Tuesday 10th September 2013
L-Istaġun tat-Tiġrijiet Lokali Ikompli nhar il-Ġimgħa

Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru jerġa jiftaħ l-istaġun tat-tiġrijiet lokali bi programm mimli li jikkonsisti f’10 tiġrijiet tat-trott fuq distanza ta’ 2140m u waħda tal-galopp fuq distanza ta’ 1250m.


L-ewwel tiġrija tibda fis-6:30 p.m. u tkun għall-Klassi Copper. It-tiġrija prinċipali tkun dik għall-klassi Premier li tibda fid-9:40 p.m. u hija mimlija b’16 il-żiemel. Tal-galopp tkun il-5 tiġrija tal-programm u fiha biss 4 t’iżwiemel li minnhom tnejn ikun qed jagħmlu d-debutt tagħhom lokalment.


Barra t-tnejn tal-galopp, 6 t’iżwiemel oħra tat-trott ser ikunu wkoll qed jiddebuttaw.


Infakkru wkoll li s-sidien u l-ġerrejja membri tal-Malta Racing Club matul is-Sibt u l-Ħadd ser ikunu qed jivvutaw sabiex jeleġġu r-rappreżentanti tagħhom fil-Kunsill tal-Malta Racing Club.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


Programm: http://www.maltaracingclub.com/meeting.php?id=272


MRC/08/13