Friday 13th September 2013
L-34 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – it-13 ta’ Settembru

minn Magnat


Wara waqfa ta’ seba’ gimghat, l-istagun 2013 ikompli bi spluzjoni ta’ tigrijiet nhar il-Gimgha fis-6.30pm!  Laqgha li tinkludi xejn inqas minn 11-il tigrija, kollha fuq distanzi qosra.  L-ghaxar tigrijiet tat-trott se jkunu fuq id-distanza ta’ 2,140m filwaqt li t-tigrija tal-galopp tigi kkontestata fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m.


It-tigrija ewlenija se tkun naturalment l-10 wahda riservata ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier u li fiha lista shiha ta’ 16-il ziemel tat-trott tal-oghla klassi.  Ir-rebbieh tat-Tazza Sette Giugno Orcas Bac, ir-rebbieh tal-Prix d’Enghien Orion du Vaumicel, iz-ziemel li spicca fit-tieni post fil-Kampjonat tas-Sajf tal-klassi Premier Label Chouan, dak li spicca fit-tieni post fil-Prix de Vincennes Mark de Chamant, zwiemel bhal Belafonte u Ofackevo li diga’ rebhu dan l-istagun kienu fost il-protagonisti tal-ewwel fazi.  Se jergghu jikkonfermaw il-forma taghhom fil-Harifa?


F’din it-tigrija naraw ukoll zwiemel bhal Noble d’Ete u Nitesco d’Antony li gew promossi mill-klassi Gold u r-ritorn ghat-tigrijiet ta’ zwiemel ohra bhal Nicos de Peneme u Natieu d’Echal li ilhom neqsin ghal diversi xhur.


Il-laqgha tinkludi wkoll zewg tigrijiet interessanti tal-klassi Gold bi tlett debuttanti Francizi, Pan de Couperies, Quel Gibus u Quotuor de Chenu.  Ghal darb’ohra diversi partecipanti kellhom prestazzjonijiet tajba s’issa dan l-istagun, inkluzi Octobre En Fete u Pirate d’Urzy li rebhu tlett darbiet, Charm Hammering li rebah darbtejn u ohrajn li diga’ rebhu din is-sena bhal Midnight Passion, Nuper, Oscar Mati u Why Not As.


It-tlett tigrijiet tal-klassi Silver li huma mimlija b’16-il partecipant f’kull wahda huma, bhal dejjem, tigrijiet mill-aktar ibbilancjati bi zwiemel ta’ kwalita’ tajba jissieltu ghal rebha jew pjazzament tajjeb.


Diversi partecipanti dahlu fiz-zona riservata ghar-rebbieha matul l-ahhar xahrejn ta’ qabel il-waqfa tas-sajf, inkluz ir-rebbieh tal-Prix de Cagnes Sur Mer u rebbieh ta’ hames tigrijiet Pittacos kif ukoll ir-rebbieha Partisan de Bouere, Dacoit, Vagabond Hornline u Newman u hafna zwiemel ohra li rregistraw pjazzamenti tajba din is-sena. Iz-ziemel gdid Quipson huwa mistenni jiddebutta f’din il-klassi.


Ghalkemm fiha biss erba’ partecipanti, it-tigrija tal-galopp tal-Klassi A ghandha l-punti ta’ nteress taghha.  Ghandna zewg debuttanti, l-Irlandiza ta’ 4 snin Good As Gold u l-Brittaniku ta’ 5 snin Dasho, rebbieh tal-Premio Internazionale d’Italia fi Sqallija f’Lulju li ghadda.  L-ohrajn huma Henderlik, li gej minn erba’ pjazzamenti konsekuttivi fl-erba’ tigrijiet tieghu din is-sena u Bon Santos li ghandu pjazzament fit-tieni post mill-hames hargiet tieghu s’issa.


It-tigrijiet l-ohra huma tnejn ghall-klassi Bronze u tnejn ohra ghall-klassi Copper, bil-Franciz Repetito mistenni jiddebutta f’ta’ l-ewwel u l-iSvediz Manilleson d’Atout jaghmel l-ewwel dehra tieghu fil-klassi Copper. 


Seba’ gimghat huma zmien twil fit-tigrijiet taz-zwiemel u t-tkomplija tal-istagun f’Settembru huwa dejjem pjacevoli ghax ghalkemm il-prestazzjonijiet ricenti jistghu jaghtu indikazzjoni tajba tal-kwalita’ taz-ziemel partikulari, rigward il-forma attwali l-passat tassew mhux garanzija tal-futur, biex b’hekk tinholoq opportunita’ ghal bidu gdid anki ghal dawk iz-zwiemel li forsi ma tantx kellhom success fl-ewwel fazi.


L-ahhar laqgha


L-ahhar laqgha qabel il-waqfa tas-sajf inzammet quddiem folla tajba fis-26 ta’ Lulju u kienet tikkonsisti f’xejn inqas minn seba’ finali tat-trott mill-Kampjonati tas-Sajf, kollha fuq distanza ta’ 2,140m.


L-aktar finali prestigjuza kienet naturalment dik riservata ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier bi grupp ta’ tmien partecipanti.  Absolut Spender kienet l-ewwel wiehed li mar quddiem, izda malajr inqabez minn Vanmaker Limburgia u wara biss 500m, kien imiss lil Olry Meslois li jmexxi t-tigrija.  Dan ta’ l-ahhar ta pass komdu lit-tigrija, u kien segwit ghal hin twil minn Orne des Olivettes u Vanmaker Limburgia.


Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sad-dritta tal-faccata meta Absolut Spender avvanza biex jattakka lil Olry Meslois li madankollu zamm il-kmant, izda l-isfidi veri waslu fid-dritta tat-tmiem l-iktar minn Shakira Trot misjuqa minn Rodney Gatt li sprintjat qisha sajjetta erba’ fuq barra matul id-dritta biex lahhqet ma’ Olry Meslois fuq il-gister ghal tmiem mill-aktar incert.


Il-photofinish ta t-tieni rebha stagjonali u l-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier lil Shakira Trot imnieher biss quddiem Olry Meslois li pero’ safa’ skwalifikat talli m’ghaddiex minn test tad-doping (ara aktar ‘l isfel), bit-tieni post ghalhekk imur ghal Label Chouan, segwit minn Vanmaker Limburgia u Give To Get f’hin tat-tigrija ta’ 1’15’7 fil-kilometru.


Fit-tieni l-aktar finali mistennija, dik tal-klassi Gold, kien Perdreau Rapide li hareg veloci minn wara l-karozza tat-tluq, segwit minn Veikko Hornline u Little Nick, biz-zwiemel ta’ fuq quddiem jimponu pass mghaggel fuq din it-tigrija.  L-ahhar nofs dawra rat lil Perdreau Rapide izomm il-kmant minn Little Nick segwit minn Nophenio de Lune u Simb Tyrant.


Simb Tyrant thabat biex isib ftuh biex iwettaq l-attakk tieghu izda rnexxielu jsib bizzejjed spazju madwar 150m mit-tmiem, f’liema stadju l-attakk tieghu fl-ahhar wasslu biex jasal l-ewwel fuq il-gister.


Madankollu, dan iz-ziemel gie skwalifikat meta m’ghaddiex minn test tad-doping (ara aktar ‘l isfel) b’Perdreau Rapide ta’ Rodney Gatt jikseb it-tieni rebha stagjonali tieghu u b’Rodney jirregistra t-tieni rebha f’finali.  Din it-tigrija rat ukoll l-ahjar hin tal-gurnata, cioe’ 1’15’3 fil-kilometru, bir-rebbieh ikun nofs tul quddiem Nophenio de Lune, segwit minn Chippen Bob u Little Nick f’dik l-ordni.


Side Spin mar fuq quddiem wara biss 500m mill-bidu tal-finali tal-klassi Silver A u zamm il-kmant ghal aktar minn kilometru.  Madankollu, it-tigrija hadet il-hajja fid-dritta tal-faccata hekk kif Paolin de Bannes attakka fuq in-nahat ta’ barra, u wasal ras’imb’ras ma’ Side Spin madwar 500m mit-tmiem, b’dawn iz-zewg zwiemel jidhlu fid-dritta tat-tmiem flimkien.


Madankollu fil-bidu tad-dritta tat-tmiem, kien Quaroldo misjuq minn Brian Zammit li sprintja tlieta’ fuq barra u ssorprenda lil kulhadd sabiex ha kmant decisiv u kiseb it-tielet rebha konsekuttiva u r-raba’ rebha stagjonali tieghu tul u nofs minn Pilote de Nganda li spicca b’sahhtu, segwit minn Paolin de Bannes u Udice Boko f’hin ta’ 1’15’9 fil-kilometru.


Kien Quartes li mar fuq quddiem wara biss madwar 350m mill-bidu tal-finali tal-klassi Silver B, segwit ghal parti kbira mid-distanza minn Lys de l’Oasis.  Minn hemm ‘il quddiem, Quartes iddetta l-pass tieghu fuq il-partecipanti fit-tigrija, u zied fil-velocita’ fl-ahhar nofs dawra.


L-azzjoni waslet fid-dritta tat-tmiem meta Socrates faqqa’ sprint b’sahhtu li wasslu biex ilahhaq ma’ Quartes u kellu jigi kkonsultat il-photofinish ghall-verdett finali.  Ir-ritratt wera li Quartes, misjuq minn Brian Hili, kien irnexxielu jzomm fuq quddiem b’imnieher biss sabiex kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu f’1’16’4 fil-kilometru, u rebah din il-finali quddiem il-kuragguz Socrates, segwit minn Command Coger u Newman.


Poete de la Sarthe kien l-aktar ziemel veloci hekk kif il-karozza tat-tluq ghalqet gwenhajha fil-finali tal-klassi Bronze A, segwit qisu dell minn Polytain u Quadrige de Mai.


Madwar 850m mit-tmiem, Noel Baldacchino mexxa lil Polytain (li kien waqa’ fir-raba’ post) fuq in-nahat ta’ barra biex jibda’ attakk mill-aktar b’sahhtu li f’temp ta’ 250m wasslu fuq quddiem u huwa malajr fetah vantagg tajjeb ta’ aktar minn tlett tulijiet.  Id-dritta finali kienet girja trijonfali ghal Polytain hekk kif huwa kiseb it-tielet rebha konsekuttiva u stagjonali (1’16’0 fil-kilometru) u din il-finali madwar tul u nofs minn Nerlo Villetot li kellu tmiem b’sahhtu, segwit minn Law Suit u Poete de la Sarthe.


Fil-finali tal-klassi Bronze B, Magnific As kellu bidu eccellenti biex ha vantagg bikri, b’Inkato jlahhaq mieghu wara madwar 700m.  Madwar 900m mit-tmiem Ywema’s Pine u Zeta Jones A qabzu lil Inkato u hargu biex jattakkaw liz-ziemel ta’ quddiem Magnific As.


Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sa nofs id-dritta tat-tmiem meta Zeta Jones A misjuqa minn Charles Camilleri ghamlet uzu eccellenti mill-isprint b’sahhtu taghha sabiex qabzet lil Magnific As u rrezistiet l-attakk qawwi ta’ Jet Starline li spicca fit-tieni post, sabiex kisbet il-hames rebha stagjonali taghha u rebhet din il-finali b’inqas minn nofs tul f’hin ta’ 1’16’6 fil-kilometru.


Fil-finali tal-klassi Copper kien Royal Qui li mar fuq quddiem kmieni fit-tigrija segwit minn Ballad Ribb bis-sitwazzjoni tibqa’ ma tinbidilx sad-dritta tat-tmiem, meta Noble Candeen fin-nofs u Andri Boko fuq in-nahat ta’ barra nett ipproducew sprint impressjonanti.


Kien Noble Candeen li wasal l-ewwel fuq il-gister izda dan gie skwalifikat fuq il-girja tieghu u ghalhekk Andri Boko misjuq minn Tony Demanuele kiseb ir-raba’ rebha stagjonali tieghu f’1’17’9 fil-kilometru, tul u nofs quddiem Buckens Stjarna, segwit minn Ideal de Suce u Minou de Perdriat.


Ahbarijiet tas-Sajf


Ghalkemm ma kellniex tigrijiet matul l-ahhar gimghat, dan ma jfissirx li l-attivitajiet relatati mat-tigrijiet taz-zwiemel kienu mejta matul ix-xahar ta’ Awwissu u l-ewwel nofs ta’ Settembru.  Dawn li gejjin huma xi ftit ahbarijiet ta’ dawn l-ahhar gimghat:  


(i)            Sewwieq tax-xahar - Lulju


Is-Sewwieq tax-Xahar ghal Lulju huwa Julian Farrugia, li rebah dan l-unur abbazi tal-erba’ rebhiet u erba’ pjazzamenti li rregistra matul dak ix-xahar mill-14-il tigrija li ppartecipa fihom.


Huwa rebah fuq Side Spin (klassi Silver), Que Je T’Aime Rush (klassi Silver), Lys de l’Oasis (klassi Silver) u Nerlo Villetot (klassi Bronze). 


Prosit tassew Julian!


(ii)           It-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran ghas-Sewwieqa


Fis-27 ta’ Lulju, is-sewwieq Campjin Malti Noel Baldacchino rrapprezenta lil Malta fit-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran ghas-Sewwieqa li nzammet gewwa l-Ippodromo del Mediterraneo, f’Siracusa, Sqallija.


Sfortunatament, Noel tela’ biex isuq lill-outsider Novi Ligure u din id-debba kienet bic-car wahda mill-aktar partecipanti dghajjfa f’din it-tigrija.  Minkejja l-ahjar sforzi ta’ Noel, id-debba tieghu setghet tispicca biss fis-seba’ post (r-raba fost il-partecipanti f’dan il-kampjonat internazzjonali).


Nirringrazzjaw lil Noel talli kien ghal darb’ohra rapprezentant denju ta’ pajjizna fix-xena internazzjonali.


(iii)          Zjara ta’ tahrig ghal sewwieqa zghazagh fl-iSvezja


Fis-26 t’Awwissu, erba’ sewwieqa zghazagh ivvjaggaw lejn l-iSvezja ghal gimgha ta’ tahrig intensiv fuq it-tigrijiet taz-zwiemel; mawra li saret possibbli permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropeja fil-Progett ta’ Mobilita’ Leonardo da Vinci.


L-erba’ sewwieqa huma Kurt Saliba, Dylan Baldacchino, Warren Spiteri u Marvin Cauchi, li kienu akkumpanjati mis-Sur Marco Millo, Direttur ta’ Affarijiet Internazzjonali u Infrastruttura fil-Kunsill tal-Malta Racing Club u mis-Sur Anton Pace li t-tnejn kienu strumentali fl-applikazzjoni u l-kisba tal-approvazzjoni ghal dan il-programm ta’ tahrig.


Dawn is-sewwieqa zghazagh certament kisbu beneficcju kbir kemm minn dak li tghallmu kif ukoll mill-esperjenza nnifisha u huma u l-ufficjali nvoluti kkommettew ruhom ukoll li jaqsmu l-esperjenza u dak li tghallmu mas-sewwieqa shabhom hawn Malta.


It-tahrig kien jinkludi kemm aspetti tijoretici kif ukoll dawk prattici bis-Sur Tommy Lovgren (li kien responsabbli minn skola tat-tigrijiet taz-zwiemel fl-iSvezja ghal hafna snin) jiehu hsieb il-parti tijoretika.  Is-sewwieqa taghna kellhom ukoll l-opportunita’ li jzuru stalel kbar ta’ trejners professjonali bbazati fil-vicinanzi tal-korsa ta’ Jagersro u jaraw xi jfisser li wiehed jahdem f’dawn l-istalel.


(iv)          Sewwieqa li ppartecipaw f’tigrijiet barra minn xtutna


Bhal ma gara’ fis-snin  li ghaddew, diversi sewwieqa hatfu l-opportunita’ moghtija mit-tkomplija tat-tigrijiet matul is-sajf f’pajjizi barranin biex jiksbu experjenza internazzjonali prezzjuza filwaqt li jiehdu pjacir isuqu f’koros barranin u jzuru pajjizi ohra.


L-entuzjazmu tas-sewwieqa taghna biex jippartecipaw f’tigrijiet barra minn xtutna huwa kkonfermat iktar u iktar mill-fatt li dawn iz-zjarat barra minn xtutna gew organizzati fuq bazi personali.


L-ahbarijiet li waslulna f’dan ir-rigward kienu kif gej:


 (a) Olanda: Nhar it-12 t’Awwissu nzammu zewg tigrijiet ta’ hbiberija f’Alkmaar bejn sewwieqa Maltin u sewwieqa Olandizi amateurs.  Dawn iz-zewg tigrijiet intrebhu minn sewwieqa Olandizi izda s-sewwieqa taghna kisbu pjazzamenti tajba.  Fl-ewwel tigrija Isabelle Formosa spiccat it-tielet u Ludvig Ghigo r-raba’, filwaqt li fit-tieni wahda, Shaun Formosa spicca t-tieni u Tony Tanti t-tielet.


 (b) Svezja:  Nhar it-13 t’Awwissu, nzammet tigrija ta’ hbiberija f’Jagersro bejn sewwieqa Maltin u sewwieqa amateurs Danizi u Svedizi fuq distanza ta’ 2,140m (tluq bil-karozza). 


Kien jidher li se jkun triomf ghas-sewwieq Malti Charles Magro hekk kif huwa deher li kien wassal liz-ziemel tieghu ghal rebha komda, izda sfortunatament dan iz-ziemel gie skwalifikat mill-istewards wara t-tigrija.


Ghalhekk Ludvig Ghigo kiseb l-ahjar pjazzament fost il-Maltin (ir-raba'), bil-partecipanti Maltin l-ohra jkunu Darren Mizzi u Jason Vassallo.


Nhar is-16 t’Awwissu, nzammet tigrija ta’ hbiberiija ohra f’Tingsryd bejn sewwieqa Maltin u sewwieqa amateurs Svedizi fuq distanza ta’ 1,609m (tluq bil-karozza).  


Din it-tigrija ntrebhet minn sewwieq Svediz izda s-sewwieqa Maltin kisbu diversi pjazzamenti.  Ludvig Ghigo spicca t-tielet, Tony Tanti r-raba', Shaun Formosa l-hames, Isabelle Formosa s-sitta, bis-sewwieqa Maltin l-ohra jkunu Mark Tanti u Charles Farrugia.


F’kaz li kien hemm sewwieqa Maltin ohra li kkompetew barra minn xtutna, huma gentilment mitluba biex jinfurmawna u jkun ta’ pjacir nirrappurtaw dawn l-inizjattivi.


Tabilhaqq, ghalkemm huwa zgur sodisfazzjon kbir li tirbah jew tiehu pjazzament tajjeb f’dawn it-tigrijiet barra minn Malta, jkun xi jkun ir-rizultat, l-esperjenza u l-kuntatti nternazzjonali li wiehed jikseb permezz ta’ dawn l-inizjattivi huma mprezzabbli.


(v)           Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Matul is-sajf il-Malta Racing Club ircieva 25 rizultat iehor ta’ testijiet tad-doping.  Prosit tassew lis-sidien u t-trejners ta’:


 (i) Kimberley Downs, Cheeky Jack u Timolin kollha fir-rigward tal-Mediterranean Derby,


(ii) Orcas Bac, Nino de Saintho u Sultan November kollha fir-rigward tal-finali tat-Tazza Sette Giugno,


(iii) Okilaibo, Mark de Chamant, Olympien Major, Orne des Olivettes, Orion du Vaumicel, Quozak Prior, Pittacos u Qualaudry kollha fir-rigward tal-finali tal-kampjonati SECF,


(iv) Okilaibo, Orne des Olivettes u Mark de Chamant kollha fir-rigward tal-Gran Finali VOB u  


(v) Shakira Trot, Quaroldo, Quartes, Polytain, Zeta Jones A u Andri Boko kollha fir-rigward tal-finali tal-Kampjonati tas-Sajf,


li r-rizultati taghhom kollha kkonfermaw li kienu nodfa minn sustanzi projbiti.


Madankollu, sfortunatament il-Malta Racing Club ircieva wkoll zewg rizultati pozittivi relattivi ghal Olry Meslois u Simb Tyrant li nstabu pozittivi ghal sustanzi projbiti taht Kategorija 3 fil-finali rispettiva taghhom tal-Kampjonati tas-Sajf.  Irreferejna aktar ‘il fuq ghar-rizultati aggornati tal-finali tal-klassijiet Premier u Gold.


(vi)          Kalendarju ghall-bqija tal-istagun


Il-Malta Racing Club iffinalizza l-programm ghat-tieni fazi ta’ dan l-istagun.  Dan jinkludi diversi kampjonati popolari kemm ghal zwiemel tat-trott kif ukoll ghal dawk tal-galopp bhal fost l-ohrajn il-Kampjonat tal-Harifa, il-kampjonati SECF, it-Tazza tal-President u t-Tazza VOB ghaz-zwiemel tat-trott u t-Tazza Johnnie Walker u l-Coronation Cup ghaz-zwiemel tal-galopp.


(vii)         Elezzjoni ghar-rapprezentanti tas-sidien u s-sewwieqa


Nhar is-Sibt 14 u l-Hadd 15 ta’ Settembru, il-Malta Racing Club se jorganizza l-elezzjoni ghar-rapprezentanti tas-sidien u s-sewwieqa fuq il-Kunsill tal-Malta Racing Club.  Iridu jigu eletti tlett kandidati.


 


Nawgurawlkom bidu mill-aqwa ghat-tieni fazi ta’ dan l-istagun.