Sunday 28th July 2013
Baldacchino Jikklassifika r-Raba’ f’Siracusa

minn L Cunningham


Tard is-Sibt filgħaxija, kif kien imħabbar, is-sewwieq Noel Baldacchino rrappreżenta lil Malta fit-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran għal sewwieqa tat-trott.


Sfortunatament id-debba li saq Baldacchino ma kinietx tidher f’forma sabiex tikkompeti maż-żwiemel l-oħra u għalkemm huwa għamel l-aħjar li seta fic-cirkostanzi, kien il-ħin kollu qed jokkupa l-aħħar postijiet tat-tiġrija. Ir-rebbieħ kien it-Taljan Matteo di Meo biż-żiemel Merico.


Għalkemm il-partecipanti kienu tmienja pero 5 biss kienu qed jippartecipaw fil-Kampjonat tal-Mediterran għalhekk bl-iskwalifika kmieni fit-tiġrija tar-Russu Alexander Popov, Noel ġie klassifikat fir-raba’ post hekk kif il-Franciż Jean Paul Fasquelle ġie t-tieni u s-Sloven Gojanc spicca t-tielet.


Dawk li jridu jaraw filmat ta’ din it-tiġrija jistaw jagħmlu dan minn fuq is-sit elettroniku www.gaet.it


Ir-Riżultat komplet kien dan:


1. Merico (Matteo di Meo) Italja – 1’17”3


2. Olding As (Francesco La Rosa Jr.) – 1’17”4


3. Mclaren UR (Cesare Ferranti) – 1’17”8


4. Naivasha (Jean Paul Fasquelle) Franza – 1’18”2


5. Osiris Joy (L. Gorjanc) Slovenja – 1’18”5


6. Ieper (Salvatore D’Aluisi) – 1’18”7


7. Novi Ligure (Noel Baldacchino) Malta – 1’18”9


Dis Gadoni (Alexander Popov) Russja