Wednesday 9th June 2010
Alf Eme jirbah l-MRC TROT FINAL

Alf Eme misjuq minn Charles Camilleri, rebah l-MRC PREMIER TROT FINAL, riservat ghal zwiemel li ma humiex Francizi. It-tigrija kienet tifforma parti mill-31 laqgha tal-istagun 2010, u ingriet fuq distanza ta' 2140m.

Tmien zwiemel ippartecipaw f'din il-Finali. Alf Eme kien l-aktar veloci mill-bidu tat-tigrija, u baqa quddiem sa l-ahhar hekk kif irrezista l-attak final tal-favorit Think Yatzee (Clint Vassallo) li spicca nofs tul il-boghod. Isolated (Etienne Carabott) u Deli du Ling (Julian Farrugia) spiccaw it-tielet u ir-raba' rispettivament.

Ir-rebbieh irregistra hin ta'1.16.2" kull kilometru. It-tazzi gew ipprezentati wara it-tigrija miz-zewg ufficjali tal-MRC Mark Vella and Marco Millo.