Friday 31st May 2013
Tahrig Barra Min Malta Ghall-Gerrejja Maltin

Illum fl-Agenzija Programmi tal-Unjoni Ewropea f'Santa Venera, saret ic-cerimonja tar-rebbieha tal-kuntratti taht l-iskema -Progett ta mobilita Leonardo da Vinci.


Il-Kunsill Amministrattiv tal-Malta Racing Club ihabbar ufficjalment u b'sodisfazzjon li f'dan l-ewwel tentattiv tieghu biex jikseb fondi mill-Unjoni Ewropea biex gerrejja Maltin jinghataw tahrig f'pajjizi barranin, irnexxielu jirbah kuntratt ghas-somma totali ta Eur10,165.00c. Dawn il-fondi se jservu biex diversi gerrejja Maltin imorru jghamlu kors specjalizzat gewwa l-Izvezja.  Dan il kors iwassal ghal certifikazzjoni u ghandu jghinhom biex ikomplu jtejjbu l-hiliet taghhom fid-diversi oqsma, kemm teoretici kif ukoll prattici, li lejhom huwa mmirat dan il-kors.  Apparti obbligi ohra li se jkollhom, il-gerrejja Maltin huma marbutin li permezz ta korsijiet li jigu organizzati b'kollaborazzjoni mal-Malta Racing Club meta dawn jigu lura u dejjem jekk jiksbu certifikazzjoni, huma wkoll jaghtu korsijiet simili lil gerrejja Maltin ohra gewwa pajjizna.


Permezz ta dan il-progett il-Kunsill Amministrattiv qed jaghti prova ohra tal-hidma kontinwa li ilu jwettaq sa mill-bidu nett tal-hatra tieghu, hidma li wasslet ghal rizultati pozittivi kemm fil-kamp Malti kif ukoll fil-kamp internazzjonali.  Il-Kunsill iwieghed l-ghajnuna kollha necessarja u jawgura success lil kull membru tal-kontingent Malti li ghal din is-sena ntaghzlu biex ikunu r-raprezentanti tieghu u l-ambaxxaturi ghal pajjizna.