Friday 26th July 2013
It-33 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – is-26 ta’ Lulju

minn Magnat


L-ewwel fazi tal-istagun 2013 tigi fi tmiemha nhar il-Gimgha bl-ahhar laqgha tas-sajf, li tibda’ fis-7pm u tikkonsisti f’seba’ tigrijiet tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m.


Din hija laqgha ta’ finali mill-aqwa b’finali ta’ kampjonat tas-sajf ghal kull klassi tat-trott bil-klassijiet Silver u Bronze jinqasmu f’finali A u B.  Il-finalisti gew maghzula abbazi ta’ sistema ta’ punti specifika applikata ghal dawn il-kampjonati.


L-attrazzjoni ewlenija tal-laqgha hija bla dubju l-finali ghal zwiemel tal-klassi Premier.  Nieqsa mill-lista tal-partecipanti ghandna l-erba’ rebbieha ta’ kampjonati tal-oghla klassi s’issa dan l-istagun, cioe’ Nabab du Chatelet (Tazza l-Kbira), Okilaibo (Prix de Vincennes u t-Tazza VOB), Orcas Bac (it-Tazza Sette Giugno) u Argus Hanover (t-Tazza Assikura A).


Madankollu l-partecipanti huma zwiemel mill-aktar b’sahhithom u wiehed minnhom se jsir il-hames rebbieh ta’ kampjonat miftuh ghal zwiemel tal-klassi Premier din is-sena.


Il-lista shiha tal-partecipanti (7 zwiemel imsewwija, stalljun wiehed u debba wahda) li gejjin mill-iSvezja, Franza u l-Germanja huma kif gej:


1.  Shakira Trot, Svediza ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,477,200 u l-ahjar hin ta’ 1’12’0 fil-kilometru.  Hija rebhet 3 darbiet u ppjazzat sitt darbiet ohra mill-15-il tigrija taghha f’Malta s’issa u ghandha l-ahjar hin fostna ta’ 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,140m.


2. Lage, Svediz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,299,990 u l-ahjar hin ta’ 1’11’2 fil-kilometru.  Huwa rebah tlieta mill-erba’ tigrijiet tieghu f’Malta s’issa u ghandu l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’6 fil-kilometru fuq 2,140m.


3. Absolut Spender, Svediz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK686,713 u l-ahjar hin ta’ 1’12’8 fil-kilometru.  Huwa rebah tlett darbiet u ppjazza darba ohra fis-seba’ hargiet tieghu f’Malta s’issa u ghandu l-ahjar hin hawn ta’ 1’14’5 fil-kilometru fuq 2,140m.


4.  Give to Get, Svediz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK860,850 u l-ahjar hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru.  Ghalkemm ghadu ma rebahx f’Malta, huwa ppjazza erba’ darbiet mill-ghaxar tigrijiet tieghu f’Malta s’issa u ghandu l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’2 fil-kilometru fuq 2,140m.


5. Vanmaker Limburgia, Germaniz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK977,418 u l-ahjar hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru.  Ghalkemm ghadu ma rebahx f’Malta, huwa ppjazza darbtejn fil-hames tigrijiet tieghu f’Malta s’issa, bl-ahjar hin ta’ 1’14’6 fil-kilometru fuq 2,140m. 


6.  Magic de Assigny, Franciz ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 344,350 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru.  Ziemel iehor li qed ifittex l-ewwel rebha tieghu f’Malta, huwa pero’ ppjazza xejn inqas minn 12-il darba minn mindu ghamel id-debutt tieghu fi Frar 2011, bl-ahjar hin ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,140m. 


7.  Label Chouan, Franciz ta’ 14-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 222,716 ewro u l-ahjar hin ta’  1’13’8 fil-kilometru.  Huwa rebah 9 darbiet (inkluz il-Prix de Cabourg ta’ Dicembru 2011 u t-Tazza VOB ta’ Gunju 2012) u ppjazza 16-il darba minn mindu ddebutta f’Malta fi Frar 2010, bl-ahjar hin f’Malta ta’ 1’15’0 fil-kilometru (darbtejn) fuq 2,140m.  Dan iz-ziemel ippartecipa f’numru mpressjonanti ta’ finali minn Dicembru 2011, b’din tkun l-10 finali tieghu.       


8. Olry Meslois, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 186,550 ewro, u l-ahjar hin ta’ 1’14’2 fil-kilometru.  Huwa rebah darba u ppjazza f’zewg tigrijiet ohra mis-sitt hargiet tieghu f’Malta s’issa u ghandu l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,140m.


9.  Orne des Olivettes, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 237,710 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru.  Ghalkemm ghadu ma rebahx f’Malta huwa ppjazza hames darbiet mit-tmien tigrijiet tieghu f’Malta s’issa u ghandu l-ahjar hin lokalment ta’ 1’14’8 fil-kilometru fuq 2,140m.


B’xejn inqas minn 19-il rebha (inkluz zewg kampjonati) u 48 pjazzament bejniethom, u bil-partecipanti kollha jkollhom l-ahjar hin f’Malta ta’ 1’15’2 fil-kilometru jew ahjar, din it-tahlita ta’ veterani u zwiemel relattivament godda ghandhom jipprovdulna finali ohra mill-aqwa!


It-total ta’ premjijiet ta’ flus ghal din il-finali jammonta ghal 1,915 ewro, b’1,250 ewro jmorru ghar-rebbieh.


Il-finali tal-klassi Gold tinkludi diversi zwiemel tat-trott mill-aktar maghrufa.  Line-up internazzjonali b’partecipanti gejjin mill-Awstrija, d-Danimarka, Franza u l-iSvezja u f’etajiet ta’ bejn 8 u 12-il sena, huma diga’ rebhu 15-il darba u ghandhom 32 pjazzament bejniethom dan l-istagun.  Il-finalisti kollha ghandhom l-ahjar hin din is-sena ta’ 1’16’6 fil-kilometru jew ahjar u nofshom ghamlu 1’15’7 fil-kilometru jew ahjar.


Il-lista shiha hija: Player du Mirel, Oolong, Orage du Pont, Perdreau Rapide, Nophenio de Lune, Little Nick, Blizzard AD, Veikko Hornline, Chippen Bob u Simb Tyrant.


Daqstant iehor f’forma tajba, il-finalisti tal-klassi Silver A ghandhom bejn 7 u 13-il sena.  Qatta’ internazzjonali iktar minn dawk tal-klassijiet Premier u Gold, il-finalisti gejjin mill-Finlandja, Franza, l-Germanja, l-Olanda, l-iSvezja u l-iStati Uniti.


Dawn diga’ rregistraw 11-il rebha kif ukoll numru tajjeb ta’ pjazzamenti bejniethom u kollha kemm huma ghandhom l-ahjar hin din is-sena ta’ 1’17’0 fil-kilometru jew ahjar, b’nofshom jaghmlu 1’16’3 fil-kilometru jew ahjar.


Il-partecipanti huma: Manuel Jet, Side Spin, Udice Boko, Anguz R.C., Quaroldo, Obi Wan Kenobi, Nasdaq du Closet, Zandina Boshoeve, Paolin de Bannes u Pilote de Nganda.


Il-hdax il-finalist tal-klassi Silver B ghandhom bejn 7 u 14-il sena.  Il-pajjizi tal-origini taghhom huma d-Danimarka, Franza, l-Germanja u l-iSvezja u dawn kisbu 13-il rebha u pjazzamenti numeruzi bejniethom.  Kollha kemm huma ghandhom l-ahjar hin din is-sena ta’ 1’17’3 fil-kilometru jew ahjar, b’disgha minnhom jaghmlu 1’16’8 fil-kilometru jew ahjar.


Il-finalisti huma:  Passons d’Ortige, Really Good, Socrates, Newman, Ouragan de Crouay, Que Je T’Aime Rush, Lys de l’Oasis,Quartes, Command Coger, Pile Ou Face u Notre Joyeux.


Il-hdax-il partecipant fil-finali tal-klassi Bronze A huma Polytain, Law Suit, Missionimpossible, Quick Et Rare, Quadrige de Mai, Obelix Blue, Nerlo Villetot, Zerbin, Magnific As, Inkato u Poete de la Sarthe. 


F’etajiet ta’ bejn 9 u 15-il sena, dawn iz-zwiemel li gejjin minn Franza, l-Germanja u l-iSvezja, rebhu biss 6 darbiet bejniethom din is-sena, izda kellhom pjazzamenti numeruzi, fatt li jikkonferma l-konsistenza taghhom.  Disgha minnhom ghandhom l-ahjar hin ta’ 1’17’8 fil-kilometru jew ahjar dan l-istagun.


Min-naha l-ohra, il-finalisti tal-klassi Bronze B rebhu 14-il darba bejniethom.  Francizi, Olandizi u Svedizi, dawn iz-zwiemel ghandhom etajiet ta’ bejn 7 u 15-il sena u kwazi kollha kemm huma rregistraw hin ta’ 1’17’9 fil-kilometru jew ahjar din is-sena.


Il-partecipanti huma: Queps de Retz, Zeta Jones A, Quintin Malin, Gin T. Dalimo, Quella des Moyeux, Ywema’s Pine, Above Roland, Jet Starline, Loulou de la Rose u Kiton de Bouere.


Fost iz-zwiemel tal-klassi Copper insibu l-akbar varjeta’ fl-eta’ ta’ dawn il-finali; cioe’ bejn 4 snin u 17-il sena.  Dawn huma Mistral du Chene, Buckens Stjarna, Claude Carnevale, Ballad Ribb, Noble Candeen, Minou de Perdriat, Royal Qui, Stormy Sand, Andri Boko u Ideal de Suce.


Hames Svedizi, erba’ Francizi u Olandiz se jkunu l-protagonisti ta’ din il-finali.  Huma rebhu 12-il tigrija (apparti pjazzamenti numeruzi) bejniethom din is-sena, bi tmienja minnhom ikollhom l-aqwa hin stagjonali ta’ 1’18’2 fil-kilometru jew ahjar.


Laqgha wahda ... seba’ tigrijiet ... seba’ finali bbilancjati bejn l-aktar zwiemel f’forma tajba fl-azzjoni matul dan l-ahhar xahar.  M’hemmx mod ahjar kif nispiccaw l-ewwel fazi tal-istagun ... imbaghad btala ghas-seba’ gimghat li gejjin! 


L-ahhar laqghat


L-ahhar zewg laqghat li kienu jikkonsistu fl-ahhar tigrijiet ta’ kwalifikazzjoni mill-kampjonati tas-Sajf (kollha fuq id-distanza ta’ 2,140m) irrispettaw l-aspettativi, b’diversi prestazzjonijiet interessanti u hinijiet tajba.


Klassi Premier


Oviedo Vici mar quddiem fil-bidu tat-tigrija tal-klassi Premier tat-12 ta’ Lulju u malajr fetah vantagg ta’ zewg tulijiet minn Absolut Spender.  Dan ta’ l-ahhar faqqa’ l-attakk tieghu madwar 600m mit-tmiem u mar quddiem fil-bidu tal-ahhar nofs dawra. 


Absolut Spender imbaghad iddomina l-bqija tat-tigrija biex zamm fuq quddiem b’mod komdu minkejja l-isprint qawwi ta’ Vanmaker Limburgia fid-dritta tat-tmiem li wasslu sa tul ‘il boghod minn Absolut Spender li pero’ kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet wahda stagjonali f’hin mill-aqwa ta’ 1’14’5 fil-kilometru, it-tieni l-aqwa fuq din id-distanza f’Malta din is-sena.


Mont Cenis Honey ha vantagg bikri fit-tigrija tal-klassi Premier li nzammet fid-19 ta’ Lulju, segwit mill-qrib minn Nevaio des Bordes, izda Lage avvanza b’sahhtu tlieta fuq barra madwar il-bidu tal-ahhar dawra sabiex inghaqad maz-zewg zwiemel ta’ quddiem. Lage tela’ fit-tieni post u attakka lil Mont Cenis Honey fid-dritta tal-faccata.


Dawn iz-zewg zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem ras’imb’ras, izda Lage qabez lill-isfidant tieghu f’nofs id-dritta tat-tmiem u kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet rebha stagjonali aktar minn tlett tulijiet quddiem Mont Cenis Honey, segwit minn Label Chouan u Orne des Olivettes.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’16’3 fil-kilometru.


Klassi Gold


Fit-tigrija tal-klassi Gold mizmuma fil-laqgha tat-12 ta’ Lulju, Veikko Hornline kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tad-distanza segwit mill-qrib minn Carnegie Hall u Ygor of Pass.  Madankollu, l-ispettaklu veru wasal fid-dritta tat-tmiem!  Veikko Hornline kien jidher li qed izomm kontroll tat-tigrija, izda f’daqqa wahda minn nofs il-qatta’ hareg bhal sajjetta Niky du Donjon li bi sprint impressjonanti fl-ahhar 200m ssorprenda lil kulhadd biex kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu b’ras biss minn Veikko Hornline, segwit minn Ouf Boy u Carnegie Hall, f’hin ta’ 1’16’7 fil-kilometru.


Fid-19 ta’ Lulju, l-ewwel tigrija tal-klassi Gold rat lil Eject jiehu vantagg bikri li zamm sad-dritta tat-tmiem.  Madankollu, fil-dritta tal-faccata, d-debuttant Midnight Passion zied fil-velocita’ b’mod mpressjonanti tlieta fuq barra u avvanza mill-postijiet ta’ wara biex wasal ras’imb’ras ma’ Eject f’nofs id-dritta tat-tmiem u minkejja sfidi minn diversi zwiemel ohra huwa mar fuq quddiem madwar 100m mit-tmiem u rebah b’madwar tul u nofs mill-istess Eject, segwit minn Player du Mirel u Perdreau Rapide f’1’17’1 fil-kilometru.


Fit-tieni wahda, Little Nick mar fuq quddiem madwar 1,500m mit-tmiem, u rnexxielu jikkontrolla tajjeb it-tigrija u jibqa’ fuq quddiem sat-tmiem.  Id-dritta tat-tmiem rat l-isprint qawwi ta’ Oolong fuq in-nahat ta’ barra, izda kien tard wisq u wasslu biss sa nofs tul ‘il boghod minn Little Nick li kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’16’2 fil-kilometru.  Wara Oolong, il-pjazzamenti l-ohra marru ghal Simb Tyrant u Nophenio de Lune f’dik l-ordni.  


Klassi Silver


Ftit qabel il-bidu tal-ahhar dawra tal-ewwel tigrija tal-klassi Silver, Que Je T’Aime Rush sprintjat b’sahha erbgha fuq barra biex waslet sat-tieni post wara Ouragan de Crouay li kien jinsab fuq quddiem.  Ta’ l-ewwel ipproduciet sprint iehor 500m mit-tmiem, immedjatament marret quddiem u ddominat il-kumplament tat-tigrija biex kisbet it-tieni rebha stagjonali taghha madwar erba’ tulijiet minn Passons d’Ortige, Isebel u Lys des Etroits f’dik l-ordni, f’ 1’16’5 fil-kilometru.


Ackaturbo kien fuq quddiem sad-dritta tal-faccata fit-tieni tigrija tal-klassi Silver, meta huwa beda’ jigi attakkat minn Lacoste IT.  Dawn iz-zewg zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem flimkien izda ma setghu jaghmlu xejn biex iwaqqfu l-isprint impressjonanti ta’ Quaroldo sebgha fuq barra ghat-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet wahda stagjonali tieghu, tul u nofs quddiem tlett zwiemel ohra li spiccaw b’sahhithom, Quioco Dry, Pilote de Nganda u Navaho Simoni, f’1’17’4 fil-kilometru.


L-ewwel tigrija tal-klassi Silver fil-laqgha tad-19 ta’ Lulju rrizultat fit-tieni rebha stagjonali ghal Lys de l’Oasis li mar fuq quddiem madwar dawra mit-tmiem u zamm il-vantagg tieghu sat-tmiem, biex rebah b’madwar tul u nofs minn Men Gumman Da, segwit minn Napolitano Sun u Vasterbo Diego, f’hin ta’ 1’16’3 fil-kilometru.


Fit-tieni tigrija tal-klassi Silver, Vagabond Hornline attakka z-ziemel ta’ quddiem Picabia des Audins fid-dritta tal-faccata, mar fuq quddiem madwar 700m mit-tmiem u mbaghad iddomina sat-tmiem biex ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta, b’distakk qawwi f’hin ta’ 1’16’7 fil-kilometru, mid-debuttanta Roma M, Nasdaq du Closet u Obi Wan Kenobi.


Imbaghad fit-tigrija ta’ wara kien Markus Klipp li ha kmant bikri li zamm sad-dritta tal-faccata, meta gie attakkat minn diversi zwiemel.  Pared An Hoel mar fuq quddiem madwar nofs dawra mit-tmiem izda Udice Boko halla l-aqwa tieghu ghall-ahhar, meta pproduca sprint mill-aqwa fuq in-nahat ta’ barra li wasslu fuq quddiem meta kien fadal 150m mit-tmiem, biex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta, tul u nofs minn Pared An Hoel, segwit minn Darco As u Argus R.C.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’16’1 fil-kilometru.


L-ahhar tigrija tal-klassi Silver rat lil Mealington izomm il-kmant ghal hinijiet twal, segwit mill-qrib minn Newman.  Dan ta’ l-ahhar beda l-attakk tieghu f’nofs id-dritta tal-faccata, mar quddiem madwar nofs dawra mit-tmiem, u kompla jzid il-vantagg tieghu sat-tmiem, biex rebah b’mod komdu b’aktar minn hames tulijiet (l-ewwel rebha ta’ Newman f’aktar minn sentejn) minn Lass Idol, Socrates u Notre Joyeux f’dik l-ordni, f’hin ta’ 1’16’3 fil-kilometru. 


Il-Kunsill tal-Malta Racing Club


Il-Ministru tal-Edukazzjoni u Xoghol u s-Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Zghazagh u Sport appuntaw il-Kunsill il-gdid tal-Malta Racing Club.


Dr Matthew Brincat gie kkonfermat bhala Cermen, pozizzjoni li ilu jokkupa ghal dawn l-ahhar 5 snin.   Is-sinjuri Mark Vella u Marco Millo gew ikkonfermati wkoll bhala membri tal-Kunsill. 


Is-Sinjuri Tony Demanuele u Joe Zerafa li s’issa kienu qed iservu fil-Kunsill bhala rapprezentanti eletti mis-sidien u s-sewwieqa issa gew appuntati membri tal-Kunsill mill-Gvern.  Ma dawn ser jinghaqdu zewg membri godda li se jkunu qed iservu fil-Kunsill ghall-ewwel darba.  Dawn huma s-Sinjuri Twanny Bugeja u George Farrugia.


Ma’ dawn is-seba’ membri se jinghaqdu tlett membri ohra li ser jigu eletti mis-sidien u l-gerrejja.  Din l-elezzjoni mistennija ssir ghall-bidu ta’ Settembru.


Il-karigi li se jokkupa kull membru tal-Kunsill huma kif gej:


Dott Matthew J. Brincat – Chairman


Is-Sur Anthony Bugeja – General Secretary


Is-Sur Mark Vella – Director, Marketing & Finance


Is-Sur Marco Millo – Director, International Affairs & Infrastructure


Is-Sur Anthony Demanuele – Director of Internal Affairs


Is-Sur Joseph Zerafa – Director of Animal Welfare, Amateur Racing & Cultural Events


Is-Sur George Farrugia – Director of Maintenance Projects


Bhal dejjem, Dott Brincat iheggeg lis-sidien u l-gerrejja kollha li ghandhom proposti ta’ idejat innovattivi u godda ta’ kif jista’ jimxi aktar ‘il quddiem dan l-isport, sabiex javvicinawh u jsiru l-laqghat necessarji.  Huwa jwieghed li jikkunsidra bis-serjeta’ kull suggeriment validu u vijabbli.  L-insistenza tieghu dejjem kienet u tibqa’ li hemm spazju ghal kull min lest li jghin anke jekk ma jiffurmax parti mill-Kunsill.


Kampjonat tas-sewwieqa tal-Mediterran


Is-sewwieq campjin kurrenti Noel Baldacchino se jirrapprezenta lil Malta fit-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran ghas-Sewwieqa, organizzat mill-Mediterranean Horse Racing Union, li se jinzamm nhar is-Sibt filghaxija 27 ta’ Lulju fl-Ippodromo del Mediterraneo f’Siracusa, l-Italja.


Noel se jkun akkumpanjat mic-Cermen tal-MRC Dott Matthew Brincat li se jkollu serje ta’ laqghat li jistghu jkunu ta’ beneficcju ghall-isport tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.


It-tigrija se tkun fuq distanza ta’ 1,600m u ghandha premjijiet fi flus totali ta’ 3,300 ewro.  Noel tela’ biex isuq id-debba ta’ 6 snin Novi Ligure f’tigrija bejn tmien zwiemel.  Din se tkun l-ewwel tappa li Malta se tippartecipa fiha din is-sena.


Nawguraw l-isbah xewqat lil Noel hekk kif se jerga’ jirrapprezenta lil pajjizna f’dan il-kampjonat internazzjonali.  Zgur li bit-talent, dedikazzjoni u esperjenza li ghandu huwa se jaghti l-aqwa impressjoni ta’ Malta kemm f’termini ta’ professjonalita’ kif ukoll ta’ sportivita’.


Sajf ‘13


Kienet qed tindaqq id-diska ta’ Bryan Adams “Summer of ‘69” meta kont qed nattendi l-Maratona tal-Volleyball biex jingabru fondi ghad-Dar tal-Providenza xi gimghatejn ilu, bil-versi maghrufa:


 “Dak is-sajf qisu ma ried jispicca qatt


U kieku kelli l-ghazla


Iva kont inkun irrid inkun dejjem hemm


Dawk kienu l-aqwa granet ta’ hajti.”


Issa ninsabu fis-sajf tal-2013, izda nistqarr li kull sajf jaghtini l-impressjoni li se jibqa’ sejjer ghal dejjem.  F’dan iz-zmien tas-sena, is-shana tidher qisu qieghda hemm biex tibqa’, inhoss li qisu t-temp kiesah u x-xita ma jezistux. 


Ix-xoghol inaqqas xi ftit u jaghtina l-opportunita’ li niehdu pjacir bis-sajf Mediterranju kajman, il-granet twal, il-bahar, il-barbikjus, il-festi, ir-raqda helwa ta’ wara nofsinhar, dik li thossok li ma tantx ghandek aptit taghmel wisq, li gismek semplicement irid jistrieh – karatteristika intrinsika fil-kwalita’ tal-hajja Maltija.


Kull sena, nhoss li l-granet tas-sajf huma dejjem “l-aqwa granet ta’ hajti”!  Nammetti li stramba kemm hi stramba, nhobb it-temp meta jkun shun hafna jew kiesah hafna, cioe’ z-zewg estremi, u ghalhekk is-sajf Malti joghgobni mmens f’termini ta’ temp shun.


Izda nammetti li nimmissja t-tigrijiet matul dawn is-seba’ gimghat.  Veru li nsegwi t-tigrijiet fi Franza u l-iSvezja, li jkomplu b’ritmu qawwi f’dan iz-zmien tas-sena, izda ghalija m’hemm xejn isbah mit-tigrijiet taghna!


Dawn l-ahhar sitt xhur letteralment regghu taru!  Sar hafna xoghol tajjeb u gew organizzati hafna avvenimenti sbieh ghalkemm certi affarijiet hallew impatt fuq il-kalendarju tat-tigrijiet.


Bdejna l-istagun xi gimghatejn aktar tard mis-soltu minhabba x-xoghol li halla l-frott li sar fuq ir-ramel tal-korsa, li kien ta’ fejda ghaz-zwiemel taghna. Kellna edizzjoni tat-Tazza l-Kbira ohra ta’ success kbir u kampjonati tal-Francizi, t-Tazza Sette Giugno, t-Tazza VOB, l-kampjonati tas-Sajf u l-Condition Races tar-Rebbiegha li kienu wkoll success.


Immissjajna l-kampjonat ghal zwiemel tat-trott Svedizi minhabba nuqqas ta’ sponsor, il-kampjonat tas-Sewwieqa tal-Mediterran (ghalkemm il-partecipazzjoni ta’ Malta f’dan il-kampjonat se tibda’ nhar is-Sibt li gej), u tigrijiet ta’ hbiberija bejn sewwieqa Maltin u barranin fil-korsa taghna. 


Il-laqghat li nzammu fl-ewwel fazi tal-istagun kienu 33, inqas mit-38 li nzammu s-sena l-ohra u s-36 tal-2011.  Ix-xoghol fuq ir-ramel tal-korsa, imbaghad il-kitbiet pjuttost fjakki ghall-ewwel laqghat (hafna sidien setghu kienu qed jistennew li r-ramel il-gdid joqghod), il-maltemp mhux normali t’April li kkawza l-posponiment tal-laqgha tal-finali tat-Tazza l-Kbira kollha kkontribwew ghat-tnaqqis fin-numru ta’ laqghat.


Issa wasal iz-zmien ghal ftit mistrieh kemm ghall-bnedmin kif ukoll ghaz-zwiemel.  Waqfa mit-tigrijiet ghal kulhadd, izda s-sidien u t-trejners ma jkollomx mistrieh ta’ veru, ghax xorta wahda jiehdu hsieb sew taz-zwiemel taghhom fix-xhur tas-sajf.


Jiehdu l-opportunita’ li jaghtu daqqa t’ghajn sew liz-zwiemel taghhom, iduru dawra maghhom fejn hemm bzonn u mbaghad bil-mod jibdew jippreparawhom ghall-kumplament tal-istagun.  Settembru dalwaqt ikun maghna u z-zwiemel ikollhom bzonn li jkunu mistrieha u ppreparati sa dak iz-zmien.


Uhud mis-sewwieqa taghna probabbli jiehdu l-opportunita’ li jiksbu esperjenza internazzjonali billi jippartecipaw f’tigrijiet barra minn Malta – nawgurawlhom success.  Hafna minnhom jiehdu l-opportunita’ li fil-process jiehdu perjodu ta’ mistrieh u kumpannija tajba barra minn Malta flimkien. 


Jalla jkollhom success, izda b’mod partikolari jalla jiehdu pjacir bil-mawra taghhom barra minn Malta u dejjem jaghtu l-ahjar ezempju, sabiex jaghtu l-aqwa impressjoni tal-komunita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel Maltija fix-xena internazzjonali.


Izda s-sajf Malti huwa wkoll zmien biex wiehed jissocjalizza, zmien ta’ barbikjus u hrug.  Dan jaffettwa wkoll il-komunita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel b’varjeta’ ta’ attivitajiet jinzammu f’hafna stalel fejn id-dilettanti, qrabathom u shabhom jiltaqghu, jieklu, jixorbu u jitkellmu fuq is-suggetti favoriti taghhom f’atmosfera rilassata, biz-zwiemel tipikament josservaw fl-isfont.  (Min jaf x’jahsbu z-zwiemel fuq dawn l-attivitajiet!).


Fl-ahhar mill-ahhar hawn Malta l-isport taghna jibqa’ dejjem passatemp f’kommunita’ ta’ hbieb!  Jalla dejjem jibqa’ hekk.


Qabel ma naghlaq, niehu l-opportunita’ li nirringrazzja lil dawk kollha li ghenuni gentilment fil-preparazzjoni ta’ dawn l-artikli.  Kif jixraq, nixtieq nirringrazzja lic-Cermen, il-Kunsill u l-impjegati tal-Malta Racing Club ghas-support mill-aqwa li jaghtu fuq bazi regolari u konsistenti.


Bla dubju, bhal ma semmejt drabi ohra, ghandi dejn kbir ta’ gratitudni lejn is-Sur Nicholas Farrugia, li niffitta regolarment, billi nistaqsih kull xorta ta’ mistoqsijiet u nitolbu jiggwidani f’varjeta ta’ materji li ghandhom x’jaqsmu mat-trott.  Kultant niskanta kif jirnexxilu jzomm il-pacenzja u ma jibghatnix x’imkien ‘il boghod :)  Grazzi hafna Nicky!


Matul dawn is-sitt xhur, diversi nies ohra ipprovdewni wkoll b’informazzjoni utli kull meta staqsejthom.  Dawn jinkludu (f’ordni alfabetiku) lil Twanny Bugeja, Mark Consiglio, Lorraine Cunningham, Mike Orland, Kenneth Vella, Mark Vella u ohrajn.


Fl-ahharnett, kelma ta’ ringrazzjament tmur ghall-esperti li jipprovdu n-nomini tal-unur tas-Sewwieq tax-Xahar (li mhux se nsemmuhom hawn ghal ragunijiet ta’ privatezza izda l-individwi partikolari jafu ghal min qed nirreferi!) u li jiena nitlobhom minn xahar ghall-iehor biex jipprovduli n-nomini taghhom.  Grazzi hafna lilkom kollha ghall-kontribut siewi taghkom.


U issa, wara l-ahhar laqgha, nawguraw btala henjin lil kulhadd!  Nergghu niltaqghu, jekk Alla jrid, fl-ewwel nofs ta’ Settembru, herqana biex ikollna tieni fazi mill-aqwa tal-istagun 2013.


 


Nawgurawlkom tmiem mill-aqwa ghall-ewwel fazi ta’ dan l-istagun.