Sunday 12th May 2013
Id-19-il laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – it-12 ta’ Mejju

minn Magnat


Il-laqgha tat-tigrijiet ta’ nhar il-Hadd tipprezentalna wahda mill-attrazzjonijiet ewlenin tal-istagun! Il-bidu tal-kampjonati SECF riservati ghal zwiemel tat-trott Francizi fuq id-distanza ta’ 2,140m, li se jinkurunaw l-aqwa zwiemel tat-trott Francizi tal-istagun fuq distanza qasira, f’kull klassi rispettiva.


Din hija laqgha ta’ ghaxar tigrijiet kollha tat-trott li tibda’ fis-2pm, bi tmien tigrijiet mill-kampjonat SECF kif ukoll zewg tigrjiet “normali” wahda ghall-klassi Premier u l-ohra ghall-klassi Bronze li se jkunu fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m, bit-tigrijiet tal-ahhar naturalment jikkomprendu esklussivament zwiemel tat-trott li mhumiex Francizi.


Il-heats mill-kampjonati SECF jinvolvu zewg tigrijiet mill-Prix d’Enghien (klassi Gold) u tlieta minn kull wiehed mill-Prix de Cabourg (klassi Silver) u l-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze), bl-ewwel hamsa jikkwalifikaw minn kull heat tal-Prix d’Enghien u l-ewwel erbgha minn kull heat mill-Prix de Cabourg u l-Prix de Cagnes Sur Mer.


Iz-zwiemel tat-trott Francizi tal-klassi Premier mhux se jtellqu fi tmiem din il-gimgha, sabiex jidhlu fix-xena fil-heats tal-Prix de Vincennes il-gimgha d-diehla.


B’10 u 11-il partecipant rispettivament, il-heats mill-Prix d’Enghien naturalment jinkludu diversi ismijiet maghrufa sew fost id-dilettanti tat-tigrijiet, b’zwiemel bhal Pepone du Castelet u Phenix de la Roque diga’ rebhu darbtejn din is-sena, ohrajn bhal Prince de Blequin u Natif de Salvi diga’ rebhu darba, u ohrajn gejjin minn pjazzamenti tajba fl-ahhar tlett tigrijiet taghhom, bhal Max Galbe, Natif de Fontaine, Paleo de la Dives, Nophenio de Lune u Niky de Memartin.


Iz-ziemel ta’ ghaxar snin Prince Gaillard huwa miktub biex jiddebutta fit-tieni heat. Naturalment il-partecipanti kollha f’dawn iz-zewg heats huma kompetituri denji b’garanzija li l-ghaxar semi-finalisti li se jirrizultaw minnhom se jkunu zwiemel li tassew jixirqilhom.


It-tlett tigrijiet mill-Prix de Cabourg li jinkludu 11, 12 u 12-il partecipant rispettivament huma kkaratterizzati min-numru ta’ debuttanti li huma miktuba biex jiddebuttaw fihom, xejn inqas minn ghaxra. Iz-zwiemel ta’ ghaxar snin Pactolgo, Partisan de Bouere u Picabia des Audins, flimkien ma’ dawk ta’ disa’ snin Quadrige de Mai, Quaid Tejy, Quartes, Quick Et Rare, Quioco Dry, Quitus Beauregard u Quozak Prior.


Il-bqija jinkludu varjeta’ ta’ zwiemel tat-trott f’forma tajba b’rebbieha u zwiemel li spiccaw fit-tieni post dan l-ahhar bhal Obiscus del Fa, Que Je T’Aime Rush, Orgeat, Quingen de Bussy, Panda des Fleches, Number One of Max, Oscar des Racques, Novak, Pilote de Nganda, Pile Ou Face u l-partecipanti kollha validi l-ohra.


It-tlett heats tal-Prix de Cagnes Sur Mer jinkludu 11, 12 u 11-il-kompetitur fosthom id-debuttant ta’ 6 snin Take Out Blue u zwiemel bhal Nep, Kaki de Peyrahout, New Look des Mots, Prince Feulavoir, Nympheta de Bisoir, Niko de Chamant, Lys de l’Oasis u Quindici, li kollha rebhu matul l-ahhar xahrejn. Il-partecipanti l-ohra huma wkoll mill-aktar solidi u kompetittivi, sabiex jipproducu tlett heats ohra mill-aktar bilancjati.


It-tigrija “normali” tal-klassi Premier tara sittax-il ziemel tat-trott li gejjin mid-Danimarka, l-Finlandja, l-Germanja, l-iSvezja, u l-Istati Uniti, bi zwiemel bhal Sultan November, Arnie Sensation, Poppes Fighter, Skars Hanna u Belafonte kollha jkollhom pjazzament tajjeb fl-ahhar tigrija taghhom.


Ghadda xahar biss mill-finali eccitanti tat-Tazza l-Kbira, izda nammetti li kont tassew qed nimmissja l-eccitament ta’ kampjonat iehor. L-istennija issa spiccat u l-kampjonati SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi zgur se jipprovdulna hafna ghal xiex nghajjtu! Aktar minn 200 zwiemel huma miktuba f’dawn il-heats matul iz-zewg tmiem il-gimgha li gejjin (apparti z-zwiemel tal-klassi Copper li jidhlu fil-kompetizzjoni dritt fis-semi-finali) – il-krema taz-zwiemel tat-trott Francizi f’Malta li jissieltu f’tigrijiet bla appell li ma jaghtu lok ghall-ebda zball jekk wiehed ikun irid jimxi ‘l quddiem f’dawn il-kampjonati mill-aktar kompettivi.


L-ahhar laqgha


B’seba’ tigrijiet biss kollha ghal zwiemel tat-trott fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m nistghu nghidu li l-ahhar laqgha kienet ikkaratterizzata minn xi hinijiet tassew tajbin.


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Premier, Totti T. Dream ha kmant bikri li zamm ghal inqas minn 200m meta Normand d’Oger li kellu bidu eccellenti mar quddiem u mexxa l-qatta’ minghajr sfidi sal-ahhar 800m. Madankollu fid-dritta tal-faccata, Ohime Mag zied ferm fil-velocita’ u gie ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem fid-dahla tad-dritta tat-tmiem, mar quddiem ftit wara u kompla jzid il-vantagg tieghu sat-tmiem, biex rebah bi kwazi tlett tulijiet minn Sultan November, segwit minn Ofackevo u Ourasi Diams
.
Il-hin tar-rebbieh kien dak eccellenti ta’ 1’14’6 fil-kilometru, t-tieni l-ahjar hin kongunt fuq din id-distanza dan l-istagun, bl-ahjar hin (1’14’4 fil-kilometru) jkun ukoll maghmul minn dan iz-ziemel.


Mont Cenis Honey ha r-rajls u mar quddiem kmieni fit-tieni tigrija tal-klassi Premier segwit ghall-bicca l-kbira tad-distanza minn Mars, fost ohrajn. Dan ta’ l-ahhar hareg fuq in-naha ta’ barra fl-ahhar kurva qabel id-dritta tat-tmiem, qabez liz-ziemel ta’ quddiem ftit qabel il-bidu tad-dritta tat-tmiem u Mars ma kellux sfidanti sal-gister biex rebah l-ewwel tigrija tieghu din is-sena f’hin iehor tajjeb hafna ta’ 1’14’7 fil-kilometru, zewg tulijiet u nofs qabel Okilaibo, segwit minn Arnie Sensation u Oran f’dik l-ordni.


Baron G.L. mar quddiem fl-istadji bikrija tat-tigrija tal-klassi Gold bi Blizzard AD jsegwih mar-rejls. Blizzard AD beda l-attakk tieghu madwar 500m mit-tmiem u dawn iz-zewg zwiemel ipprovdew taqbida ras’imb’ras attraenti fid-dritta tat-tmiem bi Blizzard AD jiehu s-supremazija madwar 150m mit-tmiem sabiex jikseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’hin tajjeb ta’ 1’16’0 fil-kilometru, madwar tul minn Pepone du Castelet li spicca b’sahhtu, segwit minn Baron G.L. u Onyx Lucernais.


Target Player kien fuq quddiem ghal parti twila mill-ewwel tigrija tal-klassi Silver izda Quo Vadis Phedo u Nasdaq du Closet (fost ohrajn) attakkaw b’sahha fid-dritta tal-faccata. Dan ta’ l-ahhar mar quddiem fid-dritta tat-tmiem izda ma seta’ jaghmel xejn biex jirrezisti l-isprint b’sahhtu ta’ Quo Vadis Phedo li wasslu fuq quddiem fl-ahhar metri sabiex sar l-ewwel ziemel li kiseb ir-raba’ rebha tieghu dan l-istagun, tlett kwarti ta’ tul quddiem Nasdaq du Closet, segwit minn Cal Win u Ocean Brillouard f’hin ta’ 1’16’4 fil-kilometru.


Command Coger hataf il-kmant tat-tieni tigrija tal-klassi Silver 200m biss mill-bidu, bis-sitwazzjoni tibqa’ l-istess sad-dritta tat-tmiem meta Cross Country F.C. ipproduca sprint impressjonanti, qabez lil Command Coger f’nofs id-dritta u rrezista l-attakki kollha biex irregistra l-ewwel rebha stagjonali tieghu tul quddiem Newman, segwit minn Norfolk de Gouerie u Obi Wan Kenobi f’hin ta’ 1’16’6 fil-kilometru.


It-tigrijiet l-ohra ntrebhu minn Nympheta de Bisoir (klassi Bronze) fl-ewwel rebha stagjonali taghha f’1’16’8 fil-kilometru, hin tajjeb ghal dik il-klassi, u Lemon Solo (klassi Copper) li kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu fl-aqwa hin kongunt tieghu f’Malta ta’ 1’17’9 fil-kilometru.


Ahbarijiet u Kummenti mill-korsa


Ghalkemm l-azzjoni rejali fil-korsa narawha matul il-laqghat tat-tigrijiet, it-tigrijiet taz-zwiemel huma hafna iktar minn hekk! It-tigrijiet taz-zwiemel jinvolvu komunita’ b’attivita’ li tkompli wkoll bla heda matul il-gimgha.


Meta nikkoncentraw fuq il-laqghat tat-tigrijiet, kultant nistghu ninsew kemm aktar jinvolvu t-tigrijiet taz-zwiemel, inkluz ix-xoghol ta’ kuljum ta’ tahrig u manteniment taz-zwiemel.


Dawn li gejjin huma whud mill-ahbarijiet li hargu mill-korsa tal-Marsa matul l-ahhar gimgha:


(i) Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva rizultat iehor ta’ test tad-doping. Nifirhu lis-sidien u t-trejners ta’ Mig of the Wood, li r-rizultat tat-test tad-doping tieghu relattiv ghar-4 post li akkwista fil-Finali tat-Tazza l-Kbira fl-14 t’April, wera li kien nadif minn sustanzi projbiti.


(ii) Kondoljanzi sincieri


Ghal darb’ohra, ninghaqdu mal-komunita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel sabiex inwasslu l-kondoljanzi sincieri taghna lill-qraba u mahbubin (l-aktar it-tfal tieghu) ta’ Michael Zammit, maghruf bhala “paspar” li sfortuntament halliena l-gimgha l-ohra. In-nuqqas tieghu zgur se jinhass sew.


Jalla jistrieh fis-sliem u jalla wliedu, l-qraba u l-mahbubin tieghu jsibu konfort f’dawn iz-zmenijiet ta’ qsim ‘il qalb.


(iii) Sewwieq tax-Xahar – April


Is-Sewwieq tax-Xahar ghal April huwa Charles Camilleri, li rebah dan l-unur abbazi tar-rebha tieghu fil-finali tat-Tazza l-Kbira fuq Nabab du Chatelet fl-14 t’April u r-rebha tieghu fil-klassi Premier fil-Cup Day tat-28 t’April. Charles irregistra wkoll tmien pjazzamenti fost it-22 tigrija ohra li kkompeta fihom ix-xahar li ghadda.


Nirringrazzjaw minn qalbna lil Finn Tack talli ssapportjaw din l-inizjattiva billi sponsorjaw din l-edizzjoni.


(iv) Ix-xena tat-tigrijiet fi Franza – l-aspett professjonali


Huwa nkredibbli izda ninsabu diga’ fil-11-il sena tal-kampjonati SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi! U f’dawn l-ahhar granet ma stajtx hlief nahseb kif ghalkemm iz-zwiemel tat-trott Francizi jikkostitwixxu aktar minn nofs iz-zwiemel tat-trott li jtellqu f’Malta, dan il-kampjonat ighin biex iressaq lejn xulxin zewg rejaltajiet tat-tigrijiet taz-zwiemel li huma mill-aktar differenti.


Wiehed mill-aspetti li jimpressjonani l-aktar f’dan ir-rigward huwa l-element professjonali li jikkaratterizza t-tigrijiet taz-zwiemel fi Franza. Tabilhaqq is-settur tat-trott fi Franza jiftahar b’numru kbir ta’ professjonisti specjalizzati li jahdmu fuq bazi “full-time” f’diversi aspetti ta’ dan l-isport.


Kwazi 4,500 allevatur taz-zwiemel, kwazi 1,700 trejner, aktar minn 3,000 sewwieq u gerrejj li kollha jinvestu hin, flus u energija ghal dan l-isport sabiex b’hekk jikkrejaw industrija tat-trott impressjonanti!


Dawn il-professjonisti tat-tigrijiet taz-zwiemel jattendu skejjel specjalizzati mifruxa madwar Franza sabiex jikkwalifikaw fil-qasam rispettiv taghhom, sewwieqa, gerrejja, handlers, trejners ecc. Il-korsijiet tipikament ikollhom tul ta’ bejn sentejn u erba’ snn u jirrizultaw fl-akkwist ta’ diplomi tal-iStat immirati sabiex jipprovdu mpjieg fi tmiem l-istudji taghhom.


Ir-rizultat huwa kwazi 150,000 zwiemel li jikkompetu f’aktar minn 11,000 tigrija organizzati fi Franza (aktar minn 20 darba ta’ dawk mizmuma f’Malta) s-sena l-ohra, b’madwar 15,800 zwiemel tat-trott differenti jippartecipaw fihom.


L-SECF (l-assocjazzjoni tat-trott Franciza) tissostjeni dan l-isport b’ammont impressjonanti ta’ premjijiet ta’ flus li jigu allokati ghat-tigrijiet tat-trott Francizi, nkluz il-qasma taghhom bejn il-professjonisti rispettivi. Is-sena l-ohra l-SECF allokat kwazi 240 miljun Ewro fi premjijiet ta’ flus jew medja ta’ aktar minn 21,500 Ewro ghal kull tigrija (il-premjijiet ta’ flus f’tigrija “normali” tal-klassi Premier f’Malta huwa 1,175 Ewro).


L-injezzjoni ta’ dawn il-fondi kollha f’dan l-isport hija ssupportjata fost l-ohrajn mill-kontribuzzjoni solida pprovduta mill-PMU kumpannija tal-loghob ibbazata fi Franza li tikkontribwixxi parti mid-dhul taghha ghal dan l-isport.


Aspett iehor impressjonanti ta’ din il-kultura professjonali hija l-politika ta’ reklamar dinamika u diversifikata ghat-Trotteur Francais li tapplika l-SECF kemm fi Franza kif ukoll barra l-pajjiz. Tabilhaqq l-SECF ikkonkludiet ftehim ma’ 17-il pajjiz li rrikonoxxew ir-razza Trotteur Francais u jigu organizzati aktar minn 350 tigrija barra minn Franza li huma riservati ghal zwiemel Trotteur Francais, bhal ma hu l-kaz ghall-kampjonati SECF f’Malta.


It-“Tour Europeen du Trotteur Francais” li gie wkoll organizzat kull sena sa mill-2007, jara zwiemel tat-trott Francizi maghrufa li jtellqu fi Franza jikkompetu kontra zwiemel tat-trott Francizi li jtellqu barra minn Franza f’tigrijiet mizmuma f’diversi pajjizi barra Franza.


Il-pubblikazzjonijiet differenti li jittrattaw iz-zwiemel tat-trott Francizi, id-diversi websites dwar it-tigrijiet tat-trott fi Franza, l-mod kif jigu rreklamati iz-zwiemel Francizi leggendarji, l-ispazju moghti fil-medja lit-tigrijiet Francizi, b’mod partikolari permezz tal-kanal televiziv Equidia b’aktar minn 3,000 siegha ta’ tigrijiet jigu trasmessi dirett fuq dan il-kanal, flimkien ma’ intervisti, kummentarji u varjeta’ ta’ “features” ohra li jaghtu aktar pubblicita’ lil dan l-isport, b’accent specjali fuq ix-xena tat-trott fi Franza.


Barra minn dan, l-SECF tippromwovi attivament lit-Trotteur Francaiz f’diversi pajjizi barra Franza u l-finanzjamant tal-kampjonati SECF f’Malta darbtejn f’sena huwa ezempju eccellenti ta’ dan. Ezempju li kjarament halla frott tajjeb ghaz-zieda taz-zwiemel tat-trott Francizi f’Malta. Mhux kumbinazzjoni li filwaqt li fl-2002 (l-ahhar sena qabel il-bidu tal-kampjonati SECF f’Malta), id-debuttanti tat-trott Francizi kienu jikkostitwixxu biss ftit aktar minn 42% tad-debuttanti kollha tat-trott f’Malta, fl-2011 u l-2012 dawn ammontaw ghal xejn inqas minn 55%!


Zwiemel li issa se jiggarantulna spettaklu iehor mill-aqwa matul il-gimghat li gejjin!


Nawgurawlkom laqgha tat-tigrijiet ohra mill-aqwa nhar il-Hadd li gej.