Saturday 12th October 2013
It-38 u d-39 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – it-13 t’Ottubru u l-20 t’Ottubru

minn Magnat


Se jinzammu zewg laqghat ta’ tigrijiet matul il-gimgha li gejja, l-ewwel il-Hadd li gej 13 u mbaghad il-Hadd ta’ wara 20 t’Ottubru.  Kull laqgha tikkonsisti fi 11-il tigrija u tibda’ fis-1.30pm.


L-attrazzjoni ewlenija ta’ dawn iz-zewg laqghat hija bla dubju l-finali tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m, li tipprezenta lista tassew internazzjonali ta’ partecipanti (7 zwiemel imsewwija u 2 stalljuni) li gejjin minn Franza, l-Germanja, l-Olanda u l-iSvezja:


1.  Okilaibo, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 237,460 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru.  Huwa kiseb erba’ rebhiet (inkluzi l-finali tal-Prix de Vincennes u tat-Tazza VOB f’Gunju li ghadda) u 5 pjazzamenti fid-9 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin fostna ta’ 1’14’2 fil-kilometru fuq 2,140m.


2. Vanmaker Limburgia, Germaniz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK977,418 u l-ahjar hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru.  Ghalkemm ghadu ma rebahx f’Malta, huwa ppjazza hames darbiet fit-tmien tigrijiet tieghu fMalta s’issa, bl-ahjar hin ta’ 1’14’6 fil-kilometru fuq 2,140m.


3.  Ygor of Pass, Olandiz ta’ 8 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK225,526 u l-ahjar hin ta’ 1’15’9 fil-kilometru.  Huwa rebah erba’ darbiet u ppjazza 11-il darba ohra fit-23 tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin fostna ta’ 1’16’0 fil-kilometru fuq 2,140m.


4. Orcas Bac, Svediz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK627,750 u l-ahjar hin ta’ 1’13’6 fil-kilometru.  Huwa rebah tlett darbiet (inkluza l-finali tat-Tazza Sette Giugno ta’ din is-sena) u ppjazza darbtejn fit-8 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’3 fil-kilometru fuq 2,140m.


5.  Nicos de Peneme, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 103,500 ewro u l-ahjar hin barra minn Malta ta’ 1’15’2 fil-kilometru.  Huwa rebah sitt darbiet u ppjazza 6 darbiet ohra minn meta ddebutta f’Lulju 2011, u rregistra l-ahjar hin personali assolut tieghu hawn Malta – 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,140m.


6. Absolut Spender, Svediz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK686,713 u l-ahjar hin ta’ 1’12’8 fil-kilometru.  Huwa rebah 3 darbiet u ppjazza darbtejn fid-disa’ hargiet tieghu f’Malta s’issa u ghandu l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’5 fil-kilometru fuq 2,140m.


7.  Label Chouan, Franciz ta’ 14-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 222,716 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’8 fil-kilometru.  Huwa rebah 11-il darba (inkluzi l-Prix de Cabourg ta’ Dicembru 2011 u t-Tazza VOB ta’ Gunju 2012) u ppjazza 18-il darba minn meta ddebutta f’Malta fi Frar 2010, bl-ahjar hin f’Malta ta’ 1’15’0 fil-kilometru (darbtejn) fuq 2,140m.  Din se tkun il-11-il finali ghal dan iz-ziemel minn Dicembru 2011.


8.  Ohime Mag, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 248,250 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’8 fil-kilometru.  Huwa ghandu zewg rebhiet u 2 pjazzamenti fis-7 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’2 fil-kilometru fuq 2,140m.


9. Mark de Chamant, Franciz ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 305,951 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’1 fil-kilometru.  Ghalkemm ghadu ma rebahx, huwa ppjazza 17-il darba (inkluz it-tieni post tieghu fil-Prix de Vincennes ta’ Gunju li ghadda) fl-24 tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’8 fil-kilometru maghmul fuq id-distanza kemm ta’ 1,640m kif ukoll ta’ 2,140m.


B’xejn inqas minn 33 rebha (nkluz hames kampjonati) u 68 pjazzament bejniethom, u bi tmienja mill-partecipanti jkollhom l-ahjar hin f’Malta ta’ 1’15’0 fil-kilometru jew ahjar, din it-tahlita ta’ zwiemel f’etajiet ta’ bejn 8 u 14-il sena ghandha tipprovdilna finali ohra fantastika!


Interessanti ninnutaw li sitta mis-sewwieqa f’din il-finali, jinsabu mal-ewwel seba’ fil-klassifika tal-Aqwa Sewwieq ta’ din is-sena.


Il-premjijiet ta’ flus totali ghal din il-finali jammontaw ghal 3,400 ewro, bir-rebbieh jircievi 2,000 ewro kif ukoll trofew u ghata taz-zwiemel mill-isbah.


It-tigrijiet l-ohra huma wkoll fuq id-distanza ta’ 2,140m.


Il-laqgha tal-gimgha d-diehla tinkludi tigrija ohra tal-klassi Premier.  Hawnhekk fil-lista shiha ta’ 16-il partecipant insibu diversi zwiemel popolari, li xi whud minnhom qed jaghmlu r-ritorn taghhom wara l-waqfa tas-sajf.


Ir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira ta’ din is-sena Nabab du Chatelet, ir-rebbieha tal-kampjonat tas-Sajf ghall-Klassi Premier Shakira Trot, ir-rebbieh ta’ diversi kampjonati fil-passat Arnie Sensation, ir-rebbieh ta’ zewg tigrijiet din is-sena Oran, kif ukoll Ofackevo, True Q, Orion du Vaumicel, Pro Shop u Versace Boko, li kollha ppjazzaw tajjeb fl-ahhar harga taghhom jinsabu fil-line-up, flimkien ma’ partecipanti ohra ta’ kwalita’.


It-tigrijiet l-ohra tat-trott huma kollha semi-finali mill-Cassar Petroleum Condition Races tal-Harifa ghal klassijiet l-ohra tat-trott.  Ghandna 4 semi-finali ghall-Condition Races ta’ kull wahda mill-klassijiet Gold, Silver A, Silver B u Bronze bl-ewwel tlett zwiemel minn kull wahda jikkwalifikaw ghall-finali.  Tlett semi-finali huma riservati ghal zwiemel tal-klassi Copper bl-ewwel erbgha jikkwalifikaw mill-ewwel wahda (dik ghal zwiemel bl-oghla punti ta’ handicap f’din il-klassi) u tlieta minn kull wahda mill-ohrajn.


Naturalment l-erba’ tigrijiet tal-klassi Gold li fihom 14 jew 15-il partecipant kull wahda, se jkunu segwiti b’attenzjoni specjali.  It-tlett tigrijiet tal-Hadd li gej jinkludu diversi zwiemel li gejjin minn rebhiet jew pjazzamenti tajba fl-ahjar harga recenti taghhom, bhar-rebbieha Midnight Passion, Pan des Couperies u Pitchpin des Bois, u z-zwiemel li ppjazzaw Energy Launcher, I Pitstop, Lover Boy Index Nacarat Campbell, Niky de Memartin, Orion de Chapeau, Quipson u Regent de Tillard, fost iz-zwiemel partecipanti li huma kollha mill-aktar validi. 


Is-semi-finali tal-gimgha d-diehla tista’ tigi msejjha tigrija “kwazi tal-Premier” bil-partecipanti kollha jkunu ferm qrib tal-oghla klassi tat-trott f’Malta.  Tabilhaqq, zwiemel bhal Celebrity Photo, Nagano Phedo, Nitesco d’Antony, Nuevo Musette, Phenix de la Roque, Prince de la Butte, Skars Hanna, Solid Lady Spin u Veikko Hornline kollha gew relegati minn dik il-klassi biss fl-ahhar xhur bit-tigrija tinkludi wkoll xi partecipanti li qed jaghmlu r-ritorn taghhom ghat-tigrijiet wara nuqqas ta’ xi xhur.


Disa’ zwiemel huma miktuba biex jiddebuttaw f’dawn it-tigrijiet, cioe’ l-Francizi Partner Blue u Quel Noir kif ukoll id-Daniza Nouveaux de Vie fil-klassi Gold, l-iSvedizi Prince Lu, Valles Emile u Xian Hornline kif ukoll it-Taljan Minturnuss fil-klassi Silver A, l- Franciz Paco fil-klassi Silver B, u l-iSvediz  Max Advice fil-klassi Bronze. 


Il-laqgha tal-20 t’Ottubru tinkludi wkoll tigrija tal-galopp tal-Klassi A fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m li tara 7 partecipanti gejjin mill-Irlanda, l-Istati Uniti, l-Germanja u l-Gran Brettanja.  Hawnhekk insibu r-rebbieh tal-Coronation Cup tas-sena l-ohra Cheeky Jack, Timolin rebbieh ta’ tlett tigrijiet din is-sena u li spicca fit-tieni post il-gimgha l-ohra, id-debba relattivament gdida Gold As Good, li spiccat fit-tieni post fid-debutt taghha, Henderlik li ppjazza tajjeb fl-ahhar tigrija tieghu u Darielli, Diamante Grande u Alto Monte li jirritornaw ghat-tigrijiet wara waqfa ta’ xi 5 xhur. 


Nistennew bil-herqa finali ohra mill-aqwa tal-oghla klassi nhar il-Hadd.   Li tikkwalifika ghall-finali huwa unur fih innifsu, bil-kwalita’ tal-partecipanti ghalhekk tiggarantixxi tigrija eccitanti u mill-aktar incerta fejn il-partecipanti li qed jaspiraw ghar-rebha jkollhom jaghtu l-mija fil-mija taghhom u fejn anki t-talenti tas-sewwieqa jigi ttestjati bis-shih.  Jalla jkollna tmiem iehor memorabbli ghal dan il-kampjonat bil-partecipanti kollha juru spirtu mill-aktar sportiv matul it-tigrija kollha.


L-ahhar laqghat


L-attrazzjoni kbira tal-ahhar zewg laqghat kienet tikkonsisti bla dubju fit-tlett semi-finali mill-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m li fiha 25 partecipant tal-oghla klassi sfidaw lil xulxin ghad-disa’ postijiet (l-ewwel tlieta minn kull semi-finali jikkwalifikaw) ghall-finali ta’ nhar il-Hadd.  Dawn inzammu fil-laqgha tad-29 ta’ Settembru.


Dak li forsi seta’ ma kellomx fir-rigward tan-numru tal-partecipanti dawn it-tigrijiet pattew ghalih bil-kompetizzjoni feroci u bl-impenn moghti minn kull partecipant, li rrizultaw fi tlett tigrijiet spettakulari.


Mars ha kmant bikri fl-ewwel semi-finali izda nqabez wara madwar 300m minn Ygor of Pass liema ziemel zamm fuq quddiem biss ghall-istess distanza, hekk kif il-veteran Label Chouan sprintja biex mar quddiem dawra u nofs mit-tmiem segwit minn Ygor of Pass.


Din baqghet it-tema sa l-ahhar 400m meta minflok gie attakkat mill-partecipanti l-ohra, Label Chouan zied iktar il-pass u d-distakk tieghu biex iddomina wkoll id-dritta tat-tmiem u kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu kwazi erba’ tulijiet quddiem Mark de Chamant li spicca b’sahhtu u gheleb lil Ygor of Pass ghat-tieni post fl-ahhar parti tad-dritta tat-tmiem.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’15’5 fil-kilometru. Dawn it-tlett zwiemel ikkwalifikaw ghall-finali bi Pro Shop jispicca r-raba’.


Fit-tieni semi-finali kien Totti T. Dream li ha kmant bikri, izda wara madwar 600m Nuage de Bourgogne mar quddiem.  Madankollu fil-bidu tal-ahhar dawra Orcas Bac sprintja b’mod mill-aqwa u qabel facilment liz-ziemel ta’ quddiem.


Minn hemm ‘il quddiem Orcas Bac qatt ma hares lura.  Huwa amministra t-tigrija b’pass qawwi, beda jzid il-vantagg tieghu gradwalment u mbaghad letteralment iddomina l-ahhar 400m biex ta spettaklu ta’ solist fid-dritta tat-tmiem u kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu xejn inqas minn tmien tulijiet miz-zwiemel li kkwalifikaw mieghu Vanmaker Limburgia u Nicos de Peneme f’dak li sa dak il-mument kien l-aqwa hin stagjonali fuq id-distanza ta’ 1’14’3 fil-kilometru.  Orion du Vaumicel spicca r-raba’.


Imbaghad il-massimu ntlahaq fl-ahhar semi-finali li rat lil Absolute Spender mill-ewwel imur fuq quddiem, kmant li zamm ghal madwar 500m meta nqabez minn Versace Boko.  Okilaibo ghamel il-mossa tieghu bi sprint qawwi fil-bidu tal-ahhar dawra u mar quddiem madwar 850m mit-tmiem.


Il-qiegha sahnet iktar fl-ahhar nofs dawra hekk kif Ohime Mag zied fil-velocita tieghu tlieta fuq barra fid-dritta tal-faccata biex tela’ fit-tieni post fl-ahhar 500m.  Dan tal-ahhar beda jnaqqar mill-vantagg taz-ziemel ta’ quddiem hekk kif iz-zwiemel resqu ghal 300m mit-tmiem.  Id-dritta tat-tmiem rat taqtiegha mill-aqwa bejn Okilaibo u Ohime Mag b’dan ta’ l-ahhar jipprova jaqla’ lil ta’ l-ewwel minn fuq quddiem u xejn ma kien jidher li qed jifred lil dawn iz-zewg zwiemel fuq il-gister.


Madankollu l-photo-finish ta r-raba’ rebha stagjonali lil Okilaibo inqas minn nofs ras quddiem Ohime Mag, b’dawn iz-zewg zwiemel jaghmlu mhux biss l-ahjar hin tal-istagun izda wkoll l-ahjar hin fuq id-distanza ta’ 2,140m f’Malta minn Marzu 2009!  Absolute Spender spicca warajhom u sar l-ahhar finalist b’Versace Boko jispicca r-raba’.


It-tigrijiet l-ohra tat-trott f’dawn iz-zewg laqghat kienu wkoll fuq id-distanza ta’ 2,140m.


L-attrazzjoni ewlenija tal-laqgha tal-gimgha l-ohra kienet t-tigrija ta’ hbiberija open bejn sewwieqa Maltin u ohrajn Svedizi mill-korsa ta’ Sundbyholm imsemmija il-Malta – Sundbyholm Amateur Race.  Hawnhekk Baronello ha kmant bikri segwit minn Vagabond Hornline.


Izda fid-dritta tal-faccata rajna spint qawwi tlieta fuq barra mid-debuttant Svediz Sandrone li 500m mit-tmiem l-ewwel gie ras’imb’ras ma’ Baronello, u mbaghad qabzu biex mar quddiem.  Sandrone, misjuq mill-iSvediz Matts Andersson kompla jzid il-pass tieghu u jinqata’ mill-partecipanti l-ohra u minkejja sfida tajba minn Uncle Kemp ta’ Ludvig Ghigo xorta rnexxielu jkollu debutt ta’ success, biex rebah b’tul f’1’17’8 fil-kilometru.  Prosit tassew lis-sewwieq Svediz Matts Andersson.


Ludvig Ghigo kkonferma l-prestazzjonijiet sbieh tieghu f’tigrijiet simili fl-iSvezja dan is-Sajf bit-tieni post li ha.  Zewg sewwieqa ohra Maltin spiccaw fit-tielet u r-raba’ post, cioe’ Joseph Micallef fuq Mint Condition u Darren Mizzi fuq Vagabond Hornline rispettivament.  Prosit tassew lil dawn is-sewwieqa kollha u merhba mill-aqwa lill-mistednin taghna mill-iSvezja li lqajna fostna bi pjacir.


L-ahhar laqgha kienet tinkludi wkoll zewg tigrijiet interessanti ferm tal-klassi Gold.


Iz-zwiemel li marru fuq quddiem fil-bidu tal-ewwel wahda kienu d-debuttant Regend de Tillard li kien dahal bhala sostitut, segwit minn Quartz Clayettois.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sa madwar 650m mit-tmiem, hekk kif Midnight Passion sprintja erbgha fuq barra fid-dritta tal-faccata biex gie ras’imb’ras ma’ Regent de Tillard madwar 450m mit-tmiem.


Xejn ma kien jifred lil dawn iz-zewg zwiemel hekk kif dahlu fid-dritta tat-tmiem izda Midnight Passion malajr ha s-sopravvent u ddomina d-dritta tat-tmiem biex kiseb it-tielet rebha mill-erba’ tigrijiet tieghu f’Malta, xejn inqas minn hames tulijiet quddiem l-istess Regent de Tillard, segwit minn Energy Launcher u Niky de Memartin f’1’16’5 fil-kilometru.


Ouf Boy mar quddiem kmieni fl-ewwel dritta tal-faccata tat-tieni tigrija, u rnexxielu jibqa’ minghajr sfidi sal-bidu tal-ahhar dawra meta Orion de Chapeau sprintja biex gie ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem.  Dan ta’ l-ahhar irnexxielu jmur quddiem 750m mit-tmiem, izda f’dak l-istadju huwa gie segwit mill-ewwel minn Why Not As fit-tieni post.


Dawn iz-zewg zwiemel kienu f’linja wahda 500m mit-tmiem u dahlu fid-dritta tat-tmiem flimkien, biex ikkontestaw it-tigrija bejniethom segwiti mill-qrib minn tlett zwiemel ohra.  Why Not As irnexxielu jeghleb lil-isfidant tieghu f’nofs id-dritta tat-tmiem u baqa’ sejjer biex jikseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu inqas minn nofs tul quddiem Orion de Chapeau, segwit mill-qrib minn I Pitstop u Nitesco d’Antony f’hin ta’ 1’17’4 fil-kilometru.


L-ahhar tigrija fil-programm tas-6 t’Ottubru kienet tigrija tal-galopp tal-Klassi A fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 1,750m, li rat lil Potere d’Acquisto jiehu kmant bikri minn Ollie Fliptrik li mar quddiem kmieni fl-ahhar dawra.  Dawn iz-zewg zwiemel kienu segwiti mill-qrib mir-rebbieh tal-Mediterranean Derby ta’ din is-sena Kimberley Downs li hareg b’sahhtu fid-dritta tal-faccata biex sfida u qabez b’mod komdu lil Ollie Fliptrik meta kien fadal 500m.


Minn hemm ‘il quddiem Kimberley Downs kompla jzid il-vantagg tieghu biex iddomina l-ahhar parti tat-tigrija u kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu (minn erba’ tigrijiet) nettament madwar ghaxar tulijiet minn Timolin li spicca b’sahhtu u Ollie Fliptrik.


Fl-ahharnett, jixraq li nsemmu r-rebhiet fil-klassi Bronze registrati minn zewg zwiemel tat-trott Olandizi li bhalissa jinsabu fuq quddiem fil-klassifika tal-Aktar Ziemel tat-Trott Konsistenti tal-MRC.  Andri Boko rregistra r-raba’ rebha konsekuttiva u s-seba’ rebha stagjonali tieghu, filwaqt li Zeta Jones A rregistrat it-tieni rebha konsekuttiva u s-sitt rebha stagjonali taghha.


Lorraine Cunningham f’tigrija fid-Danimarka


Fil-21 ta’ Settembru, s-sewwieqa Maltija Lorraine Cunningham ippartecipat f’tigrija internazzjonali ghal sewwieqa nisa li nzammet fil-korsa ta’ Bornholm (korsa zghira ta’ ftit aktar minn 500m) fid-Danimarka.


Ippartecipaw disa’ sewwieqa ohra apparti Lorraine; 4 Danizi (minn Bornholm), 2 Svedizi, Olandiza, Finlandiza u Norvegiza.  Lorraine rnexxiela tispicca fir-raba’ post, rizultat ta’ min ifahhru, izda anki aktar importanti huwa l-fatt li din kienet esperjenza ohra internazzjonali ta’ success ghaliha li tkompli tarrikkixxi l-karriera taghha.  Prosit tassew Lorraine!


Debuttanti fl-2013


Diga’ ninsabu f’nofs Ottubru u stagun iehor jinsab bil-mod il-mod diehel fl-ahhar fazi tieghu qabel ma jsir parti mill-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.


Wahda mill-aktar statistici nteressanti tat-tigrijiet taz-zwiemel kull sena hija dik tad-debuttanti.  F’dan l-istadju tal-istagun jixraq li naghtu daqqa t’ghajn lejn fejn ninsabu f’dan is-settur.


Sal-ahhar laqgha, kienu ddebuttaw 164 zwiemel tat-trott godda din is-sena.  Dawn huma inqas mill-livelli milhuqa fl-ahhar tlett snin, meta sa dan l-istadju tal-istagun in-numru ta’ debuttanti kien lahaq 171 fl-2012, 208 fl-2011 u 196 fl-2010.


98 minn dawn id-debuttanti huma Francizi, li jikkostitwixxu 59.75% tad-debuttanti ta’ din is-sena s’issa.  Madwar 43.9% miz-zwiemel tat-trott godda Francizi kellhom 9 snin, 27.6% 10 snin u madwar 17.3% kellhom 11-il sena.  Ghalhekk dawn it-tlett etajiet jikkostitwixxu kwazi 89% mid-debuttanti Francizi.  Il-bqija ta’ madwar 11.2% kienu maqsuma bejn zwiemel li kellhom 5, 6, 7, 8 u 13-il sena.


Il-klassi Silver kienet il-klassi dominanti fost id-debuttanti Francizi, b’51% tad-debuttanti, segwita mill-klassi Premier bi 22.4% tad-debuttanti Francizi jibdew il-karriera hemmhekk u 19.4% fil-klassi Gold (kwazi 93% bejn dawn it-tlett klassijiet).


Id-debuttanti Svedizi kienu 40 jew 24.4% tat-total sal-lum (interessanti li Franza u l-iSvezja flimkien kienu jikkostitwixxu aktar minn 84% tad-debuttanti tat-trott kollha s’issa).  Iz-zwiemel ta’ 8 jew 9 snin kienu l-aktar numeruzi, b’kull sena tikkostitwixxi 25% mit-total tal-iSvedizi, segwiti miz-zwiemel ta’ 7 u 10 snin kull wahda bi 17.5%. Ghalhekk dawn l-erba’ etajiet jammontaw ghal xi 85% tad-debuttanti Svedizi.  Il-bqija kienu maqsuma bejn zwiemel ta’ 4, 5, 6, 11 u 12-il sena.


Bhal ma hu l-kaz tad-debuttanti Francizi, l-klassi Silver kienet l-aktar wahda popolari b’35% tad-debuttanti Svedizi, segwita mill-klassi Premier bi 22.5% u l-klassi Gold b’20%.


L-Italja u l-Olanda jokkupaw it-tielet post flimkien b’6 debuttanti tat-trott (jew 3.7% tat-total) kull wiehed.  L-etajiet tal-importazzjoni ta’ zwiemel minn dawn il-pajjizi kienu maqsuma b’mod pjuttost ibbilancjat bejn etajiet kollha bejn 3 u 11-il sena (hlief li ma kienx hemm zwiemel ta’ 10 snin) ghalkemm iz-zwiemel ta’ 7 snin kienu bi ftit l-aktar popolari (3 zwiemel).  Rigward il-klassi tad-debutt, it-Taljani kienu wkoll maqsuma b’mod ibbilancjat bejn klassijiet li jvarjaw minn Copper sa Gold, filwaqt li xejn inqas minn 83% tad-debuttanti Olandizi ghamlu d-debutt taghhom fil-klassi Bronze.


Issegwi l-Finlandja b’5 debuttanti tat-trott (3% tat-total), bl-etajiet maqsuma b’mod ibbalancjat bejn iz-zwiemel ta’ 6, 7, 9 u 10 snin u bil-klassijiet ikunu maqsuma b’mod ekwu bejn il-Premier, Gold u Silver.


Id-9 zwiemel li jifdal (5.5% tat-total) kienu maqsuma bejn 6 pajjizi, cioe’ d-Danimarka (3), l-Germanja u l-Istati Uniti (2 kull wiehed), u l-Awstrija u l-Belgju (wiehed kull wiehed).


L-aktar klassi popolari fost id-debuttanti kollha kienet bl-aktar mod car il-klassi Silver b’43.9% taz-zwiemel godda jiddebuttaw fiha.  Din kienet segwita mill-klassi Premier b’20.8% u l-klassi Gold b’20.1%.  Il-klassi Bronze laqghet 12.2% tad-debuttanti u t-3% li fadal bdew il-karriera taghhom f’Malta fil-klassi Copper.


Aspett li jolqtok huwa li l-klassijiet Premier u Gold it-tnejn irregistraw tnaqqis konsiderevoli fin-numru ta’ debuttanti mis-sena l-ohra, bil-klassijiet Silver, Bronze u Copper jirregistraw ziediet.


Iz-zwiemel imsewwija baqghu l-aktar zwiemel popolari fost dawk li gew importati b’78.7% (jew kwazi 4 minn kull 5) tad-debuttanti kollha tat-trott, segwiti mid-dwieb li raw zieda notevoli mis-sena l-ohra b’14% u finalment l-istalljuni b’7.3%.


Id-debuttanti tal-galopp kienu aktar numeruzi mis-sena l-ohra, b’total ta’ 11, kollha gejjin mill-Irlanda (7 jew 63.6%) u l-Gran Brittanja (4 jew 36.4%).


Id-debuttanti tal-galopp kienu maqsuma f’sitt zwiemel ta’ 4 snin, tlieta ta’ 5 snin, ziemel ta’ 6 snin u iehor ta’ 8 snin.


Iz-zwiemel tal-galopp kienu l-oppost ta’ dawk tat-trott fir-rigward tas-sess taghhom bl-istalljuni jkunu l-aktar numeruzi (5), segwiti mid-dwieb (4) u z-zwiemel imsewwija (2).


Ghaldaqstant, din is-sena, s’issa, n-numru ta’ debuttanti tat-trott kompla niezel kif ghamel anki s-sena l-ohra filwaqt li hemm zieda zghira fin-numru ta’ zwiemel godda tal-galopp.  L-ahhar xahrejn u nofs tal-istagun se jaghtuna stampa kompluta ... nistennew u naraw. 


 


Nawgurawlkom zewg laqghat ohra mill-isbah matul il-gimgha li gejja.