Saturday 28th September 2013
Is-36 u s-37 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – id-29 ta’ Settembru u s-6 t’Ottubru

minn Magnat


Se jinzammu zewg laqghat ta’ tigrijiet matul il-gimgha li gejja, l-ewwel il-Hadd li gej 29 ta’ Settembru, segwit minn iehor il-Hadd 6 t’Ottubru.  L-ewwel wahda tikkonsisti f’9 tigrijiet tat-trott filwaqt li t-tieni tinkludi 9 tigrijiet tat-trott u wahda tal-galopp.  Kull laqgha ta’ tigrijiet tibda’ fis-1.30pm.


L-attrazzjoni ewlenija ta’ dawn il-laqghat tikkonsisti fis-semi-finali tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m, riservati ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier li se jinzammu dan il-Hadd 29 ta’ Settembru.  L-ewwel tlieta minn kull semi-finali jikkwalifikaw ghall-finali li se tinzamm gimghatejn ohra.


In-numru ta’ zwiemel miktuba ghal dan il-kampjonat din is-sena jammonta ghal 27 (li tnejn minnhom gew skraccjati), ferm inqas minn dawk tat-tlett edizzjonijiet li ghaddew (50 fl-2010, 47 fl-2011 u 46 fl-2012), izda m’hemm l-ebda dubju dwar il-kwalita’ taghhom.


L-ewwel semi-finali tara zwiemel bhar-rebbieh tal-gimgha l-ohra u li spicca fit-tieni post fil-kampjonat tas-Sajf Label Chouan, iz-ziemel li spicca fit-tieni post fil-Prix de Vincennes Mark de Chamant, Ygor of Pass li gej minn rebha tajba, Of Course Ramble li rregistra pjazzament inkoragganti fil-hames post il-gimgha l-ohra u z-zwiemel maghrufa Prince de la Butte, Mars u Pro Shop.


Wiehed mill-partecipanti huwa wkoll id-debuttant Svediz ta’ 10 snin The Bad Rock, miktub bl-oghla numru ta’ punti ta’ handicap ghal debuttant.  Rebbieh ta’ SEK1,228,450 barra minn xtutna grazzi ghal 15-il rebha u hafna pjazzamenti u bl-ahjar hin ta’ 1’13’5 fil-kilometru fuq 1,640m registrat fl-2012, dan iz-ziemel kellu hafna prestazzjonijiet pozittivi fl-iSvezja, li wahda mill-aqwa fosthom kienet ir-rebha tieghu fl-Ostran/ Nyheternas Lopp gewwa Kalmar fi Frar 2011 fuq distanza ta’ 2,640m (rebh ta’ SEK200,000).  Fost l-ahjar hargiet tieghu dan l-istagun, insibu rebha u zewg pjazzamenti fit-tieni post u hin tajjeb ta’ 1’13’7 fil-kilometru fuq 1,660m li ghadu kif ghamel f’Lulju.


It-tieni semi-finali tinkludi zwiemel tal-kalibru tar-rebbieh tat-Tazza Sette Giugno Orcas Bac, Vanmaker Limburgia li spicca t-tielet fil-finali tal-Kampjonat tas-Sajf, Nicos de Peneme u Phenix de la Roque li gejjin minn rebhiet tajba, r-rebbieh tal-Prix d’Enghien Orion du Vaumicel, id-debuttanta mill-Finlandja ta’ sitt snin Brave Duo, kif ukoll iz-zwiemel popolari Olympien Major, Nuage de Bourgogne u Totti T. Dream.


Fost il-protagonisti tat-tielet semi-finali nsibu wiehed mill-ahjar zwiemel ta’ dan l-istagun, Okilaibo, rebbieh tal-Prix de Vincennes u tat-Tazza VOB, ir-rebbieh ta’ zewg tigrijiet Ohime Mag li ghandu l-aqwa hin fuq id-distanza din is-sena ta’ 1’14’4 fil-kilometru, r-rebbieh ta’ tlett tigrijiet Absolut Spender, Arnie Sensation rebbieh ta’ diversi kampjonati fis-snin li ghaddew, kif ukoll iz-zwiemel ta’ kwalita’ Tygo Idzarda, Oncle Sam, Start Brodde u Versace Boko.


It-tigrijiet l-ohra tat-trott f’dawn iz-zewg laqghat huma wkoll fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.


Forsi l-attrazzjoni ewlenija tal-laqgha tas-6 t’Ottubru hija t-tigrija ta’ hbiberija bejn sewwieqa Maltin u ohrajn mill-korsa ta’ Sundbyholm fl-iSvezja, bi 12-il ziemel (maqsuma bejn is-sewwieqa Maltin u dawk Svedizi) jiehdu parti f’din it-tigrija “Open”.


Iz-zwiemel involuti jvarjaw mill-klassi Copper ghal dik Gold, u jinkludu wkoll tahlita ta’ nazzjonalitajiet, seba’ Svedizi, zewg Finlandizi, zewg Francizi u Germaniz.  Iz-zwiemel Svedizi Sandrone (klassi Silver) u Haskovis (klassi Copper) huma mistennija jaghmlu d-debutt taghhom f’Malta f’din it-tigrija.  Naghtu merbha kaloruza lis-sewwieqa Svedizi li qed izuruna u nawguraw tigrijiet pjacevoli ghall-partecipanti kollha.


Dik il-laqgha tinkludi wkoll zewg tigrijiet ibbilancjati tal-klassi Gold.  L-ewwel wahda tara diversi zwiemel f’forma tajba bhal Midnight Passion, Quozak Prior, Quio de Nappes u Markus Klipp kollha gejjin minn rebhiet tajba fl-ahhar tlett hargiet taghhom flimkien ma’ ohrajn li rregistraw pjazzamenti tajba.


Il-partecipanti fit-tieni tigrija jinkludu zwiemel bhal Blizzard AD u Beckham Bob li gejjin minn pjazzamenti tajba, zwiemel popolari bhar-rebbieh ta’ tlett tigrijiet Orage du Pont u Onyx Lucernais li rebah tnejn, zwiemel li ghadhom kif nizlu mill-klassi Premier, bhal Nagano Phedo, Reves de Magalou u Nitesco d’Antony u zwiemel ohra b’punti ta’ handicap li jpogguhom pjuttost qrib tal-klassi Premier.


Id-debuttanti l-ohra f’dawn iz-zewg laqghat huma l-Francizi Querby du Gite, Quatre de Coeur, Qurun An Heol, Sir Malouin u Swahili de Nacre u l-iSvediz Dealer Arriba fil-klassi Silver u d-debba Daniza Pema fil-klassi Bronze.


Fil-laqgha tas-6 t’Ottubru nsibu wkoll tigrija tal-galopp tal-Klassi A fuq id-distanza itwal ta’ 1,750m b’erba’ partecipanti ta’ kwalita’ li huma r-rebbieh tal-Mediterranean Derby ta’ din is-sena Kimberley Downs, ir-rebbieh ta’ tlett tigrijiet Timolin, Potere d’Acquisto li rebah l-uniku tigrija tieghu f’Malta s’issa u Ollie Fliptrik li qed jirritorna wara waqfa ta’ erba’ xhur mit-tigrijiet.


Izda l-avveniment ewlieni ta’ dawn iz-zewg laqghat jibqghu s-semi-finali tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels.  Ghalkemm mhumiex hafna, l-partecipanti huma rapprezentattivi tal-krema tat-zwiemel tat-trott f’Malta, u b’9 postijiet biss disponibbli, li taqta’ biljett ghall-finali mhi haga xejn facli u tirrikjedi prestazzjoni mill-aqwa minn kull wiehed minnhom.  L-ispettaturi ghandhom garanzija ta’ giri spettakulari b’kull finalist ikun protagonist denju sabiex jisfida biex jinghaqad mar-rebbieha tal-passat ta’ dan il-kampjonat prestigjuz, Kakisis, Livi Cantona u Troy Boshoeve.


L-ahhar laqgha


Filwaqt li l-ewwel laqgha ta’ tigrijiet kienet iddedikata ghal tigrijiet fuq distanza qasira, t-tieni wahda tat-tieni fazi tal-istagun kienet tinkludi esklussivament tigrijiet fuq id-distanza ta’ 2,640m.


Bhas-soltu, t-tigrija tal-klassi Premier kienet l-attrazzjoni ewlenija tal-laqgha. Hawnhekk kien True Q li ha kmant bikri, li izda zamm biss xi 600m, meta Label Chouan mar fuq quddiem.  Minn hemm ‘il quddiem Label Chouan ikkontrolla t-tigrija, taha pass mghaggel li zamm sat-tmiem, u zied il-velocita’ aktar fl-ahhar 400m, sabiex rebah b’mod komdu b’aktar minn erba’ tulijiet minn Ofackevo li spicca b’sahhtu, segwit minn True Q u Vanmaker Limburgia.


Din kienet l-ewwel rebha stagjonali ta’ Label Chouan u l-ghaxar wahda tieghu  f’Malta f’hin tajjeb hafna ta’ 1’15’4 fil-kilometru, l-aqwa hin stagjonali kongunt fuq id-distanza ta’ 2,640m.


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold kien Niky de Memartin li kellu bidu tajjeb biex ha kmant bikri li madankollu zamm biss ghal madwar 600m hekk kif Nacarat Campbell qabzu b’madwar zewg dawriet mit-tmiem. Madwar mil mit-tmiem, il-kmant rega’ nbidel b’Pitchpin des Bois jmur quddiem segwit minn  Nacarat Campbell u Niky de Memartin.


Izda l-azzjoni determinanti waslet kmieni fid-dritta tat-tmiem hekk kif Pan des Couperies sprintja tlieta fuq barra biex gie ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem.  Taht pressjoni, Pitchpin des Bois bidel il-pass u gie skwalifikat, b’Pan des Couperies jikseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta fit-tieni tigrija tieghu hawnhekk f’hin ta’ 1’16’5 fil-kilometru, madwar zewg tulijiet u nofs minn Nacarat Campbell li kien qed jaghmel ir-ritorn tieghu wara nuqqas ta’ 14-il xahar, segwit minn Niky de Memartin u Player du Mirel.


It-tieni tigrija tal-klassi Gold ma tantx kellha storja, b’Phenix de la Roque jmur quddiem wara biss 450m mill-bidu u mbaghad izomm kmant assolut tat-tigrija, u ghal hafna hin kellu vantagg ta’ diversi tuljiet.  Huwa zied il-velocita’ tieghu iktar mid-dritta tal-faccata sal-gister biex kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu u l-promozzjoni ghall-klassi Premier xi hames tulijiet minn Blizzard AD, segwit minn Lover Boy Index u Beckham Bob f’1’16’9 fil-kilometru.


Milano du Gite ha kmant bikri fl-ewwel tigrija tal-klassi Silver, segwit minn Mcollie. Huwa qassam it-tigrja tieghu u zamm velocita’ komda sa l-ahhar dawra meta zied sostanzjalment fil-giri specjalment fid-dritta tal-faccata biex zied il-vantagg tieghu ghal diversi tulijiet, u kompla sejjer b’mod vittorjuz sat-tmiem biex ha l-ewwel rebha tieghu fl-ahhar 22 xahar, xi erba’ tulijiet u nofs quddiem Megiddo, segwita minn Bella Notte u Mcollie f’dik l-ordni f’hin ta’ 1’18’2 fil-kilometru.


It-tieni tigrija tal-klassi Silver giet iddominata minn Quozak Prior li ha kmant bikri u qassam it-tigrija bir-ritmu tieghu, u beda jzid fil-giri kull darba li xi ziemel jersaq qrib tieghu.  Id-dritta tat-tmiem kienet marcja trijumfali ghall-imsemmi Quozak Prior li kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu b’mod komdu, xejn inqas minn hames tulijiet minn Quio de Nappes, Insomnia Grif u Touch The Diamond f’1’17’2 fil-kilometru.


Sprint impressjonanti nofs dawra mit-tmiem kien kull ma kellha bzonn Roma M sabiex taqbez ziemel wara l-iehor fit-tielet tigrija tal-klassi Silver meta giet ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem Mealington, u mbaghad marret quddiem b’mod komdu f’nofs id-dritta tat-tmiem u ddominat l-ahhar metri sabiex rebhet b’aktar minn zewg tulijiet u nofs minn Zandina Boshoeve li spiccat b’sahhitha, segwita minn Quaroldo u Mealington.  Din kienet l-ewwel rebha f’Malta ghal Roma M f’hin ta’ 1’17’2 fil-kilometru.


Newman ha kmant bikri u zammu sal-ahhar dawra tar-raba’ tigrija tal-klassi Silver. Madankollu, madwar 800m mit-tmiem, Law Suit mar tlieta fuq barra biex hareg minn nofs il-qatta’ u ntefa’ fir-raba’ post.  Dan tal-ahhar imbaghad ipproduca zieda ohra fil-velocita’ 350m mit-tmiem sabiex sfida lil Newman ras’imb’ras matul id-dritta tat-tmiem, u rnexxielu jeghleb lil Newman b’ras biss mal-gister, sabiex irregistra t-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet wahda stagjonali f’1’18’2 fil-kilometru.  Big Hit u Quo Vadis Phedo spiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.


L-ahhar 400m kienu l-parti determinanti tal-ahhar tigrija tal-klassi Silver meta d-debuttant Quarborandum avvanza fuq in-nahat ta’ barra biex jisfida z-zwiemel ta’ quddiem u biex ha l-kmant fil-bidu tad-dritta tat-tmiem.  Madankollu, immedjatament wara, Quipson ipproduca sprint impressjonanti hamsa fuq barra sabiex wasal ras’imb’ras ma’ Quarborandum u rnexxielu jeghlbu b’ras mat-tmiem sabiex ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta fit-tieni tigrija tieghu hawnhekk f’hin ta’ 1’17’3 fil-kilometru.  Neo de Mira u Bankir Zon hadu l-pjazzamenti l-ohra.


Fit-tigrijiet l-ohra, Andri Boko kkonsolida l-ewwel post tieghu fil-klassifika tal-aktar ziemel tat-trott konsistenti meta sar l-ewwel ziemel li rebah sitt tigrijiet dan l-istagun fil-klassi Bronze, l-veteran ta’ 15-il sena Magnific As irregistra t-tieni rebha stagjonali tieghu fit-tigrija l-ohra tal-klassi Bronze u gie promoss ghall-klassi Silver, filwaqt li z-ziemel ta’ sitt snin Take Out Blue wkoll kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu u l-l-promozzjoni ghall-klassi Bronze meta rregistra l-aqwa hin personali ta’ hajtu ta’ 1’17’3 fil-kilometru fil-klassi Copper.


Kampjonat fil-Harifa li hafna minna jiftakruh


Ghaddew biss xahrejn mit-tmiem tal-kampjonat tas-Sajf u diga’ wasalna ghal kampjonat iehor ghal zwiemel ta’ l-aqwa klassi, cioe’ l-kampjonat tal-Harifa li ghat-tielet darba konsekuttiva huwa sponsorjat minn Cassar Fuels li nirringrazzjawhom minn qalbna ghall-ghajnuna li jaghtu lil dan l-isport taghna.


Kif jaf kulhadd, l-istil kurrenti tal-kampjonat tal-Harifa nbeda fl-2010 (dik is-sena kien sponsorjat mid-Dragonara), meta gie mirbuh miz-ziemel tat-trott Franciz Kakisis, u ghal hafna snin qabel, minhabba l-ezigenzi tal-kalendarju, ma kienx possibbli li jizdied kampjonat iehor f’dan iz-zmien tas-sena.


Pero’ mhux dejjem kien hekk! 


Kampjonat jew “Condition Race” li wkoll kien inzamm fil-Harifa, b’zewg fazijiet biss, cioe’ semi-finali u finali bhal ma se jkun din is-sena u wkoll riservat ghal zwiemel tal-oghla klassi (dak iz-zmien l-A1 u llum il-klassi Premier) kien dak li nzamm f’Novembru – Dicembru 2000 (dak iz-zmien kienu ghadhom ma bdewx il-kampjonati tal-Francizi) u kien maghruf bhala l-Euro Hygiene Condition Race.


Zewg semi-finali kienu nzammu fid-19 ta’ Novembru u z-zewg semi-finali l-ohra gimgha wara, fis-26 ta’ Novembru 2000, bl-ewwel zewg zwiemel biss minn kull semi-finali jghaddu ghall-finali.  Id-distanza kienet dik pjuttost twila ta’ 2,640m fis-sena 2000 b’differenza mid-distanza attwali li hija dik qasira ta’ 2,140m.


Xi haga pjuttost originali f’dan il-kampjonat kienet il-fatt li filwaqt li tlett semi-finali kellhom bidu bil-karozza, s-semi-finali l-ohra kienet wahda bil-vantagg.


Iz-zewg semi-finali li nzammu fid-19 ta’ Novembru kellhom bidu bil-karozza.  Fl-ewwel wahda, sprint mill-aqwa matul id-dritta tat-tmiem kien bizzejjed biex pogga lid-debuttant Svediz ta’ 9 snin Always Boss (misjuq minn Julian Farrugia) fuq quddiem sabiex ha l-ewwel rebha f’Malta fl-ewwel attentat tieghu. 


Il-Franciza wkoll ta’ 9 snin Diatka de Pitz spiccat fit-tieni post u ghaddiet ukoll ghall-finali meta pprecediet lil Jacob Jison, li b’hekk safa eliminat.


Imbaghad fit-tieni semi-finali rajna taqtiegha mill-isbah bejn debuttant Svediz iehor (din id-darba ta’ 8 snin), Kickshaw, misjuq minn Massimo Vassallo u z-ziemel popolari Linus Car, matul id-dritta tat-tmiem.  Fl-ahharnett kellu jkun Kickshaw li jmur l-ahjar meta gheleb lill-istess Linus Car, li wkoll ghadda ghall-finali meta ppreceda ziemel Svediz iehor, cioe’ Haga Boys.


Imbaghad gimgha wara, fis-26 ta’ Novembru, nzammu z-zewg semi-finali l-ohra.  L-ewwel wahda kienet bil-vantagg fuq distanza ta’ 2,660m.  Hawnhekk hafna mill-attenzjoni kienet iffukata fuq David Ceda, ziemel tat-trott Svediz ta’ 10 snin li kien gie importat ftit qabel u li kien impressjona hafna meta rebah l-ewwel zewg tigrijiet tieghu f’Malta b’mod mill-isbah. 


Pero’ dan iz-ziemel beda bi zvantagg ta’ 40m (tigrija ta’ 2,700m) u ghal hafna hin tat-tigrija ma dehrx li seta’ jirbah.  Grazzi ghall-klassi kbira tieghu, fl-ahhar nofs dawra huwa rnexxielu jlahhaq maz-zwiemel ta’ quddiem u ezatt qabel maz-zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem irnexxielu anki jiehu l-kmant. 


Madankollu, fl-ahhar 150m, rajna sprint brillanti tal-Franciz ta’ 10 snin Camelia Poterie misjuq minn David Ellul, li spicca rebbieh, quddiem l-istess David Ceda li kkwalifika wkoll ghall-finali.  Daddio spicca fit-tielet post izda ma kkwalifikax.


L-ahhar tigrija ta’ kwalifikazzjoni kienet mill-gdid wahda fuq id-distanza ta’ 2,640m b’bidu bil-karozza.  L-iSvediz ta’ 7 snin Free Ride spara fuq quddiem nofs dawra mit-tmiem u fetah anki vantagg ta’ erba’ tulijiet.  Madankollu huwa ma setax izomm dan il-pass fid-dritta tat-tmiem meta nqabez minn Svediz iehor (8 snin) Fliteling misjuq minn Joe Bartolo, li spicca rebbieh quddiem l-istess Free Ride li akkumpanjah fil-finali. Declic de Prez spicca t-tielet minghajr ma kiseb post fil-finali.


Ghalhekk kollox kien lest ghal finali mill-isbah il-gimgha ta’ wara, 3 ta’ Dicembru 2000, quddiem l-aqwa folla tal-istagun sa dak il-mument.  Id-distanza kienet dik ta’ 2,640m bi tluq bil-karozza.  Kellna tmien finalisti, sitt Svedizi u zewg Francizi, kollha zwiemel ta’ kwalita’ f’etajiet relattivament zghar ghal Malta ta’ bejn 7 u 11-il sena.


Bhala tigrija pero’ din ma tantx kellha storja, ghaliex David Ceda (din id-darba minghajr l-izvantagg tas-semi-finali) misjuq mis-sewwieq maghruf Svediz Anders Lindqvist, ha l-kmant tista’ tghid mill-bidu, impona ritmu qawwi fuq it-tigrija u baqa’ ghaddej b’sahhtu sat-tmiem.


Linus Car li kien il-hin kollu fit-tieni post, kellu wirja qalbenija, ghamel kull ma seta biex ilahhaq ma’ David Ceda u fl-ahhar parti tat-tigrija naqqas id-distakk sostanzjalment izda ma seta’ jaghmel xejn biex iwaqqaf lil dan ta’ l-ahhar milli jirbah b’mod komdu b’aktar minn zewg tulijiet vantagg f’hin eccellenti fuq din id-distanza ta’ 1’15’6 fil-kilometru (niftakru li l-aqwa hin fuq din id-distanza din is-sena kien ta’ 1’15’4 u ghaddew diga’ 13-il sena minn dik il-finali).  Kickshaw spicca fit-tielet post.


Dawn kienu zwiemel mill-aqwa li jiffurmaw parti mill-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’pajjizna. 


Tabilhaqq, David Ceda kien wiehed mill-aqwa zwiemel li qatt gew Malta.  Rebbieh ta’ kwazi SEK5,300,000 jew madwar Euro580,000 barra minn Malta (u niftakru li dawn huma figuri mirbuha fis-snin disghin) dan iz-ziemel gera’ kemm l-iSvezja kif ukoll Franza u huwa l-uniku ziemel impurtat f’Malta li niftakar li ppartecipa fil-Prix d’Amerique (barra diversi tigrijiet ohra prestigjuzi).  Kellu rekord personali ta’ 1’13’4 fil-kilometru fuq 2,100m. 


F’Malta sidu kien is-Sur Antoine Vassallo, ddebutta ta’ 10 snin f’Awwissu 2000 u gera’ biss 20 tigrija li minnhom rebah 5 u pplejsja f’6 ohra bl-ahjar hin ta’ 1’15’5 fuq 2,140m u 1’15’6 fuq 2,640m. Ghalkemm it-tigrijiet tieghu ma kienux hafna, kienu zgur bizzejjed biex juru l-klassi kbira tieghu u biex idewwquna ftit minn dak li offra dan iz-ziemel f’koros barranin.


Nittamaw li anki l-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels ta’ din is-sena joffrilna zwiemel ta’ kwalita’ kbira li jibqghu jissemmew fil-gejjieni.


Nirringrazzja minn qalbi bhal dejjem lis-Sur Nicholas Farrugia li pprovdieli hafna nformazzjoni utli fuq dan il-kampjonat li gheni naghti ritratt kemm jista’ jkun komplut tieghu.  


 


Nawgurawlkom zewg laqghat ohra mill-isbah matul il-gimgha li gejja.