsegwuhom mill-qrib fil-korsa taghna.


Dan jikkostitwixxi wkoll prova addizzjonali tal-kwalita’ taz-zwiemel tat-tigrija li ghandna jtellqu f’Malta u tas-sagrificcji li s-sidien taz-zwiemel jaghmlu sabiex jakkwistaw zwiemel tal-aqwa kwalita’.


It-tlett debuttanti miktuba bl-oghla numru ta’ punti ghad-debuttanti u li mistennija jiddebuttaw nhar il-Hadd kollha ghandhom xi haga originali; wiehed huwa z-ziemel tat-trott Franciz bl-oghla rebh barra minn xtutna, iehor huwa z-ziemel tat-trott Svediz bl-oghla rebh barra minn xtutna u l-iehor huwa d-debuttant bl-ahjar hin din is-sena.  Interessanti wkoll, li ghalkemm f’pajjizi differenti, t-tlieta li huma kienu f’forma tajba hafna fl-2010 u l-2011.


Qed nipprovdi din l-informazzjoni dwar kull wiehed minngham bhala kumpliment u nota ta’ ringrazzjament, mhux biss ghalihom u ghas-sidien taghhom, izda wkoll ghas-sidien kollha li tant jaghmlu sagrificcji sabiex jakkwistaw u jgibu biex itellqu fostna l-ahjar zwiemel li jifilhu jakkwistaw.  Grazzi mill-qalb lilhom kollha:


Iz-ziemel imsewwi ta’ 11-il sena Orgueil de Nganda huwa ziemel Franciz bl-oghla rebh li qed jiddebutta s’issa din is-sena, meta rebah Ewro513,090 barra minn xtutna, miksuba permezz ta’ 11-il rebha u pjazzamenti numeruzi.  Huwa rregistra l-ahjar hin ta’ 1’12’1 fil-kilometru gewwa Vincennes f’Novembru 2010 fuq 2,100m. Orgueil de Nganda kellu whud mill-aqwa prestazzjonijiet tieghu bejn Awwissu 2010 u Dicembru 2011, inkluz l-ahjar hin tieghu kif ukoll 5 rebhiet u 17-il pjazzamenti bejn it-tieni u l-hames, b’diversi tigrijiet ikollhom premjijiet ta’ flus gholjin, xi whud qrib jew oghla minn Ewro100,000, li fihom huwa gheleb zwiemel brillanti bhal Obelo Darche, Picsou de Villabon, Pluto du Vivier, Risque Tout, Rolling d’Heripre u ohrajn. 


Iz-ziemel imsewwi ta’ 12-il sena Totti T. Dream huwa z-ziemel tat-trott Svediz bl-oghla rebh li qed jiddebutta s’issa din is-sena, meta rebah SEK1,965,853 barra minn xtutna, miksuba permezz ta’ 26 rebha u hafna pjazzamenti.  Huwa ghandu l-ahjar hin ta’ 1’11’5 fil-kilometru fuq 1,609m imwaqqaf f’Tingsryd f’Gunju 2012.  Mill-2010 sa l-2012 huwa rregistra xi prestazzjonijiet mill-aqwa nkluz l-ahjar hin tieghu kif ukoll xejn inqas minn 21 rebha u aktar minn 20 pjazzament fl-ewwel hamsa, b’diversi tigrijiet ikollhom premjijiet ta’ flus oghlja.  Fost l-ahjar tigrijiet tieghu hemm it-tieni post fil-Gold Division Meadow Prophets Minne fuq 2,140m (premjijiet ta’ flus totali SEK400,000) f’Jagerso fis-26 ta’ Novembru 2011, meta huwa gheleb ukoll lill-famuz Maharajah.


L-istalljun ta’ 10 snin T.X. Zoogood huwa ziemel tat-trott iehor maghruf fl-iSvezja li ghandu rebh ta’ SEK1,504, 207, miksuba permezz ta’ 13-il rebha u diversi pjazzamenti.  Huwa ghandu l-ahjar hin fost id-debuttanti kollha f’Malta din is-sena ta’ 1’11’3 fil-kilometru maghmul f’Tingsryd fuq 1,609m f’Gunju 2011. Bejn l-2010 u l-2012 huwa rregistra l-ahjar hin u kiseb 3 rebhiet u 24 pjazzament fl-ewwel 5, inkluzi xi whud f’tigrijiet bi premjijiet gholjin.


Nawgurawlkom laqghat tat-tigrijiet ohra mill-aqwa nhar il-Hadd li gej.