Saturday 1st June 2013
It-23 u l-24 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – il-31 ta’ Mejju u t-2 ta’ Gunju

minn Magnat


Se jinzammu zewg laqghat ta’ tigrijiet fil-korsa tal-Marsa fi tmiem din il-gimgha; l-ewwel wahda nhar il-Gimgha b’bidu fis-7pm u mbaghad il-Hadd, bl-ewwel tigrija skedata ghas-1.30pm.  L-ewwel laqgha tinkludi disa’ tigrijiet b’tal-Hadd fiha ghaxar tigrijiet.


It-tigrijiet tal-galopp huma fic-centru tal-attenzjoni f’dan it-tmiem il-gimgha bil-Mediterranean Derby, li tingera fuq distanza ta’ 1,750m, l-aktar tigrija mportanti fl-istagun tat-tigrijiet ghal zwiemel tal-galopp, trofew bi storja prestigjuza li l-ewwel edizzjoni tieghu saret lura fl-1889.


Seba’ zwiemel kienu miktuba ghal din it-tigrija, izda sfortunatament tnejn gew skraccjati, b’dan l-unur issa jkun ikkontestat bejn hames zwiemel maghrufa f’etajiet ta’ bejn 6 u 9 snin, gejjin mill-Germanja, l-Irlanda u l-Istati Uniti li huma:


1. Iz-ziemel Amerikan imsewwi ta’ 9 snin Cheeky Jack, rebbieh ta’ sebgha (u seba' pjazzamenti) mill-15-il tigrija tieghu f’Malta (inkluza l-Coronation Cup tas-sena l-ohra);
2. Iz-ziemel Amerikan imsewwi ta’ 7 snin Kimberley Downs, rebbieh ta’ sebgha (u pjazzament wiehed) mill-10 tigrijiet tieghu f’Malta u li rritorna fostna wara sena ta’ tigrijiet b’success fi Franza u l-Belgju;
3. L-istalljun Germaniz ta’ 6 snin Timolin, rebbieh ta’ sitta  (u hames pjazzamenti) mill-11-il tigrija tieghu f’Malta (inkluza t-Tazza Chukkas ta’ din is-sena);
4. Iz-ziemel Amerikan imsewwi ta’ 8 snin Ollie Fliptrik, rebbieh ta’ erbgha (u hdax-il pjazzament) mit-23 tigrija tieghu f’ Malta;
5. L-istalljun Irlandiz ta’ 6 snin Buttermilk, rebbieh ta’ tnejn (u seba' pjazzamenti) mis-17-il tigrija tieghu f’Malta (inkluz il-Mediterranean Derby tal-2011).


Nawguraw lill-partecipanti kollha tigrija mill-aqwa u jalla l-aktar ziemel li jisthoqqlu jnaqqax ismu fuq din it-tazza mill-aktar prestigjuza.


Tigrijiet ohra mill-aqwa huma mistennija fiz-zewg semi-finali li jinzammu nhar il-Gimgha mill-Prix de Vincennes riservati ghal zwiemel tat-trott Francizi tal-klassi Premier fuq id-distanza ta’ 2,140m, li kull wahda minnhom tinkludi disa’ partecipanti.


L-ewwel semi-finali tara zewg rebbieha tat-Tazza l-Kbira, Mig of the Wood u Nabab du Chatelet, Ohime Mag rebbieh ta’ zewg tigrijiet f’dan l-istagun u li ghandu l-ahjar hin fuq id-distanza din is-sena, Okilaibo rebbieh tal-ahhar tigrija tieghu, kif ukoll iz-zwiemel l-ohra ta’ kwalita’ Olry Meslois, Mark de Chamant, Olympien Major, Ourasi Diams u Magic de Assigny, biz-zwiemel kollha rebhu 186,550 ewro jew aktar fil-karriera taghhom fi Franza. 


It-tieni wahda ghandha lista daqstant impressjonanti ta’ partecipanti inkluz ir-rebbieh ta’ tlett tigrijiet Odedjalo, Oran li rebah zewg tigrijiet, ir-rebbieh tat-Tazza tal-President tas-sena l-ohra (u rebbieh tal-passat tal-Prix de Vincennes) Mont Cenis Honey, ir-rebbieh tat-Tazza VOB ta’ Gunju tas-sena l-ohra Label Chouan u z-ziemel ecitanti li gew importati din is-sena  Orly Montaval, Of Course Ramble, Phenix de Milo, Orne des Olivettes u Quelino d’Amour, li kollha ghandhom rebh barra minn xtutna ta’ 195,162 ewro jew aktar.


Bla dubju zewg semi-finali mill-aktar ibbalcjati u ncerti!


Ukoll fuq distanza ta’ 2,140m, il-laqgha ta’ nhar il-Gimgha tinklundi zewg semi-finali riservati ghal zwiemel Francizi tal-klassi Copper (Prix de Caen) bi tmien partecipanti f’kull wahda.  Ghalkemm naturalment mhux rinomati daqs zwiemel li jinsabu fi klassijiet oghla, dawn iz-zwiemel huma lkoll kapaci li jqumu ghall-okkazjoni u ghalhekk mistennija semi-finali missielta.


Kurjuz il-fatt, li dawn is-semi-finali jinkludu wiehed mill-izghar zwiemel tat-trott f’Malta, Ugo de Malte (hames snin biss), u wiehed mill-aktar zwiemel veterani Ideal de Suce (sbatax-il sena).


Il-partecipanti kollha fl-ewwel semi-finali qed ifittxu l-ewwel rebha stagjonali taghhom, b’dawn ikunu  Monte Cinto Mag, Qualaudry, One Fouteau, Marathon d’Isques, Mirage d’Ete, Minou de Perdriat, Ugo de Malte u Larissa du Breil.


Ideal de Suce biss rebah din is-sena fost il-partecipanti fit-tieni semi-finali, biz-zwiemel l-ohra jkunu: Noble Candeen, Mistral du Chene, Neron Pierji, Natif de Monsures, Nylan de Mouloire, Ksar u Parce Que.


It-tigrijiet l-ohra fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd huma tigrijiet “normali” ghall-klassijiet Copper, Bronze, Silver u Gold.


Attenzjoni specjali tinghata lit-tlett tigrijiet tal-klassi Gold li jinkludu diversi zwiemel f’forma tajba bhal Hulot (li rebah darbtejn u spicca fit-tieni post fl-ahhar tlett hargiet tieghu), Blizzard AD li rebah u spicca fit-tieni post fl-ahhar zewg hargiet tieghu, Cal Win li gej minn rebha u pjazzament fit-tielet post, Power Night Star u Xray Hornline li kull wiehed minnhom ghandu rebha tajba fit-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu u diversi zwiemel li gejjin minn pjazzamenti tajba dan l-ahhar.


Zewg debuttanti Francizi, cioe’ Pitchpin des Bois u Prince The Best huma miktuba biex jiddebuttaw fil-klassi Gold, bl-iSvedizi East Spartacus u Via Rapido jaghmlu d-debutt tieghu fil-klassi Silver u l-klassi Bronze rispettivament. 


Izda l-Mediterranean Derby tiehu l-post centrali f’dan it-tmiem il-gimgha.  In-numru tal-partecipanti huwa xi ftit ta’ dizappunt izda l-kwalita’ taghhom hija rikonoxxuta minn kulhadd u mistennija tigrija akkanita.  Is-semi-finali tal-Prix de Vincennes huma daqstant mistennija bit-18-il kompetitur ikunu zwiemel tal-ghola kalibru b’reputazzjoni mill-aqwa, li taghmilhom kollha jisthoqqilhom post fil-finali ... izda b’10 biss minnhom ikunu f’posizzjoni li jghaddu.  Titilfux dan l-ispettaklu!


L-ahhar laqgha


L-ahhar laqgha kienet tikkonsisti fi tlett semi-finali mit-Tazza Sette Giugno riservata ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier ta’ kull nazzjonalita’ u zewg semi-finali minn kull wiehed mill-Prix d’Enghien (klassi Gold), il-Prix de Cabourg (klassi Silver) u l-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) mill-kampjonat SECF riservat ghal zwiemel tat-trott Francizi, kollha fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.


Numru ta’ semi-finali mit-Tazza Sette Giugno u mill-Prix d’Enghien kienu kkaratterizzati minn zwiemel li hadu kmant bikri u zammewh sal-ahhar.


Tabilhaqq, fl-ewwel semi-finali mit-Tazza Sette Giugno, Ofackevo mar quddiem wara biss madwar 650m, ddetta l-pass u anki zied fil-velocita’ fl-ahhar nofs dawra hekk kif Sultan November beda l-attakk tieghu.  Dawn iz-zewg zwiemel gew ras’imb’ras hekk kif dahlu fid-dritta tat-tmiem izda Ofackevo kien l-aktar wiehed b’sahhtu u zamm fuq quddiem sat-tmiem, sabiex rebah l-ewwel tigrija tieghu f’Malta b’madwar tul u nofs mill-istess Sultan November b’Wiss Night Hawk li spicca fit-tielet post ighaddi wkoll ghall-finali.  Absolut Spender spicca r-raba’.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’16’1 fil-kilometru.


Simb Mark kien l-ewwel ziemel li mar fuq quddiem fit-tieni semi-finali, izda malajr gie sostitwit minn Original Blue li min-naha tieghu nqabez wara biss 600m mill-bidu minn Orcas Bac, b’Original Blue jibqa’ jsegwi fit-tieni post.  It-tigrija zammet dan l-andament sal-ahhar nofs dawra meta Simb Mark avvanza biex jisfida liz-ziemel ta’ quddiem.


Madankollu l-ispettaklu veru wasal f’nofs id-dritta tat-tmiem meta Nino de Saintho, li kien baqa’ f’nofs il-qatta matul it-tigrija, pproduca sprint impressjonanti min-nahat ta’ barra li fi ftit sekondi wasslu fuq quddiem biex irregistra t-tielet rebha stagjonali f’1’15’3 fil-kilometru, nofs tul quddiem iz-zwiemel li kkwalifikaw Orcas Bac u Simb Mark.  Original Blue spicca r-raba.


L-ahhar semi-finali kienet bla storja hekk kif id-debuttant Lage ddominha bi prestazzjoni inkredibbli li ratu fuq quddiem wara biss 300m (segwit ghall-bicca l-kbira tad-distanza minn Argus Hanover), izid il-pass tieghu iktar fl-ahhar nofs dawra, jzomm il-kmant sat-tmiem u jirbah b’xejn inqas minn madwar erba’ tulijiet miz-ziemel li spicca fit-tieni post Belafonte f’ahjar hin tal-laqgha ta’ 1’15’1 fil-kilometru.  Iz-ziemel l-iehor li kkwalifika kien Argus Hanover b’Give To Get jispicca’ r-raba’.


Noble d’Ete mar quddiem wara biss 400m mill-bidu tal-ewwel semi-finali tal-Prix d’Enghien, u ghall-bicca l-kbira tat-tigrija zamm vantagg zghir fuq il-partecipanti l-ohra, l-aktar Podium u L’Ideal de Fersan.  Fid-dritta tat-tmiem Orion du Vaumicel avvanza b’sahhtu biex jattakka liz-ziemel ta’ quddiem, izda Noble d’Ete irrisponda b’mod daqstant denju bi sprint b’sahhtu sabiex kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu (1’16’5 fil-kilometru) bi kwazi zewg tulijiet mill-istess Orion du Vaumicel, segwit minn Prince Gaillard, Orage du Pont u Natif de Salvi, li lkoll ghaddew ghall-finali.


Pepone du Castelet kien fuq quddiem mill-bidu sat-tmiem fit-tieni semi-finali tal-Prix d’Enghien segwit ghall-bicca l-kbira tat-distanza minn Quartz Clayettois.  Fl-ahhar nofs dawra Phenix de la Roque gie fuq in-naha ta’ barra, attakka b’mod kuragguz u anki wasal qrib ta’ Pepone du Castelet, izda dan ta’ l-ahhar kellu s-sahha li jisprintja l-ahhar 300m u jirbah b’mod komdu ghat-tieni darba konsekuttiva u r-raba’ darba stagjonali f’hin ta’ 1’16’6 fil-kilometru, kwazi 3 tulijiet quddiem Phenix de la Roque, b’Niky du Donjon, Nitesco d’Antony u Oscar Indien jkunu l-ahhar zwiemel li jghaddu ghall-finali tal-Prix d’Enghien. 


Fl-ewwel semi-finali mill-Prix de Cabourg kien Okir de Leau li ha kmant bikri li zamm sa madwar 500m mit-tmiem, meta ma seta jaghmel xejn biex jirrezisti l-attakk ta’ Quaroldo, b’dan ta’ l-ahhar imur quddiem u jisprintja tajjeb matul id-dritta finali sabiex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’1’16’7 fil-kilometru, aktar minn zewg tulijiet quddiem Quozak Prior, b’Panda des Fleches, Man Quick u Quick Et Rare kollha jghaddu ghall-finali f’dik l-ordni.


Obiscus del Fa ha kmant bikri fit-tieni semi-finali segwit mill-qrib minn Marco Barbes.  Madankollu madwar 900m mit-tmiem, iz-ziemel ta’ quddiem bidel il-pass u gie skwalifikat, u Marco Barbes ha l-kmant.  Minkejja attakki mill-partecipanti l-ohra dan iz-ziemel zied il-pass aktar fl-ahhar 500m biex kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu madwar tul quddiem iz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw Que Je T’Aime Rush, Passons d’Ortige, Ostheo d’Havetot u Pirate d’Urzy, f’hin ta’ 1’17’9 fil-kilometru.


Is-semi-finali tal-Prix de Cagnes Sur Mer raw it-tielet rebha konsekuttiva u r-raba’ wahda stagjonali ghal Quindici f’hin ta’ 1’16’8 fil-kilometru u tieni rebha stagjonali ghal Noli de Marray f’1’17’9 fil-kilometru.


Tahrig barra minn Malta ghas-sewwieqa taghna


Illum il-Gimgha 31 ta’ Mejju fl-agenzija Programmi tal-Unjoni Ewropea f’Santa Venera nzammet cerimonja ghall-oghti ta’ kuntratti lill-applikanti li ntaghzlu taht l-iskema ta’ mobilita’ Leonardo da Vinci. Il-Malta Racing Club kellu success biex kiseb fondi mill-EU li jammontaw ghal 10,165 ewro li se jintuzaw sabiex jintbaghtu sewwieqa maghzula Maltin biex jaghmlu kors specjalizzat fl-iSvezja.


Dan il-kors se jghin lil dawn is-sewwieqa jtejjbu l-kapacitajiet taghhom kemm fl-aspetti teoretici kif ukoll f’dawk prattici tas-sewqan taz-zwiemel u s-sewwieqa li jkollhom success f’dan il-kors jircievu certifikazzjoni.


Fost obbligi ohra, s-sewwieqa maghzula li jkollhom success fil-kisba ta’ din ic-certifikazzjoni, jkunu mistennija li jaghtu korsijiet ghal sewwieqa u gerrejja Maltin hawn Malta f’kollaborazzjoni mal-Malta Racing Club.


Il-Mediterranean Derby ... 50 sena ilu


Bl-ewwel edizzjoni taghha tinzamm xejn inqas minn 124 sena ilu, l-Mediterranean Derby ghandha storja brillanti ta’ estremi, minn snin li fiha kienet ikkaratterizzata minn tigrijiet fantastici minn zwiemel tal-galopp ta’ kwalita’ gholja ghal snin ohra fejn lanqas biss giet organizzata.


Kumbinazzjoni, dan l-ahhar waqghet f’idejja l-edizzjoni tat-Times of Malta tat-13 ta’ Frar 1971 (aktar minn 42 sena ilu) li rrapportat fil-qasir li “l-iStewards iddecidew li mhux se jkun hemm tigrija tal-Mediterranean Derby dan l-istagun minhabba li m’hemmx bizzejjed zwiemel tal-Ewwel Klassi biex jikkompetu.”  Kien hemm diversi snin ohra li fihom din it-tigrija ma nzammitx ghal raguni jew ohra.


Din is-sena ghandna finali komposta minn hames zwiemel biss izda kollha huma zwiemel tal-galopp ta’ kwalita’.


Izda din il-gimgha ddecidejt li naghti daqqa t’ghajn lejn l-edizzjoni ta’ din it-tigrija li nzammet 50 sena ilu, fil-Mediterranean Derby tat-23 ta’ Marzu 1963 li kienet deskritta mit-Times of Malta bhala “wahda mill-aktar tigrijiet ecitanti li wiehed jista’ jispera jew jixtieq”.  Dak iz-zmien it-tigrija kienet tinzamm fuq distanza ta’ mil (1,609m) – id-distanza tat-tigrija ma nbidlitx wisq minn dak iz-zmien b’dik tal-lum tkun 1,750m.


Konferma ta’ kemm din it-tigrija kienet ikkunsidrata bhala avveniment ta’ importanza nazzjonali dak iz-zmien johrog mill-fatt li l-Gvernatur innifsu, Sir Maurice Dorman, attenda ghal din il-laqgha ta’ tigrijiet u mill-folla kbira prezenti fil-korsa, deskritta bhala “probabbli rekord ghall-Marsa”.


Fil-bidu kien Greek Branch li ha kmant bikri, segwit minn Comore, Raywell, Bull Ring u TWA f’dik l-ordni.  Sa nofs it-tigrija Greek Branch kien anki rnexxielu jzid il-vantagg tieghu ghal tlett tulijiet izda eventwalment huwa beda jghejja u qabel ma z-zwiemel dahlu fit-dritta tat-tmiem Comore, z-ziemel li spicca fit-tieni post is-sena ta’ qabel, kien qabzu u mar fuq quddiem.


Izda l-opportunita’ ta’ dan iz-ziemel li jtejjeb ir-rizultat tieghu tas-sena ta’ qabel tfarrak b’mod drammatiku hekk kif TWA, li sa dak il-hin kien f’wiehed mill-ahhar postijiet, ipproduca spluzjoni ta’ velocita’ impressjonanti, meta il-gerrej tieghu Ninu Cassar innota ftuh li minnu ghadda z-ziemel tieghu.


F’temp ta’ ftit sekondi TWA kien qed jisfida lil Comore matul id-dritta tat-tmiem b’dan tal-ahhar jisforza biex izomm fuq quddiem!  Izda Comore ma seta’ jaghmel xejn iktar hekk kif TWA lahqu meta kien fadal biss xi 10 jardi (ftit inqas minn 100m) ghat-tmiem u sal-gister dan ta’ l-ahhar kien irnexxielu jmur fuq quddiem b’ras biss!


B'hekk TWA irnexxielu jirrepeti l-opra li kien wettaq fl-1961 meta kien rebah il-Mediterranean Derby ghall-ewwel darba, izda din id-darba ghamel hekk bl-aktar mod drammatiku, meta rnexxielu jmur minn wara nett tal-qatta sa quddiem f’temp ta’ zewg furlongs (madwar 400m).  Il-hin tieghu kien dak impressjonanti ta’ 1min 37 sec, li kien ikun hin rispettabbli anki llum.


Ghalhekk Comore spicca fit-tieni post ghat-tieni sena konsekuttiva, segwit minn Greek Branch, Raywell u Bull Ring f’dik l-ordni.


It-Times of Malta kkwotat lilll-gerrej tar-rebbieh is-Sur Ninu Cassar jghid li “TWA huwa ziemel mill-aqwa.  Malli sibt il-ftuh, huwa rrisponda b’mod manjifiku u kont naf li nista’ naghmilha.”  Is-sid is-Sur A Gambin zied li “l-fatt li kien l-ahhar ma nkwetanix.  Kont naf li l-velocita’ u l-istamina ta’ TWA fl-ahhar zewg furlongs kellhom jkunu l-fattur determinanti.”


Kemm joghgbuni dawn il-kummenti qosra moghtija mis-sidien u l-gerrejja/ sewwieqa!  Meta naqrawhom snin wara, huma jaghtuna wkoll sfont storiku.  Jalla l-mezzi ta’ komunijazzjoni taghna jkomplu jaqbdu dawn il-mumenti mill-isbah u l-hsebijiet u l-emozzjonijiet tal-protagonisti!


U issa ejja nergghu nigru 50 sena ‘l quddiem u nigu lura ghall-prezent!  Jalla l-Mediterranean Derby ta’ nhar il-Hadd tkun daqstant eccitanti u veloci daqs dik ta’ 50 sena ilu sabiex tipprovdi spettaklu mill-aqwa ghall-ispettaturi u d-dilettanti!


Nawgurawlkom zewg laqghat ohra ta’ tigrijiet mill-aqwa fi tmiem din il-gimgha.