Friday 14th June 2013
Is-27 u t-28 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – l-14 u l-21 ta’ Gunju

minn Magnat


Se jinzammu zewg laqghat ta’ tigrijiet fil-korsa tal-Marsa matul il-gimgha li gejja, l-ewwel nhar il-Gimgha 14 ta’ Gunju u mbaghad il-Gimgha ta’ wara 21 ta’ Gunju, t-tnejn jibdew fis-6.30pm u jikkonsistu f’10 tigrijiet tat-trott kollha fuq distanza ta’ 2,140m.


Minghajr dubju l-attrazzjoni ewlenija tal-laqghat li gejjin hija l-Gran Finali Variable Odds Betting bi zwiemel gejjin minn Franza, l-Germanja u l-iSvezja, li huma z-zwiemel li ppjazzaw fl-ewwel hames postijiet fil-finali tat-Tazza Sette Giugno u tal-Prix de Vincennes il-gimgha l-ohra (hlief ghal ziemel wiehed li mhux qed jippartecipa).


Bi tmien zwiemel imsewwija u stalljun wiehed, l-eta’ tal-partecipanti tvarja bejn 9 u 14-il sena.  Il-lista shiha hija kif gej:


1.  Olympien Major, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 226,173 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’8 fil-kilometru.  Huwa ppjazza 5 darbiet fl-10 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’3 fil-kilometru fuq 2,140m. 


2. Orcas Bac, Svediz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK627,750 u l-ahjar hin ta’ 1’13’6 fil-kilometru.  Huwa rebah darbtejn (inkluz it-Tazza Sette Giugno ta’ din is-sena) u ppjazza darba ohra fil-5 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’7 fil-kilometru fuq 2,140m. 


3. Mark de Chamant, Franciz ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 305,951 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’1 fil-kilometru.  Ghalkemm ghadu ma rebahx, huwa ppjazza 14-il darba (inkluz it-tieni post fil-Prix de Vincennes ta’ dan ix-xahar) fil-21 tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’8 fil-kilometru fuq 1,640m (1’15’4 fil-kilometru fuq 2,140m).


4.  Orne des Olivettes, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 237,710 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru.  Huwa ppjazza tlett darbiet fil-5 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’6 fil-kilometru fuq 2,140m.


5. Sultan November, Germaniz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK582,179 u l-ahjar hin ta’ 1’11’8 fil-kilometru.  Huwa rebah darbtejn u ppjazza tmien darbiet fil-15-il tigrija tieghu f’Malta u ghandu l-ahjar hin lokalment ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,140m.


6.  Okilaibo, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 237,460 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru.  Huwa ghandu zewg rebhiet (inkluz il-Prix de Vincennes ta’ dan ix-xahar) u 5 pjazzamenti fis-7 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin fostna ta’ 1’14’8 fil-kilometru fuq 2,140m.


7.  Nino de Saintho, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 263,840 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru.  Huwa rebah 5 darbiet u ppjazza tlett darbiet (inkluz it-tieni post tieghu fil-finali tat-Tazza l-Kbira u tas-Tazza Sette Giugno ta’ din is-sena) fl-14-il tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,140m.


8. Ofackevo, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 252,765 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru.  Huwa rebah darba u ppjazza darbtejn fis-7 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin lokalment ta’ 1’15’2 fil-kilometru fuq 2,140m.


9. Label Chouan, ta’ 14-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 222,716 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’8 fil-kilometru.  Huwa rebah 9 darbiet (inkluzi l-Prix de Cabourg ta’ Dicembru 2011 u t-Tazza VOB ta’ Gunju 2012) u ppjazza 14-il darba ohra mid-debutt tieghu f’Malta fi Frar 2010, bl-ahjar hin f’Malta ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,140m.


B’total ta’ 21 rebha (inkluz erba’ kampjonati) u xejn inqas minn 55 pjazzament bejn dawn iz-zwiemel u b’kollha kemm huma jkollhom l-ahjar hin ta’ 1’15’6 fil-kilometru jew ahjar fil-karriera tat-tigrijiet taghhom f’Malta, mistennija tigrija kumbattuta b’rizultat incert (b’total ta’ premjijiet fi flus ta’ 3,000 ewro).


Dawn iz-zewg laqghat iwasslulna wkoll il-bidu tal-kampjonati tat-trott tas-Sajf, li jilhqu l-qofol taghhom fl-ahhar gimgha ta’ Lulju b’finali ghal kull klassi u tnejn ghall-klassi Silver.  Filwaqt li la jzidu u lanqas jitilfu punti fil-klassifikazzjoni ufficjali tal-MRC, iz-zwiemel li qed jippartecipaw fit-tigrijiet li gejjin jinghataw punti specjali tal-kampjonat tas-sajf li jippermettu lill-aqwa zwiemel li jikkwalifikaw ghall-finali.  Id-distanza tat-tigrija se terga’ tkun 2,140m.


It-tigrijiet ewlenin fil-programm ta’ din il-gimgha jikkonsistu f’zewg tigrijiet tal-klassi Premier li jinkludu diversi zwiemel tat-trott mill-aqwa.  L-ewwel wahda tinkludi numru ta’ zwiemel li diga’ rebhu din is-sena bhal Absolut Spender, Belafonte, Opal Hall, Skars Hanna u Simb Mark flimkien maz-zwiemel l-ohra li huma kollha validi. Din it-tigrija ghandha tara wkoll ir-ritorn ta’ Master Perrine, rebbieh tal-Prix de Vincennes fil-passat, li ilu ma jtellaq ghal dawn l-ahhar sena u nofs.


It-tieni wahda hija riservata ghaz-zwiemel bl-oghla punti fil-klassifikazzjoni tal-MRC bhal Fire u Normand d’Oger  rebbieha ta’ iktar minn tigrija wahda din is-sena, r-rebbieh ta’ dan l-ahhar T.X. Zoogood, rebbieha ta’ kampjonati fis-snin li ghaddew Arnie Sensation, Mont Cenis Honey u Wiss Night Hawk, id-debuttant Svediz Start Brodde u l-partecipanti l-ohra li huma kollha mill-aktar validi.


Iz-ziemel imsewwi ta’ 10 snin Start Brodde huwa registrat bl-oghla punti ghal debuttant fil-klassifikazzjoni tal-MRC.  Huwa ghandu rebh ta’ SEK1,060,273 barra minn Malta, miksuba permezz ta’ 13-il rebha u diversi pjazzamenti.  L-ahjar hin tieghu huwa ta’ 1’12’5 fil-kilometru maghmul f’Aby fuq 1,640m f’Mejju 2011.  Forst l-ahjar tigrijiet barra minn Malta matul l-ahhar 18-il xahar, insibu erba’ pjazzamenti fost l-ewwel hamsa f’tigrijiet fuq distanza qasira ta’ bejn mil u 2,140m u hin tajjeb ta’ 1,13’5 fuq 1,600m.


L-erba’ tigrijiet tal-klassi Gold huma daqstant attraenti.  Iz-zewg tigrijiet ta’ din il-gimgha jinkludu diversi zwiemel li dan l-ahhar kienu qed itellqu fil-klassi Premier, bhal Ouf Boy, Nuevo Musette, Veikko Hornline, Phenix de Milo u ohrajn, kif ukoll zwiemel f’forma tajba bhal Blizzard AD, Carnegie Hall, Nuper, Perdreau Rapide, Ironbar, Player du Mirel u ohrajn.


L-istess huwa l-kaz ghaz-zewg tigrijiet tal-gimgha d-diehla.  Hawnhekk zwiemel bhal Xray Hornline, Nophenio de Lune, Power Night Star, Oolong, Pirate d’Urzy u Lucas Ness kollha rregistraw almenu rebha wahda fl-ahhar tlett tigrijiet taghhom din is-sena filwaqt li diversi zwiemel ohra huma fi stat fiziku tajjeb u kapaci jisfidaw ghall-unuri.  Zewg zwiemel Svedizi godda huma wkoll miktuba biex jiddebuttaw f’dawn it-tigrijiet, cioe’ Cappuchino M.S. u Cowboy Tooma.


It-tigrijiet l-ohra f’dawn iz-zewg laqghat jikkonsistu f’sitta’ ghall-klassi Silver, erbgha ghall-klassi Bronze u tlieta ghal zwiemel tal-klassi Copper.  Iz-zwiemel godda li gejjin huma miktuba biex jiddebuttaw f’dawn it-tigrijiet, cioe’ l-iSvediz Men Gumman Da, t-Taljana Insomnia Grif u l-Francizi Querido Censerie, Quirana A Wood u Quivan de Visais, kollha fil-klassi Silver u l-Olandiz Bep Swagerman fil-klassi Bronze.


Zewg programmi ta’ ghaxar tigrijiet, inkluz gran finali, zewg tigrijiet tal-klassi Premier, erba’ tigrijiet tal-klassi Gold, diversi tigrijiet ibbilancjati, numru ta’ debuttanti interessanti ... spettaklu mill-aqwa fil-miftuh taht sema Mediterranja sajfija mill-isbah!


L-ahhar laqghat


L-ahhar zewg laqghat kienu manjifici, b’xejn inqas minn sitt finali ghal klassijiet differenti tat-trott, kollha fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.


L-ewwel wahda minn dawn il-finali, mizmuma nhar il-Gimgha, kienet ghat-Tazza Sette Giugno miftuha ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier tan-nazzjonalitajiet kollha.


Hawnhekk, Argus Hanover kien l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq, segwit mill-qrib fil-bidu minn Simb Mark u Lage.  Madankollu l-isvolta waslet wara biss 600m meta Orcas Bac tela’ veloci minn nofs il-qatta’ u mar quddiem, segwit mill-bicca l-kbira taz-zwiemel l-ohra (hlief Wiss Night Hawk u Belafonte li kellhom bidu difficli u gew skwalifikati) fi grupp kompatt.


Misjuq minn Rodney Gatt, Orcas Bac kompla jzid fis-sahha u zamm l-ahjar tieghu ghat-tmiem bi sprint mill-aqwa fl-ahhar nofs dawra li l-ebda partecipant iehor ma seta’ jizboq sabiex spicca rebbieh facli b’madwar erba’ tulijiet f’hin tajjeb hafna ta’ 1’14’7 fil-kilometru, minn Nino de Saintho li spicca b’sahhtu u li gheleb bi ftit lil Sultan November ghat-tieni post, quddiem Argus Hanover u Ofackevo li kollha ghaddew ghall-Gran Finali VOB.


Nhar il-Hadd, Nylan de Mouloire mar quddiem fil-bidu tal-finali tal-Prix de Caen (klassi Copper), izda huwa nqabez wara 400m biss minn Marathon d’Isques.  B’madwar dawra u nofs mit-tmiem, Qualaudry tela’ min-nahat ta’ barra sabiex jisfida liz-ziemel ta’ quddiem. 


Marathon d’Isques u Qualaudry komplew jigru hdejn xulxin sa 350m mit-tmiem meta Qualaudry misjuq minn Kevin Sciberras ha l-vantagg u sprintja sat-tmiem, sabiex irrezista l-isfidi kollha u kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali f’1’17’6 fil-kilometru, nofs tul minn Nylan de Mouloire, segwit minn Minou de Perdriat u Ideal de Suce. 


Marchallah beda b’sahhtu hafna fil-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) segwit minn Nevermind, Lys de L’Oasis u z-zwiemel l-ohra.  Huwa deher li kellu t-tigrija f’idu meta fetah vantagg ta’ zewg tulijiet, b’400m mit-tmiem.  Madankollu ftit qabel ma z-zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem Noel Baldacchino pogga lil Pittacos fuq in-nahat ta’ barra biex jattakka lil Marchallah. 


L-ahhar 250m raw taqtiegha ras’imb’ras bejn dawn iz-zewg zwiemel, b’Piccatos jirnexxielu jmur quddiem inqas minn 100m mit-tmiem u jsir l-ewwel ziemel li rebah hames tigrijiet dan l-istagun, aktar minn tul quddiem Marchallah, Navaroso de Khepri u Quindici.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’16’5 fil-kilometru.


Iz-ziemel li ddetta r-ritmu fil-Prix de Cabourg (klassi Silver) kien Marco Barbes li zamm tul vantagg ghall-bicca l-kbira tat-tigrija.  Izda hekk kif iz-zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem, Noel Baldacchino ghamel il-mossa tieghu meta pogga lil Quozak Prior fuq in-nahat ta’ barra ghal sprint brillanti li ra lil dan iz-ziemel imur quddiem f’nofs id-dritta u jikseb it-tieni rebha stagjonali tieghu madwar tul quddiem Panda des Fleches segwit minn Quaroldo u Marco Barbes f’hin ta’ 1’17’0 fil-kilometru. 


Bil-favorit Pepone du Castelet ikollu bidu difficli, l-finali tal-Prix d’Enghien (klassi Gold) kienet prattikament iddominata minn Orion du Vaumicel li mar quddiem kmieni fit-tigrija, ghall-ewwel segwit minn Oscar Indien u mbaghad minn Phenix de la Roque fl-ahhar dawra. 


Minkejja attakki b’sahhithom minn diversi zwiemel fl-ahhar 300m, Orion du Vaumicel misjuq minn France Cassar sab energija gdida f’dak l-istadju, biex baqa’ jigri b’mod determinat lejn l-ewwel rebha stagjonali tieghu (f’1’16’8 fil-kilometru) u l-Prix d’Enghien, iktar minn tul quddiem Phenix de la Roque, b’Noble d’Ete u Niky du Donjon jiksbu l-pjazzamenti li kien fadal. 


Quelino d’Amour kien l-ewwel li mar quddiem fil-finali l-aktar importanti ta’ nhar il-Hadd, il-Prix de Vincennes (klassi Premier), quddiem Orne des Olivettes.  Wara madwar 600m, Okilaibo misjuq minn Julian Farrugia, nghaqad maz-zwiemel ta’ quddiem fit-tieni post flimkien ma’ Orne des Olivettes.


Fil-bidu tal-ahhar dawra, Nabab du Chatelet avvanza mill-postijiet ta’ wara biex mar quddiem izda ftit wara huwa bidel il-pass u gie skwalifikat, sabiex halla t-triq miftuha ghal Quelino d’Amour biex izomm il-kmant.  Madankollu madwar 700m mit-tmiem, Julian Farrugia laghab il-karta tieghu billi talab lil Okilaibo jaghmel sprint splendidu li rah jispara f’vantagg ta’ tlett tulijiet f’temp ta’ xi mitejn metru.


Dan iz-ziemel kompla jisprinta bla ebda tahbit sat-tmiem, sabiex kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu u l-unur tal-Prix de Vincennes b’aktar minn erba’ tulijiet minn Mark de Chamant, segwit minn Olympien Major, Orne des Olivettes u Label Chouan f’dik l-ordni, li kollha ghaddew ghall-Gran Finali VOB.  Il-hin tar-rebbieh kien wiehed tajjeb hafna ta’ 1’14’8 fil-kilometru.


Fit-tigrijiet “normali” tal-klassi Gold, it-tlett tigrijiet kellhom tmiem identiku, bir-rebbieh jitla’ minn wara u jipproduci sprint b’sahhtu fid-dritta tat-tmiem, sabiex jirnexxilu jeghleb bi ftit liz-ziemel ta’ quddiem fl-ahhar metri.


Nhar il-Gimgha kien Onyx Lucernais li ghamel hekk sabiex kiseb it-tieni rebha stagjonali nofs tul quddiem Hulot f’1’18’1 fil-kilometru, filwaqt li nhar il-Hadd, l-ewwel kien imiss lil Nuper li jikseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta bl-istess mod f’hin ta’ 1’18’0 fil-kilometru meta gheleb b’ras biss lid-debuttant Player du Mirel li spicca fit-tieni post, u mbaghad, Oolong gheleb (anki hu b’ras biss) lil Ironbar sabiex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’1’16’2 fil-kilometru.


Finalment, fil-laqgha ta’ nhar il-Gimgha kien pjacir li rajna lis-sewwieq ta’ 18-il sena Anton Cassar jikseb l-ewwel rebha fil-karriera tieghu (fuq Ogor fil-klassi Silver) f’avveniment pjuttost rari fejn gheleb lil missieru France Cassar li spicca fit-tieni post b’Orio de Marancourt.  Prosit tassew Anton, ibqa’ sejjer hekk.  L-isbah xewqat imorru wkoll lis-sewwieqa zghazagh promettenti taghna, l-futur ta’ dan l-isport, li lilhom nixtiequ hafna success, frott tal-hidma sfiqa taghhom.


Sewwieq tax-xahar – Mejju


Is-Sewwieq tax-Xahar ghal Mejju huwa Patrick Spiteri, li rebah dan l-unur abbazi tal-erba' rebhiet u zewg pjazzamenti (darba t-tieni u darba t-tielet) li rregistra matul dak ix-xahar mid-disa' tigrijiet li ha sehem fihom.

Huwa rebah fuq Quindici (tlett darbiet, klassi Bronze) u Noli de Marray (klassi Bronze) u ppjazza fuq L'Ideal de Fersan (klassi Gold) u Noli de Marray (klassi Bronze).


Nirringrazzjaw minn qalbna lil Happy Belly Restaurant talli ssapportja din l-inizjattiva billi sponsorja din l-edizzjoni.


Il-finali tat-Tazza VOB ta’ 28 sena ilu


Hekk kif ninsabu qrib li nassistu ghal edizzjoni ohra tal-Gran Finali VOB, il-hsebijiet tieghi jmorru fuq l-okkazjonijiet numeruzi li fihom gie kkontestat dan il-kampjonat matul is-snin.


L-ewwel edizzjoni li niftakar u l-ewwel li stajt insib referenza ghaliha f’gurnali antiki kienet dik ta’ Jannar 1982 (li semmejna f’dawn il-kolonni fit-30 ta’ Gunju 2011) li kien kampjonat “open” mirbuh minn Gael quddiem Flavacour u Hesdak.


Bl-eccezzjoni tal-1986 u l-1995, mill1982 'il quddiem iz-zwiemel tat-trott taghna kkontestaw dan it-trofew kull sena sal-2001.  F'xi snin saru aktar minn edizzjoni wahda ta' dan il-kampjonat. 


Meta tajt daqqa t’ghajn lejn il-lista ta’ rebbieha li baghtli gentilment l-enciklopedija tat-trott is Sur Nicholas Farrugia, li nirringrazzjah tal-pacenzja, l-attenzjoni tieghi marret fuq il-kampjonat VOB (jew tal-Bookmakers) mizmum f’Novembru 1985 – edizzjoni li niftakar tajjeb.


 


Ghalkemm kif jixraq, mill-2009 dan it-trofew gie kkontestat esklussivament minn zwiemel tal-klassi Premier, dan ma kienx dejjem il-kaz u bejn l-1990 u l-2001 qatt ma kien miftuh ghal zwiemel tat-trott tal-klassi A1.


Dan kien l-ewwel kampjonat organizzat fl-istagun 1985-86 u kien miftuh ghal zwiemel fil-klassijiet C u D (il-klassi Silver tal-lum).  Xejn inqas minn 49 ziemel gew miktuba ghalih.  Dawn gew maqsuma f’erba’ heats, kollha mizmuma fit-3 ta’ Novembru fuq id-distanza qasira ta’ 2,150m, bl-ewwel tlieta minn kull wahda jghaddu ghall-finali.


L-ewwel heat rat lil Juvennior jiehu kmant bikri li zamm sal-ahhar dawra meta Julex misjuq minn Eddie Spagnol attakka u ha vantagg ta’ tul li zamm sat-tmiem.  Juvennior spicca fit-tieni post u Jalaparo kiseb post fil-finali grazzi ghal tmiem b’sahhtu.


Iz-zwiemel ta’ quddiem fit-tieni heat kienu Joyeux Luberon, Janotin, Ian Bonheur u Irmak.  Izda meta dan ta’ l-ahhar bidel il-pass u gie skwalifikat, infethet it-triq ghat-tlieta l-ohra.  Id-dritta tat-tmiem irrizultat f’battalja ras’imb’ras bejn Joyeux Luberon u Janotin u dawn dehru li missu l-gister flimkien.  Izda l-photo-finish ta r-rebha b’distakk minimu lil Joyeux Luberon (Charles Clifton), b’Janotin u Ian Bonheur ighaddu wkoll ghall-finali.


Keats du Vivier kellu l-kmant tat-tigrija f’idejh ghall-bicca l-kbira tat-tielet heat izda xejn ma seta’ jwaqqaf lil Kenya de Bouce (Paul Gelanze) fl-ahhar parti tat-tigrija, b’dan ta’ l-ahhar imur quddiem inqas minn 100m mit-tmiem u jibqa’ hemm sal-ahhar.  Kalhommet spicca b’sahhtu biex gheleb lil Keats du Vivier ghat-tieni post b’dan ta’ l-ahhar jikkwalifika fit-tielet post.


Kaganovitch u Kerminy hadu kmant bikri fl-ahhar heat u zammewh sa madwar 400m mit-tmiem, meta Infant de Perron attakka u kkontesta d-dritta tat-tmiem ma’ Kerminy.  Ir-rebha marret ghal Infant de Perron misjuq minn George Schembri fl-aktar heat veloci (1’18’6 fil-kilometru) b’ras minn Kerminy, b’Illustre Chapeau jikseb l-ahhar post fil-finali.


Naturalment dan kien iz-zmien qabel ma bdew jigu mportati bis-serjeta’ z-zwiemel li mhux Francizi u ghalhekk it-12-il finalist kienu kollha Francizi – tlett zwiemel ta’ 11-il sena (jibdew bl-ittra I), hames zwiemel ta’ 10 snin (jibdew bl-ittra J) u erba’ zwiemel ta’ 9 snin (jibdew bl-ittra K).


Il-finali nzammet gimgha wara, nhar l-10 ta’ Novembru.  Lejlet il-finali, The Times iddikjarat li “L-loghob ta’ matul il-gimgha u l-forma prezenti taghhom, ma pproducew l-ebda favorit nett ghall-finali tal-Variable Odds Beeting t’ghada (3.35) fil-korsa tal-Marsa.  It-12-il partecipant fil-line-up finali ghandhom il-kredenzjali kollha biex jistabbilixxu lilhom infushom bhala l-aqwa fost il-kompetituri.”


Fost il-favoriti, l-korrispondent ta’ The Times “Trotter” semma lil Ian Bonheur, Joyeux Luberon u Julex.


Madankollu, l-element ta’ ncertezza gie kkonfermat miz-ziemel li hareg rebbieh, ziemel li ma giex imsemmi f’dak ir-rapport izda li sal-hin tat-tigrija kien tela’ fost l-aktar zwiemel favoriti 4-1.


Ian Bonheur kien fost iz-zwiemel ta’ quddiem hekk kif il-karozza tat-tluq ghalqet gwenhajha, b’dawn jifthu vantagg ta’ zewg tulijiet minn Juvennior u Jaldon li kienu qed isegwuhom.  Il-favorit ta’ qabel it-tigrija Julex kellu bidu mill-aktar difficli u waqa lura ferm mill-kumplament taz-zwiemel.


Madankollu fl-ahhar dawra, Jalaparo, Kalhommet u Jaldon bil-mod il-mod telghu qrib iz-zwiemel ta’ quddiem u hekk kif il-partecipanti dahlu fid-dritta tat-tmiem, Jalaparo u Kalhommet marru fuq quddiem u l-ispettaturi kollha spiccaw fuq ponot subghajhom hekk kif huma sfidaw lil xulxin ras’imb’ras metru wara l-iehor sal-gister.  Il-verdett fl-ahhar mar ghal Jalaparo misjuq minn Ray Cassar, ras quddiem l-istess Kalhommet segwit minn Jaldon, tul wara r-rebbieh, b’Kenya de Bouce r-raba’.


Ic-cermen tal-Marsa Racecourse Management Council ta’ dak iz-zmien ipprezenta t-Tazza VOB u c-cekk tar-rebbieh lis-Sinjuri Falzon, sidien ta’ Jalaparo.


The Times irraportat li ““L-umli Cassar, li kellu jzomm lura d-dmugh fir-remissa tar-rebbieha kien tabilhaqq ic-centru tal-attenzjoni ... Jalaparo, ta’ ghaxar snin, rebbieh tal-ewwel trofew ewlieni tieghu, qaghad josserva x-xeni ta’ ferh b’attitudni kalma u distakkata, attitudni li wasslitu ghat-tazza tal-bookmakers u premju ta’ flus attraenti.”


Imwieled fl-1975, iz-ziemel imsewwi Jalaparo kien rebah madwar 280,000 Franki Francizi (madwar 42,565 ewro) fi Franza bl-ahjar hin hemmhekk ta’ 1’21’3 fil-kilometru sal-ahhar tal-1983.  Iddebutta f’Malta ta’ 9 snin fid-29 t’April 1984 fi klassi B, u f’Malta kellu karriera relattivament qasira ta’ 40 tigrija (l-ahhar stagun tieghu kien l-1986-87) li minnhom rebah 4 u ppjazza 12-il darba ohra, filwaqt li tejjeb l-ahjar hin tieghu ghal 1’18’8 fil-kilometru (fuq 2,150m).


Izda issa l-attenzjoni taghna ddur fuq id-disa’ zwiemel tat-trott tal-klassi Premier li se jikkontestaw din l-edizzjoni tat-Tazza VOB – zwiemel ta’ kwalita’ li bhal l-edizzjoni tal-1985, jipprovdu qatta’ mill-aktar ibbilancjata b’rizultat incert, u jiggarantixxu tigrija brillanti wkoll fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.


 


Nawgurawlkom zewg laqghat ohra ta’ tigrijiet mill-aqwa fil-gimgha li gejja.