Tuesday 22nd October 2013
Noel Baldacchino – Il-Ġerrej tax-Xahar ta’ Settembru

 


Il-Kunsill tal-Malta Racing Club flimkien mar-rapprezentanti tas-sidien u s-sewwieqa nhar il-Ħadd li ġej ser jippremjaw lil Noel Baldacchino bħala l-ġerrej tax-xahar ta’ Settembru. Din l-għazla ssir wara konsultazzjoni ma dawk il-ġurnalisti kollha li jirrappurtaw it-tiġrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa. 


Matul ix-xahar ta’ Settembru, Baldacchino saq fi 22 tiġrija li minnhom rebaħ 5 u ħa 6 pjazzamenti. L-aqwa ġurnata tiegħu kienet fl-20 ta’ Settembru fejn waqt il-35 programm ta’ l-istaġun irnexxielu jirbaħ 3 tiġrijiet. 


Bħalissa Noel Baldacchino jinsab jokkupa l-ewwel post fil-klassifika ta’ l-aqwa ġerrej u din is-sena diġa rebaħ 35 tiġrija. Mis-sena 2000 l-hawn Baldacchino rebaħ it-titlu ta’ l-aqwa ġerrej 7 darbiet inkluz l-aħħar tliet snin konsekuttivi. Is-sena l-oħra kien rebaħ l-unur tal-ġerrej tax-xahar ta’ Frar.


 


Il-prezentazzjoni ser issir waqt il-programm ta’ tiġrijiet tal-Ħadd li ġej u barra plakka kommemorattiva jingħata wkoll tifkira mill-Kumpanija P & M Farrugia li huma mportaturi ta’ dak kollu li għandu x’jaqsam mat-tiġrijiet taz-zwiemel.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


 


Malta Racing Club