Sunday 26th May 2013
It-22 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – is-26 ta’ Mejju

minn Magnat


Se tinzamm laqgha ohra fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd, b’bidu fis-1.30pm u bi programm li jikkonsisti f’disa’ tigrijiet kollha tat-trott.


L-attrazzjonijiet ewlenin tal-laqgha huma tlett semi-finali mit-Tazza Sette Giugno, riservati ghal zwiemel tal-klassi Premier tan-nazzjonalitajiet kollha, fuq distanza ta’ 2,140m.  Sitt pajjizi huma rapprezentati, b’14-il partecipant mill-iSvezja, 13 minn Franza, 2 mill-Istati Uniti u wiehed kull wiehed mid-Danimarka, l-Finlandja u l-Germanja.


L-ewwel tlett zwiemel li jippjazzaw f’kull semi-finali jghaddu ghall-finali li se tinzamm fis-7 ta’ Gunju.


L-ewwel semi-finali tara ghaxar partecipanti, inkluz Sultan November li gej minn rebha u zewg pjazzamenti fl-ahhar tlett hargiet tieghu, ir-rebbie tat-Tazza l-Kbira tal-passat Kakisis, ir-rebbieh tal-passat tal-kampjonat Skyparks ghaz-zwiemel tat-trott Svedizi Wiss Night Hawk, ir-rebbieh tal-passat tat-Tazza Assikura Count of Life, ir-rebbieh tal-kampjonat tas-Sajf tal-2012 Milord Barbes, Absolut Spender li rebah tigrija tajba x-xahar li ghadda, kif ukoll iz-zwiemel validi Nuevo Musette, Ofackevo, Ouragan de Sita u Mystere d’Urfist.


It-tieni semi-finali tinkludi hdax-il partecipant, cioe’ z-ziemel li spicca fit-tieni post fit-Tazza l-Kbira Nino de Saintho, dak li spicca fil-hames post Original Blue u l-finalist Arnie Sensation, ir-rebbieh tat-Tazza Assikura fl-2012 Knockout Molar, Simb Mark u Orcas Bac, li t-tnejn rebhu fl-ahhar harga taghhom, Skars Hanna li rebhet u pplejsjat fl-ahhar tlett hargiet taghha, Normand d’Oger li rebah darbtejn u ppjazza aktar kmieni din is-sena, kif ukoll iz-zwiemel validi Ouest Mabon, Pro Shop u Nevaio des Bordes.


It-tielet semi-finali tinkludi wkoll hdax-il partecipant; ir-rebbieh tat-Tazza Assikura ta’ din is-sena Argus Hanover, T.X. Zoogood li rebah l-ahhar tigrija tieghu, Poppes Fighter li ppjazza f’erbgha mis-sitt hargiet tieghu din is-sena, Belanfonte li diga’ rebah u ppjazza din is-sena, u z-zwiemel validi l-ohra Baloo Nalan, Give To Get, Shakira Trot, Celebrity Photo, Ouf Boy, Naxos de France u d-debuttant  Lage.


Iz-ziemel imsewwi ta’ 10 snin Lage huwa miktub bl-oghla numru ta’ punti ta’ handicap ghal debuttant.  Huwa rebah is-somma ta’ SEK1,299,990 barra minn xtutna, permezz ta’ 11-il rebha u pjazzamenti numeruzi.  L-ahjar hin tieghu huwa dak ta’ 1’11’2 fil-kilometru, registrat f’Jagersro f’Lulju 2009 fuq 1,609m f’tigrija li fiha spicca fit-tieni post wara l-famuz Brioni.  L-ahhar sentejn tieghu fl-iSvezja kienu tajbin meta rregistra zewg rebhiet u disa’ pjazzamenti ohra tajba fost l-ewwel hamsa, meta gheleb zwiemel ta’ kwalita’ bhal Copper Beech, Livi Barcelona u ohrajn.


Il-bqija tat-tigrijiet huma daqstant entuzjasmanti, u jikkonsistu f’zewg semi-finali (kollha fuq distanza ta’ 2,140m) minn kull wiehed mill-Prix d’Enghien (klassi Gold), Prix de Cabourg (klassi Silver) u Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze), b’hames zwiemel jikkwalifikaw minn kull wahda minnhom, sabiex jaslu ghall-finali rispettiva.


Naturalment hafna mill-attenzjoni mistennija tigi ffukata fuq is-semi-finali tal-Prix d’Enghien li jaraw ghaxar zwiemel f’kull wahda minnhom.  L-ewwel semi-finali tipprezentalna zwiemel interessanti bhar-rebbieh tal-heat Onyx Lucernais u z-zwiemel li spiccaw fit-tieni post Prince Gaillard, L’Ideal de Fersan u Orion du Vaumicel, rebbieha ta’ din is-sena bhal Orage du Pont u Natif de Salvi u l-partecipanti l-ohra validi kollha.


It-tieni semi-finali tinkludi xejn inqas minn tlett rebbieha tal-heats, cioe’ Pepone du Castelet, Natif de l’Hommee u Nitesco d’Anthony, iz-ziemel li spicca fit-tieni post Phenix de la Roque (rebbieh ta’ zewg tigrijiet din is-sena), Oscar Indien li gera’ fil-klassi Premier aktar kmieni dan l-istagun u l-partecipanti l-ohra kollha li zgur se jisfidaw b’mod qawwi ghal rebha jew post fil-finali.


Is-semi-finali tal-Prix de Cabourg jaraw 12-il partecipant f’kull wahda, inkluz r-rebbieha tal-heats Quingen de Bussy (rebbieh erba’ darbiet din is-sena), Pirate d’Urzy (tlett rebhiet din is-sena), Obiscus del Fa (rebbieh ta’ zewg tigrijiet din is-sena), Quozak Prior, Passons d’Ortige u Marco Barbes, iz-zwiemel li spiccaw fit-tieni post Quasar de Subligny, Panda des Fleches, Ostheo d’Havetot, Que Je T’Aime Rush, Mealington u Ouraki de Drochon kif ukoll il-partecipanti b’sahhithom l-ohra kollha. 


Is-semi-finali mill-Prix de Cagnes Sur Mer jinkludu ghaxar partecipanti f’kull wahda.  Ir-rebbieha tal-heats kienu Pittacos (erba’ rebhiet din is-sena), r-rebbieh ta’ tlett tigrijiet Quindici, Marchallah, Mexio Josselyn u Nevermind, filwaqt li z-zwiemel li spiccaw fit tieni post kienu Polytain, Nuthan d’Emi, Lys de l’Oasis, Lucky d’Hercla u Navaroso de Khepri, bil-partecipanti l-ohra kollha jkunu denji ta’ post fil-finali.


Gunju huwa xahar ta’ finali hawn Malta, izda Mejju huwa xahar daqstant importanti ghax jipprovdilna l-finalisti li se jkunu l-protagonisti tad-diversi finali eccitanti.  Il-harsa li tajna hawn fuq lejn il-kompozizzjoni tas-semi-finali li se jinzammu nhar il-Hadd turi s-sahha tal-partecipanti u d-diffikulta’ li wiehed ibassar iz-zwiemel li se jikkwalifikaw, biex b’hekk ikollna garanzija ta’ aktar tigrijiet ibbilancjati u ncerti, li sirna nassocjaw ma’ dawn il-kampjonati.


L-ahhar laqghat


L-attrazzjonijiet ewlenin tal-ahhar zewg laqghat kienu jikkonsistu f’diversi heats mill-kampjonati SECF riservati ghaz-zwiemel tat-trott Francizi.


Naturalment, fost dawn, it-tlett heats mill-Prix de Vincennes (klassi Premier) kienu l-aktar mistennija.


Fl-ewwel heat, li nzammet nhar il-Gimgha, Ouest Mabon ha kmant bikri li zamm sa madwar 700m mit-tmiem meta gie attakkat minn Of Course Ramble li qabzu biex mar fuq quddiem.  Sadanittant, Oran zied ferm fil-velocita’, avvanza min-nofs il-qatta u rnexxielu jigi ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem fl-ahhar kurva qabel id-dritta tat-tmiem.


Sa nofs id-dritta tat-tmiem, Oran kien ha l-kmant u baqa’ sejjer fi triqtu biex jikseb it-tieni rebha stagjonali tieghu b’madwar zewg tulijiet u nofs miz-zwiemel li kkwalifikaw ukoll Ourasi Diams, Of Course Ramble, Mig of the Wood, Phenix de Milo u Magic de Assigny, f’hin ta’ 1’16’0 fil-kilometru. 


Fit-tieni heat mill-Prix de Vincennes nhar il-Hadd li ghadda, Mont Cenis Honey ha r-rejls kmieni fit-tigrija, segwit minn zwiemel bhal Okilaibo u aktar tard Nabab du Chatelet.  It-tigrija zammet dan l-istil sa nofs id-dritta tat-tmiem meta Okilaibo sab l-ispazju biex ifaqqa’ l-attakk tieghu, ha l-kmant fl-ahhar 60 metru u rregistra l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’nofs tul minn Mont Cenis Honey f’hin ta’ 1’16’3 fil-kilometru.  Nabab du Chatelet, Ohime Mag, Olry Meslois u Quelino d’Amour ghaddew ukoll ghas-semi-finali f’dik l-ordni. 


L-ahhar heat mill-Prix de Vincennes ipprovdiet l-ahjar hin ta’ tmiem il-gimgha li ghadda – 1’15’6 fil-kilometru.  Fil-bidu kien Oviedo Vici li beda b’sahhtu ferm biex fetah vantagg ta’ madwar hames tulijiet minn Label Chouan segwit mill-partecipanti l-ohra.  Il-vantagg ta’ Oviedo Vici tnaqqar sostanzjalment b’madwar 800m mit-tmiem, b’Label Chouan jirnexxielu jmur quddiem xi 150m wara.


Mark de Chamant gie fuq in-naha ta’ barra biex wasal ras’imb’ras ma’  Label Chouan madwar 400m mit-tmiem, b’ta’ l-ewwel jmur fuq quddiem fid-dahla tad-dritta tat-tmiem, izda Odedjalo zied fil-velocita’ b’mod qawwi fid-dritta tat-tmiem gie minn nofs biex attakka u qabez liz-ziemel ta’ quddiem fl-ahhar 50m u kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu b’inqas minn nofs tul mill-istess Mark de Chamant segwit miz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw Orne des Olivettes, Olympien Major, Label Chouan u Orly Montaval.


Fit-tielet heat tal-Prix d’Enghien (klassi Gold), Orion du Vaumicel mar quddiem kmieni fit-tigrija, u zamm il-kmant b’mod inkontrastat sad-dahla tad-dritta tat-tmiem.  Madankollu fil-bidu tad-dritta tat-tmiem, Natif de l’Hommee beda sprint b’sahhtu min-nofs, irnexxielu jmur quddiem fl-ahhar 100m u spicca b’sahhtu biex kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu, tul u nofs quddiem Orion du Vaumicel, Nobleness Dubrio, Nuper u Orage du Pont li kkwalifikaw f’dik l-ordni.  Il-hin tar-rebbieh kien 1’16’4 fil-kilometru.


Id-debuttant Quartz Clayettois ha l-kmant fl-ahhar heat tal-Prix d’Enghien, izda nqabez wara madwar 500m minn Magnifique Sablais, b’Onyx Lucernais jkun qrib iz-ziemel ta’ quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tigrija.  Dan ta’ l-ahhar irnexxielu jmur fuq quddiem madwar 600m mit-tmiem, malajr holoq distakk tajjeb hafna u kien jidher riesqa lejn rebha komda sakemm L’Ideal de Fersan gie minn imkien bi sprint brillanti sabiex wasal ras’imb’ras ma’ Onyx Lucernais fl-ahhar ftit metri.


Il-photo-finish ta r-rebha lil Onyx Lucernais b’nofs ras biss mill-istess L’Ideal de Fersan bi Quartz Clayettois, Oscar Indien u Pancho Villa jikkwalifikaw ukoll ghas-semi-finali.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’16’7 fil-kilometru.


Fl-uniku tigrija tal-galopp tal-Klassi A fuq 1,750m, Darielli ha kmant bikri, segwit fost l-ohrajn minn Ollie Fliptrik f’qatta maghquda.  Madankollu, fid-dritta tal-faccata, Timolin zied fil-velocita’ b’mod impressjonanti, rnexxielu jmur fuq quddiem fl-ahhar 500m u baqa’ sejjer b’sahhtu sat-tmiem, biex kiseb it-tielet rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu b’mod komdu kwazi hames tulijiet minn Buttermilk, segwit minn Darielli.


It-Tazza Sette Giugno – xi fatti u figure


Hemm min ihoss li l-kalendarju tat-trott Malti jinkludi wisq kampjonati, b’rizultat li jispicca mimli zzejjed u naghfsu wisq iz-zwiemel taghna. 


Hemm ohrajn bhali li jemmnu l-kampjonati huma l-qofol ta’ dan l-isport, l-attrazzjonijiet ewlenin li jigbdu n-nies lejn il-korsa, b’kulhadd ippreparat sa snienu biex jaqta’ l-aqwa figura possibbli, u ghalhekk aktar ma jkollna kampjonati aktar ahjar. 


Fi kwalunkwe kaz, is-sistema Maltija li fiha z-zwiemel ma jigux mistiedna ghall-finali bhal ma jigri fil-finali l-kbar fl-Ewropa bhall-Prix d’Amerique u l-Elitloppet (li kumbinazzjoni se tinzamm nhar il-Hadd li gej), izda jkollhom ighaddu minn fazijiet ta’ kwalifikazzjoni b’perjodi ta’ zmien bejniethom ifisser li n-numru ta’ kampjonati li jista’ jkollna f’kull stagun huwa minnu nnifsu ristrett.


Pero’ mitt bniedem mitt fehma – u hekk ghandu jkun!


Ghalhekk naturalment, kont qed nistenna l-bidu tal-kampjonat ghat-Tazza Sette Giugno.  Miftuh ghall-oghla klassi taz-zwiemel taghna, dan jaghtina l-possibilita’ li nergghu naraw il-krema taz-zwiemel taghna fl-azzjoni. 


Wara li s’issa din is-sena ma kienx possibbli li jkun organizzat il-kampjonat ghaz-zwiemel tat-trott Svedizi, dan il-kampjonat jaghtina opportunita’ ohra li naraw lill-aqwa klassi ta’ zwiemel Svedizi fl-azzjoni fil-konfront ta’ zwiemel ta’ nazzjonalitajiet ohra.  Dan il-kampjonat, b’kuntrast mat-Tazza l-Kbira, jinzamm fuq distanza iqsar ta’ 2,140m (l-ewwel edizzjoni biss kienet fuq id-distanza tat-Tazza l-Kbira ta’ 2,640m).


B’kuntrast iehor mat-Tazza l-Kbira, dan huwa wiehed mill-aktar kampjonati ricenti fit-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.  L-ewwel edizzjoni saret biss fl-2009 u ghalhekk din se tkun biss il-hames wahda. 


Hemm xi differenzi bejn l-ewwel zewg edizzjonijiet u dawk ta’ wara.  L-ewwel tnejn kienu maghrufa bhala l-MRC Premier Trot, izda fl-2011 l-isem inbidel ghat-Tazza Sette Giugno, kif ghadu sal-lum, biex b’hekk inholqot rabta mal-istorja ta’ Malta u maz-zmien li fih issir din il-finali. 


Huwa kampjonat li dejjem kien relattivament qasir.  L-ewwel zewg edizzjonijiet kienu jikkonsistu biss f’finali diretta minghajr fazijiet ta’ kwalifikazzjoni, fejn kellna tmien finalisti bil-possibilita’ ta’ riservi jidhlu flok zwiemel li jirtiraw mit-tigrija.  L-edizzjonijiet ta’ wara raw zewg fazijiet, bil-finalisti johorgu minn fazi ta’ semi-finali dejjem riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier.


L-ewwel zewg edizzjonijiet kienu riservati ghal zwiemel li mhumiex Francizi, dawk ta’ wara raw iz-zieda ta’ zwiemel Francizi eliminati mill-heats tal-Prix de Vincennes jew li ppartecipawx f’dak il-kampjonat.


L-ewwel edizzjoni, dik li nzammet f’ Gunju 2009, inzammet fl-istess jum tal-finali fil-kampjonati ghaz-zwiemel tat-trott Francizi, u l-gurnali tal-ghada ftit li xejn taw prominenza lil din il-finali, bic-centru tal-attenzjoni jkun irriservat ghall-finali tal-Francizi.


Pero’ l-popolarita’ u l-prestigju ta’ din it-Tazza zdiedu ma’ kull edizzjoni li saret wara, specjalment meta zdiedet il-fazi tas-semi-finali u meta l-finali saret il-qofol tal-laqgha partikolari.


Ir-rebbieha ta’ dan il-kampjonat s’issa kienu zewg Svedizi, l-ewwel Arnie Sensation u mbaghad Think Yatzee (darbtejn) u fl-ahhar l-Olandiz Zilver Boko.  Fis-sena li rebah it-Tazza, kull wiehed minnhom kellu stagun mill-isbah; Arnie Sensation kien spicca fit-tieni post fil-klassifika tal-aqwa ziemel tat-trott tal-2009, Think Yatzee kien rebah erba’ darbiet u ppjazza fit-tigrjiet l-ohra li ha sehem fihom f’kull wahda mis-snin 2010 u 2011, filwaqt li Zilver Boko kien rebah l-unur tal-Aqwa Ziemel tat-trott fis-sena 2012.


Mit-tmien zwiemel li kellna fl-2009 u l-2010, z-zwiemel li ppartecipaw f’dan il-kampjonat zdiedu ghal 31 fl-2011, 33 s-sena l-ohra u ghandna 32 din is-sena.  Minn dawn l-uniku rebbieh precedenti huwa l-ewwel wiehed, Arnie Sensation, issa fl-eta’ ta’ 13-il sena u anki din is-sena finalist tat-Tazza l-Kbira.  


Wara li tajna daqqa t’ghajn lejn il-passat, issa wasal il-mument li nduru ghall-prezent.  Nawguraw lis-sidien taz-zwiemel partecipanti kollha u nistennew bil-herqa li naraw min se jkunu d-disa’ finalisti!  Bil-kwalita’ ta’ zwiemel li ghandna zgur li jkunu min ikunu se jiggarantixxu finali mill-aqwa!


Nawgurawlkom laqgha tat-tigrijiet ohra mill-aqwa nhar il-Hadd li gej.