Sunday 27th October 2013
L-40 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – is-27 t’Ottubru

minn Magnat


Il-laqgha ta’ tigrijiet li jmiss se tinzamm nhar il-Hadd 27 t’Ottubru, tikkonsisti fi 8 tigrijiet tat-trott u tibda’ fis-1.45pm.


Il-qofol ta’ din il-laqgha huma hames finali tal-Condition Races Cassar Fuels tal-harifa ghall-klassijiet Gold, Silver A, Silver B, Bronze u Copper, kollha fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.


L-aktar finali prestigjuza ta’ din il-laqgha hija dik ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Gold, li tipprezenta tahlita ta’ partecipanti Francizi u Svedizi (9 zwiemel imsewwija u debba wahda), li numru minnhom ghadhom relattivament godda ghal Malta:


1. Prince Gaillard, Franciz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 118,540 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’9 fil-kilometru.  Huwa ppjazza tlett darbiet mill-erba’ tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin fostna ta’ 1’16’7 fil-kilometru (darbtejn) fuq 2,140m


2. Charm Hammering, Svediz ta’ 8 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 301,400 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’6 fil-kilometru.  Huwa rebah 5 tigrijiet u ppjazza 4 darbiet fid-dsatax-il tigrija tieghu f’Malta s’issa, bl-ahjar hin ta’ 1’15’3 fil-kilometru fuq 1,640m (1’16’0 fil-kilometru fuq 2,140m);


3.  Nacarat Campbell, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 149,280 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’1 fil-kilometru.  Huwa rebah seba’ darbiet (inkluzi l-kampjonat tas-Sajf 2011 u 2012 – klassi Gold u t-Tazza Pavo Feeds 2011) u ppjazza 6 darbiet ohra fis-17-il tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin fostna ta’ 1’15’3 fil-kilometru fuq 1,640m (1’15’5 fil-kilometru fuq 2,140m);


4. Quel Noir, Franciz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutnta ta’ 175,130 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’2 fil-kilometru.  Huwa ppjazza fl-uniku tigrija tieghu f’Malta f’hin ta’ 1’16’3 fil-kilometru fuq 2,140m;


5.  Veikko Hornline, Svediz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK642,150 u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru.  Huwa rebah darbtejn u ppjazza 10 darbiet ohra minn mindu ddebutta fostna f’Marzu 2012, u rregistra l-ahjar hin tieghu hawn Malta ta’ 1’14’8 fil-kilometru fuq 2,140m;


6. Nitesco d’Antony, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 182,730 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’15’0 fil-kilometru. Huwa rebah darba u ppjazza 9 darbiet fit-22 harga tieghu f’Malta s’issa u ghamel l-ahjar hin personali assolut tieghu hawn Malta b’1’14’3 fil-kilometru fuq 1,640m (1’15’8 fil-kilometru fuq 2,140m);


7.  Midnight Passion, Svediz ta’ 7 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK447,250 u l-ahjar hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru.  Huwa rebah erbgha mill-hames tigrijiet tieghu f’Malta s’issa u ghandu l-ahjar hin personali fostna ta’ 1’15’3 fil-kilometru fuq 2,140m;


8.  Premier Avril, Franciz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 176,140 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru.  Huwa ppjazza f’wahda miz-zewg tigrijiet tieghu f’Malta s’issa bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’4 fil-kilometru fuq 2,140m;


9. Pitchpin des Bois, Franciz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 132,004 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’5 fil-kilometru.  Huwa rebah darbtejn u ppjazza darb’ohra fit-tmien tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin fostna ta’ 1’15’1 fil-kilometru fuq 2,140m;


10. Skars Hanna, Svediza ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK543,000 u l-ahjar hin ta’ 1’12’7 fil-kilometru.  Hija rebhet darbtejn u ppjazzat tlett darbiet ohra fl-ghaxar tigrijiet taghha f’Malta bl-ahjar hin hawn Malta ta’ 1’14’8 fil-kilometru fuq 1,640m (1’15’1 fil-kilometru fuq 2,140m).


B’25 rebha (nkluzi tlett kampjonati) u 38 pjazzament bejniethom dan huwa sett ta’ zwiemel tat-trott tassew interessanti (f’etajiet ta’ bejn 7 u 12-il sena) li whud minnhom diga’ wrew xi jsarrfu waqt li ohrajn huma zwiemel eccitanti pjuttost godda!


Il-finali Silver A hija ohra mill-aqwa b’sitt zwiemel tat-trott Svedizi, tnejn Francizi, Daniz, Finlandiz u Taljana (xejn inqas minn hames nazzjonalitajiet) f’etajiet ta’ bejn 7 u 11-il sena.  B’10 rebhiet u 32 pjazzament bejniethom u l-ahjar hin ta’ bejn 1’14’9 u 1’17’2 fil-kilometru, l-lista shiha ta’ partecipanti hija:


Mind Your Head, Dacoit, Lacoste I.T., Quel Gibus, Insomnia Grif, Manuel Jet, Matador Knick, Paleo de la Dives, Zandina Boshoeve, Prince Lu u Mint Condition.


Il-finali Silver B tara bejn wiehed u iehor l-istess livell ta’ zwiemel, izda f’dan il-kaz bi predominanza ta’ zwiemel tat-trott Francizi, cioe’ ghaxaa, flimkien ma’ wiehed Svediz u Germaniz, kollha f’etajiet ta’ bejn 7 u 15-il sena.  B’19-il rebha u 51 pjazzament bejniethom u l-ahjar hin ta’ bejn 1’15’6 u 1’17’2 fil-kilometru, l-lista shiha ta’ partecipanti hija:


Passons d’Ortige, Queen du Sablier, Lys de l’Oasis, Socrates, Magnific As, Pile Ou Face, Pittacos, Pilote de Nganda, Nasdaq du Closet, Swahili de Nacre, Quaid Tejy u Quioco Dry.


Il-partecipanti fil-finali tal-klassi Bronze huma ghaxra- erba’ Svedizi, tlett Francizi, Daniza, Olandiz u Amerikan (ghal darb’ohra, hames nazzjonalitijiet), f’etajiet ta’ bejn 6 u 17-il sena.  Bi 13-il rebha u 25 pjazzament bejniethom u l-ahjar hin ta’ bejn 1’16’0 u 1’17’5 fil-kilometru, l-lista shiha hija:


Gin T. Dalimo, Loustic d’Anjou, Petchora, Willesden Hanover, Icare de Jemma, Donna Giant, Pema, Command Coger, Andri Boko u Meadow Dancer.


Fil-finali tal-klassi Copper insibu l-ikbar differenza fl-eta bejn il-partecipanti – differenza ta’ 12-il sena bejn l-izghar ta’ 4 snin u l-ikbar ta’ 16-il sena.  Bi predominanza ta’ zwiemel Svedizi (tmienja), kif ukoll tlett Francizi u Germaniz li ghandhom 11-il rebha u 37 pjazzament bejniethom u l-ahjar hin ta’ 1’17’7 fil-kilometru ghal tmienja minnhom, il-partecipanti huma:


Hotchmin, Ingo Moon, Hulegardens Filur, Monte Cinto Mag, Royal Qui, Ballad Ribb, Claude Carnevale, Simambo de Feline, Esmeralda Run, Parce Que, Pine Wood Harry u Cocos Kaos.


It-tlett tigrijiet li jifdal huma normali; tnejn ghall-klassi Silver u wahda ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Copper, kollha fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m.  Fost il-punti ta’ nteress, insibu l-ahhar tigrija tal-klassi Silver, b’diversi zwiemel li gejjin minn prestazzjonijiet pozittivi fl-ahjar zewg hargiet taghhom, bhal Isebel, Law Suit, Partisan de Bouere u ohrajn, u tlett debuttanti Francizi ta’ 9 snin, Quebec de Chenu, Qurieux du Ponchet u Quad de Beauregard.


Nhar il-Hadd m’ghandniex tigrija tal-klassi Premier, izda hames finali eccitanti ta’ Condition Races ghall-klassijiet l-ohra, inkluza finali tal-klassi Gold ta’ kwalita’ oghlja, iktar milli jpattu ghal dan.  L-ispettaturi kollha ghandhom garanzija ta’ wara nofsinhar iehor mill-isbah fil-korsa!


L-ahhar laqghat


It-tigrija protagonista tal-ahhar zewg laqghat kienet il-finali tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier li nzammet fit-13 t’Ottubru fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.  Dik tigrija!


Ygor of Pass ha l-kmant minn fost id-disa’ partecipanti (nkluz Label Chouan, li sfortunatament miet f’incident jumejn wara), segwit mill-favorit Okilaibo, li mar fuq quddiem madwar 1,200m mit-tmiem.  Dan iz-ziemel ta andatura mill-aktar qawwija lit-tigrija, u kien segwit l-ewwel minn Mark de Chamant, izda fid-dritta tal-faccata rajna lil Orcas Bac javvanza b’mod minaccuz.


Misjuq minn Rodney Gatt, Orcas Bac tela’ fit-tieni post madwar 750m mit-tmiem, segwit mill-ewwel minn Ohime Mag.  Okilaibo zamm il-kmant sa kmieni fid-dritta tat-tmiem, meta ma seta’ jaghmel xejn biex izomm l-isprint irrezistibbli ta’ kwalita’ internazzjonali tal-iSvediz Orcas Bac b’dan ta’ l-ahhar jirrezisti wkoll l-attakk b’sahhtu ta’ Ohime Mag fl-ahhar sabiex kiseb ir-raba’ rebha stagjonali tieghu b’aktar minn tul, biex b’hekk zied dan il-kampjonat mat-Tazza Sette Giugno li rebah ftit tax-xhur ilu.


Il-hin tar-rebbieh kien mhux biss l-aqwa hin stagjonali u l-aqwa hin personali assolut tieghu izda wkoll ir-rekord nazzjonali gdid fuq id-distanza ta’ 2,140m ta’ 1’13’4 fil-kilometru biz-ziemel li spicca fit-tieni post Ohime Mag jaghmel 1’13’5 fil-kilometru (it-tieni l-aqwa hin li qatt sar f’Malta fuq id-distanza), Okilaibo li spicca fit-tielet post irregistra 1’13’7 fil-kilometru (biex egwalja r-rekord nazzjonali ta’ qabel u ghamel l-aqwa hin personali assolut tieghu), b’Vanmaker Limburgia li spicca fir-raba’ post jaghmel hin tajjeb ta’ 1’14’0 fil-kilometru.


Il-bqija tat-tigrijiet tat-trott kienu wkoll fuq id-distanza ta’ 2,140m.


Fit-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Hadd li ghadda, True Q ha kmant bikri li zamm ghall-ewwel 600m meta nqabez minn Oran.  Dan ta’ l-ahhar zamm kontroll tat-tigrija dejjem segwit minn True Q fuq in-naha ta’ gewwa u Nabab du Chatelet fuq in-naha ta’ barra.


Iz-zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem f’dik l-ordni, izda True Q (fuq in-naha ta’ gewwa) u Nabab du Chatelet (tlieta fuq barra) ghamlu l-mossa taghhom madwar 250m mit-tmiem u malajr qabzu liz-ziemel ta’ quddiem biex ikkontestaw ir-rebha bejniethom.  Fl-ahhar True Q kien l-aktar veloci biex ha l-ewwel rebha stagjonali tieghu f’1’15’9 fil-kilometru anqas minn nofs tul minn Nabab du Chatelet, segwit minn Oltedo de Rieux u Arnie Sensation f’dik l-ordni.


Kwazi t-tigrijiet l-ohra kollha kienu semi-finali mill-Condition Races ghall-klassijiet l-ohra.


Fl-ewwel semi-finali tal-Condition Race ghall-Klassi Gold, kien Cappuchino M.S. li ha kmant bikri segwit minn Regent de Tillard.  Madankollu, madwar mil mit-tmiem, rajna lil Pitchpin des Bois javvanza b’sahhtu erbgha fuq barra biex gie qrib taz-zwiemel ta’ quddiem u mar fuq quddiem fil-bidu tal-ahhar dawra, segwit minn Premier Avril.


Minn hemm ‘il quddiem, Pitchpin des Bois kellu t-tigrija kompletament fil-kontroll tieghu meta zamm madwar zewg tulijiet vantagg sat-tmiem u minkejja l-attentati ta’ Premier Avril fid-dritta tat-tmiem, dan ta’ l-ewwel kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’15’1 fil-kilometru, aktar minn zewg tulijiet quddiem Premier Avril u Orion de Chapeau li kkwalifikaw ukoll.  Rika Rico spiccat ir-raba’.


Niky de Memartin mar fuq quddiem wara ftit mijiet ta’ metri fis-semi-finali li kien imiss tal-klassi Gold izda fid-dritta tal-faccata rajna l-isprint impressjonanti ta’ Charm Hammering tlieta fuq barra, li wasslu ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem fl-ahhar 450m.  Dawn iz-zewg zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem flimkien izda Charm Hammering irnexxielu jmur quddiem f’nofs id-dritta sabiex kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu f’1’16’3 fil-kilometru, tul quddiem Niky de Memartin segwit minn Prince Gaillard, b’dawn it-tlett zwiemel kollha jghaddu ghall-finali.  Id-debuttanta Nouveaux de Vie dahlet ir-raba’.


Ozerio mar quddiem madwar 400m mill-bidu tat-tielet semi-finali tal-klassi Gold, u zamm il-kmant sad-dritta tal-faccata meta bdiet l-azzjoni ta’ veru, b’Midnight Passion javvanza b’mod imperjuz erba’ fuq barra u jaqbez iz-ziemel ta’ quddiem fil-bidu tal-ahhar nofs dawra.


Minn hemm ‘il quddiem it-tigrija ma kelliex aktar storja hekk kif Midnight Passion kompla jzid il-vantagg tieghu biex wasal mal-gister bla ebda sfida ghat-tieni rebha konsekuttiva u r-raba’ rebha stagjonali tieghu f’1’15’3 fil-kilometru, madwar hames tulijiet quddiem Nacarat Campbell u d-debuttant Quel Noir li kkwalifikaw ukoll, filwaqt li Super Qui ha l-pjazzament li kien fadal minghajr ma kkwalifika ghall-finali.


Fl-unika semi-finali tal-klassi Gold tal-gimgha l-ohra, kien Veikko Hornline li ha kmant bikri sakemm inqabez minn Nitesco d’Antony madwar dawra u nofs mit-tmiem.  Madankollu Veikko Hornline kompla jsegwi liz-ziemel ta’ quddiem u rritorna fuq quddiem madwar 900m mit-tmiem tat-tigrija.


Skars Hanna attakkat fuq in-nahat ta’ barra 700m mit-tmiem, biex telghet minn nofs il-qatta’ sabiex waslet ras’imb’ras ma’ Veikko Hornline fl-ahhar 450m.  Dawn iz-zewg zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem prattikament flimkien izda f’dak l-istadju dan ta’ l-ahhar sab energija gdida u sprintja tajjeb sabiex ha vantagg deciziv li zamm sat-tmiem biex kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu f’1’15’6 fil-kilometru, tul quddiem Skars Hanna u l-ahhar ziemel li kkwalifika Nitesco d’Antony.  Celebrity Photo spicca r-raba’.


Fl-unika tigrija tal-galopp ta’ dawn iz-zewg laqghat, tigrija tal-Klassi A fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m, kienet Gold As Good li hadet kmant bikri li ziditu ghal vantagg sabih hekk kif zviluppat it-tigrija.  Izda d-dritta tal-faccata rat avvanz impressjonanti ta’ Cheeky Jack, id-detentur kurrenti tal-Coronation Cup li tela’ mill-postijiet ta’ wara sabiex wasal ras’imb’ras mad-debba ta’ quddiem hekk kif dahlu fid-dritta tat-tmiem.


Minn hemm ‘il quddiem ma kien hemm ebda taqbida hekk kif Cheeky Jack mar fuq quddiem b’mod komdu u ddomina d-dritta tat-tmiem sabiex kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu fl-ahjar hin stagjonali fuq din id-distanza ta’ 1’13’14, aktar minn seba’ tulijiet quddiem Gold as Good, segwita minn Diamante Grande.


Unur tas-Sewwieq tax-Xahar


Is-Sewwieq tax-Xahar ghal Settembru huwa Noel Baldacchino, li rebah dan l-unur abbazi tal-hames rebhiet u sitt pjazzamenti li huwa rregistra matul dak ix-xahar mit-22 tigrija li ha sehem fihom.  Huwa rnexxielu wkoll jikseb tlett rebhiet u zewg pjazzamenti fil-laqgha tal-20 ta’ Settembru.


Huwa rebah fuq Law Suit (darbtejn – klassi Bronze u klassi Silver), Mealington (klassi Silver), Quozak Prior (klassi Silver) u Phenix de la Roque (klassi Gold) u ppjazza fuq Hulegardens Filur (klassi Copper), Orgeat (klassi Bronze), Mealington (darbtejn – klassi Silver), Baron G.L. (klassi Gold) u  Player du Mirel (klassi Gold).


Prosit tassew Noel!


Nirringrazzjaw minn qalbna lil P&M Farrugia (Tan-Niger) talli gentilment issapportjaw din l-inizjattiva billi sposorjaw din l-edizzjoni.


Oqghodu attenti ghall-ispeed camera!


“Zgur li nkiser ir-rekord!” qal Nicky minn warajja hekk kif spiccat it-tigrija bir-rebha ta’ Orcas Bac.


Possibbli li r-rekord mill-aqwa ta’ In Vitro du Bourg li kien zamm sod kwazi 7 snin kien inkiser?, hsibt jien fil-minuti li pprecedew it-thabbir tar-rizultat ufficjali.


Izda mill-esperjenza kont naf li huwa mill-aktar improbabbli li Nicky jkollu zball! U tablihaqq, ma kienx zbaljat!  Ir-rekord precedenti inkiser b’0.3s.  Iz-ziemel li spicca fit-tieni post Ohime Mag ghamel hin iehor kbir ta’ 1’13’5 fil-kilometru u Okilaibo li spicca fit-tielet post lahaq ir-rekord precedenti ta’ 1’13’7 fil-kilometru!


Ir-rebbieh, l-iSvediz ta’ 9 snin Orcas Bac u z-ziemel li spicca fit-tielet post Okilaibo waqqfu wkoll l-aqwa hin personali assolut taghhom, kisba nkredibbli ghal zwiemel bhal dawn tal-klassi Premier li kellhom karriera onorabbli barra minn Malta, meta wiehed jikkunsidra li ghaddew iz-zghozija taghhom itellqu fl-iSvezja u Franza!


Dawn il-hinijiet jissarrfu f’velocitajiet medji ta’ madwar 49 km fis-siegha u huma ghamlu l-ahhar dawra f’medji ta’ bejn 1’12’3 u 1’12’9 fil-kilometru, li huma ferm qrib ta’ 50 km fis-siegha.  Tassew hinijiet internazzjonali ghal dawn iz-zwiemel tat-trott!


Imnalla li kienu fil-korsa u li l-uniku kamra tar-ritratti ufficjali li kien hemm kienet il-photofinish, ghax kieku kienu fuq xi whud mit-toroq taghna, is-sewwieqa ta’ talent, Rodney Gatt, Ronald Cassar u Julian Farrugia rispettivament, kienu jkunu qed jirriskjaw multa ghal sewqan eccessiv quddiem speed camera – galadarba ma kellhom l-ebda ntenzjoni li jnaqqsu l-velocita’ qrib il-gister :).


Din l-opra taghtina wkoll l-opportunita’ li niftakru u nsellmu lil uhud mill-aqwa zwiemel li ghamlu l-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta!


Il-leggendarju In Vitro du Bourg ... li rregistra l-hin impressjonanti ta’ 1’13’7 fil-kilometru fuq 2,140m xejn inqas minn tlett darbiet!


Min jista’ jinsa t-tieni harga ta’ dak iz-ziemel f’Malta (f’dak iz-zmien - izda ma tantx domna- konna ghadna ma nafux xi jsarraf), meta wera lill-komunita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta x’kien kapaci jaghmel bi prestazzjoni eccezzjonali!


Kien it-3 ta’ Dicembru 2006 meta misjuq minn James Carabott f’semi-finali SECF mill-Prix de Vincennes, fl-eta’ ta’ 10 snin, dan iz-ziemel tat-trott Franciz iddomina t-tigrija tieghu u gheleb lill-kumplament tal-partecipanti b’madwar 12-il tul biex waqqaf l-arlogg fuq dak li dejjem jibqa’ hin sensazzjonali – 1’13’7 fil-kilometru, l-ftuh veru tal-karriera ta’ dan iz-ziemel f’Malta li ma tintesa qatt!


Kellu jirrepeti dan il-hin mill-gdid ftit gimghat wara, fis-26 ta’ Dicembru 2006, meta misjuq mill-istess sewwieq fil-finali tal-Prix de Vincennes, huwa mar fuq quddiem madwar 400m mit-tmiem u ddomina l-kumplament tat-tigrija sabiex spicca xi zewg tulijiet quddiem l-eqreb sfidanti tieghu.


Kwazi sena wara, fl-24 ta’ Dicembru 2007, ta’ 11-il sena, misjuq mill-gdid minn James Carabott, dan iz-ziemel irrepeta din il-kisba mill-gdid – bhala prova tal-qalb kbira tieghu!  Hawn kien qed jestendi sensiela ta’ rebhiet ghal 11 il-tigrija ghal darb’ohra fil-finali tal-Prix de Vincennes, meta ghalkemm sfidat matul it-tigrija kollha minn ziemel iehor mill-aqwa, James de l’Iton, huwa kien aktar b’sahhtu dakinhar u ttrijomfa mill-gdid f’dak il-hin stupend.


James de l’Iton kien tabilhaqq ziemel tat-trott Franciz iehor leggendarju li wkoll naqqax ismu fuq il-lista tar-rekords f’Malta, din id-darba fid-distanza maratona Maltija, t-3,140m.  Kien is-16 ta’ Novembru 2008 (fl-eta’ ta’ 11-il sena), meta misjuq minn Noel Baldacchino, James de l’Iton mar fuq quddiem madwar nofs dawra mit-tmiem u ddomina l-kumplament tat-tigrija (partikolarment id-dritta tat-tmiem) sabiex rebah b’aktar minn sitt tulijiet f’hin fantastiku ta’ 1’15’3 fil-kilometru, mill-istess In Vitro du Bourg.


U min jista’ jinsa lil Joker de Choisel?  Dan iz-ziemel b’passat meraviljuz fi Franza rregistra darbtejn ir-rekord nazzjonali fuq id-distanza ta’ 2,640m.


Is-sena kienet ghal darb’ohra l-2008, kwazi 6 xhur qabel id-data tar-rekord tat-3,140m – it-18 ta’ Mejju.  Matul is-semi-finali tal-Prix de Vincennes, fil-hames tigrija fuq il-programm, In Vitro du Bourg kien irregistra r-rekord nazzjonali fuq id-distanza ta’ 2,640m f’hin impressjonanti ta’ 1’14’5 fil-kilometru.  Izda l-eccitament ma kienx ghadu spicca f’dak il-programm!


Joker de Choisel, li dak iz-zmien kellu 11-il sena (misjuq minn France Cassar), fit-tielet tigrija biss tieghu f’Malta, ddomina b’mod assolut it-tieni semi-finali (s-7 tigrija fuq il-programm) u spicca b’vantagg kbir quddiem Hiracan de Brehan u farrak ir-rekord precedenti, meta waqqaf l-arlogg fuq il-hin favoluz ta’ 1’13’6 fil-kilometru.


Izda dak ma kienx kollox!  Gimghatejn wara, fil-finali, dejjem misjuq minn France Cassar, huwa rrepeta dan il-hin mill-aqwa meta ha kmant bikri segwit ghall-bicca l-kbira tad-distanza minn In Vitro du Bourg.  Madankollu, fid-dritta tat-tmiem Joker de Choisel iffaccja l-isfida qawwija ta’ James de l’Iton, b’dan ta’ l-ewwel jirnexxielu jilhaq il-gister l-ewwel bi ftit iktar minn nofs tul minn James de l’Iton, segwit minn Hiracan de Brehan u In Vitro du Bourg.


Tabilhaqq, l-imsemmi Hiracan de Brehan ukoll kien pogga ismu fuq il-lista tar-rekords xi zmien qabel, din id-darba fuq id-distanza sprint ta’ 1,640m.  Fil-25 ta’ Marzu 2007, dan iz-ziemel tat-trott Franciz (dak iz-zmien kellu 12-il sena), li fil-passat kien irregistra anki r-rekord nazzjonali fuq id-distanza ta’ 2,640m, beda riesaq qrib iz-ziemel ta’ quddiem Jazz Jambolaya madwar 800m mit-tmiem u dawn iz-zewg zwiemel inqatghu mill-kumplament tal-partecipanti tal-klassi Premier.


Madankollu, fid-dritta tat-tmiem Hiracan de Brehan misjuq minn Noel Baldacchino wera li huwa kien l-aktar ziemel b’sahhtu meta gheleb lil Jazz Jambolaya u waqqaf ir-rekord nazzjonali assolut ta’ 1’13’1 fil-kilometru.


Bdejna b’ziemel tat-trott Svediz u nispiccaw b’iehor!  Din id-darba b’Pajarito Nada li fid-9 ta’ Dicembru 2007, ta’ 8 snin, kien irnexxielu jilhaq ir-rekord nazzjonali ta’ Hiracan de Brehan fuq l-1,640m f’tigrija tal-klassi Premier.


Dakinhar, Quick Cape kien ha kmant bikri, izda fid-dritta tat-tmiem Pajarito Nada, misjuq minn Tony Tanti, attakka b’sahhtu u mar fuq quddiem madwar 100m mit-tmiem.  L-isprint brillanti tieghu rebbhu l-unuri fil-hin fantastiku ta’ 1’13’1 fil-kilometru.


Hemm ukoll rekords ohra fid-dixxiplina monte’ u fit-tigrijiet b’bidu bil-waqqaf, izda dawn t’hawn fuq huma dawk fuq l-aktar distanzi popolari f’Malta, kollha bi tluq bil-karozza.


Il-prezent u l-passat ... izda b’tema wahda komuni, zwiemel memorabbli u hinijiet li jiffurmaw parti mill-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta!


 


Nawgurawlkom laqgha ohra mill-isbah nhar il-Hadd.