Saturday 2nd November 2013
Il-41 u t-42 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – lt-3 u l-4 ta’ Novembru

minn Magnat


Se jinzammu zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel matul il-granet li gejjin, l-ewwel nhar il-Hadd 3 ta’ Novembru liema laqgha tibda’ fis-1.30pm, segwita minn ohra nhar it-Tnejn 4 ta’ Novembru li tibda’ fis-6.30pm.  Kull laqgha tinkludi tmien tigrijiet b’zewg tigrijiet ikunu fuq distanza qasira ta’ 2,140m u l-kumplament fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m.


Iz-zewg attrazzjonijiet ewlenin ta’ dawn il-laqghat jikkonsistu f’tigrija tal-klassi Premier f’kull laqgha u zewg tigrijiet ta’ hbiberija bejn sewwieqa Maltin u ohrajn Olandizi fil-laqgha tal-Hadd.


It-tigrijiet normali jkunu kollha fuq id-distanza ta’ 2,640m.


Fit-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Hadd insibu 16-il ziemel li ghandhom fost l-oghla punti ta’ handicap fil-klassifika tal-Malta Racing Club.


Dawn jinkludu fost ohrajn lil True Q, rebbieh dan l-ahhar, lir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira ta’ din is-sena Nabab du Chatelet, iz-ziemel li spicca fit-tieni post fil-Prix de Vincennes Mark de Chamant, ir-rebbieha tal-Kampjonat tas-Sajf tal-klassi Premier Shakira Trot u lil Arnie Sensation li gej minn pjazzament tajjeb il-gimgha l-ohra.


Partecipant iehor interessanti huwa d-debuttant Svediz ta’ 10 snin Tap Dance, li huwa miktub bl-oghla punti ta’ handicap ghal debuttant.  Rebbieh ta’ SEK1,495,200 barra minn xtutna, b’10 rebhiet u hafna pjazzamenti u bl-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-km fuq 1,640m (Awwissu 2012), dan iz-ziemel kellu diversi prestazzjonijiet pozittivi, inkluz il-pjazzament fit-tieni post (wara hadd hlief Commander Crowe) fil-finali tal-Breeders Crown ghal zwiemel ta’ 4 snin f’Novembru 2007 u t-tielet post fil-finali E-3 Open Class ghal zwiemel ta’ 3 snin f’Lulju 2006 (wara Going Kronos u Express Merett), it-tnejn fuq 2,140m.  Fost l-ahjar hargiet tieghu din is-sena, nsibu zewg pjazzamenti fil-hames post fuq 2,140m u 1,640m, b’hin tajjeb ta’ 1’13’2 f’din ta’ l-ahhar.


It-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Tnejn tara lista ohra shiha ta’ 16-il ziemel tat-trott, li minnhom xejn inqas minn erbgha huma debuttanti, cioe’ l-Francizi Pietro de Lou u Quampo Mondo Sy, id-Daniza Made In Hoff u l-iSvediz Rocky Composite.


Fost il-partecipanti, insibu zwiemel bhal Nicos de Peneme li gej minn rebha u pjazzament fl-ahhar tlett hargiet tieghu, Oltedo de Rieux li rregistra pjazzament tajjeb fit-tielet post il-gimgha l-ohra u Absolut Spender li ghamel medja tajba ferm ta’ 1’14’1 fil-kilometru fil-finali tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum li nzamm dan l-ahhar, fost l-ohrajn.


Zwiemel bhal Quebec, Original Blue u Net de Ginai se jaghmlu r-ritorn taghhom wara nuqqas ta’ xi xhur.


Il-laqgha ta’ nhar il-Hadd tinkludi wkoll zewg tigrijiet ta’ hbiberija bejn sewwieqa Maltin u Olandizi (minn Alkmaar) bl-ewwel tigrija tinvolvi zwiemel tal-klassijiet Bronze u Copper u t-tieni wahda zwiemel tal-klassijiet Silver u Gold.


L-ewwel tigrija ta’ hbiberija fiha hames sewwieqa Maltin u hamsa ohra Olandizi filwaqt li t-tieni tinkludi sitt sewwieqa Maltin u hamsa Olandizi.  Naghtu merbha minn qalbna lis-sewwieqa Olandizi li qed izuruna u nawgurawlhom zjara mill-aktar pjacevoli f’Malta.


Iz-zwiemel li se jippartecipaw jinkludu fost ohrajn lil Quio de Nappes u Buckens Stjarna li kull wiehed minnhom ghandu rebha u pjazzament fit-tieni post fl-ahhar tlett hargiet taghhom, Queen Streamline bi pjazzament tajjeb fl-ahhar harga taghha u zwiemel ohra validi, li whud minnhom qed jaghmlu r-ritorn taghhom ghat-tigrijiet wara l-waqfa tas-sajf.


Dawn iz-zewg laqghat jinkludu wkoll tlett tigrijiet mill-aktar interessanti tal-klassi Gold. Iz-zewg tigrijiet ta’ nhar it-Tnejn fihom diversi zwiemel li gejjin minn pjazzamenti tajba f’Ottubru, bhal Energy Launcher, Nouveau de Vie, Regent de Tillard, Rika Rico u Super Qui.


It-tigrija ta’ nhar il-Hadd ghandha l-attrazzjoni ta’ erba’ debuttanti, l-Francizi Oeillet de Phens, Pepito Flash u Produit Fier kif ukoll l-iSvediz Flux.  Il-lista ta’ 12-il ziemel tinkludi whud li wrew forma tajba dan l-ahhar bhal Pan des Coupieres u Lover Boy Index u ohrajn li kienu f’forma tajba qabel il-waqfa tas-sajf bhal Nophenio de Lune u Xray Hornline.


It-tigrijiet l-ohra huma erbgha ghall-klassi Silver, erbgha ghall-klassi Bronze u wahda ghal zwiemel tal-klassi Copper, biz-ziemel tat-trott Franciz Quercus du Jusclay mistenni jiddebutta fil-klassi Silver.


Il-varjeta’ tikkostitwixxi aspett kritiku fit-tigrijiet taz-zwiemel.  Ghalhemm il-laqghat ta’ dan it-tmiem il-gimgha ma jinkludux kampjonati, it-tigrijiet tal-klassijiet Premier u Gold, it-tigrijiet ta’ hbiberija bejn sewwieqa Olandizi u dawk Maltin u n-numru interessanti ta’ debuttanti fi klassijiet differenti ghandhom jipprovdu spettaklu mill-aqwa ghad-dilettanti kollha tat-tigrijiet.


L-ahhar laqgha


Il-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda kienet iddominata minn hames Condition Races tal-harifa Cassar Fuels ghall-klassijiet kollha tat-trott hlief il-klassi Premier, fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.


Il-finali ewlenija kienet dik ghal zwiemel tal-klassi Gold u din ma ddizappuntatx. Nacarat Campbell mar fuq quddiem fil-bidu, b’dan jinqabez minn Charm Hammering wara madwar 600 metru.  Madankollu, l-mossa determinanti tat-tigrija waslet fid-dritta tal-faccata, hekk kif Midnight Passion sprintja b’sahhtu erbgha fuq barra biex tela’ ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem fl-ahhar 400m.


Dawn iz-zewg zwiemel dahlu flimkien fid-dritta tat-tmiem, izda Midnight Passion (Eric Bezzina) hareg fuq quddiem 150m mit-tmiem u kiseb il-hames rebha tieghu minn sitt tigrijiet f’Malta u rebah il-Condition Race tal-klassi Gold, kwazi zewg tulijiet quddiem Charm Hammering, segwit minn Skars Hanna u Prince Gaillard f’hin eccellenti ta’ 1’14’5 fil-kilometru.


Prince Lu (Shaun Portelli) mar fuq quddiem wara biss 500m mill-bidu tal-finali tal-Condition Race ghall-klassi Silver A u mpona ritmu qawwi fuq din it-tigrija.  Dan iz-ziemel qatt ma gie sfidat bis-serjeta’ matul il-kumplament tat-tigrija, u zied iktar fil-pass fid-dritta tat-tmiem biex kiseb din il-Condition Race u t-tieni rebha tieghu minn daqstant tigrijiet f’Malta tul u nofs minn  Zandina Boshoeve, segwita minn  Matador Knick u Mind Your Head f’dik l-ordni, f’hin tajjeb hafna ta’ 1’15’1 fil-kilometru.


Pile Ou Face mar fuq quddiem kmieni fil-finali Silver B, segwit qisu dell minn Magnific As.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sal-bidu tad-dritta tat-tmiem meta Magnific As (David Ellul) spara qisu vlegga biex mar fuq quddiem u rebah din il-Condition Race, u fil-process kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu f’1’15’8 fil-kilometru, aktar minn zewg tulijiet quddiem Pile Ou Face, segwit minn Pilote de Nganda u Lys de l’Oasis.


Command Coger mar fuq quddiem ftit wara l-bidu tal-finali tal-klassi Bronze, bis-sitwazzjoni tibqa’ l-istess sad-dritta tal-faccata meta z-ziemel ta’ quddiem sofra l-attakk determinat ta’ Andri Boko b’dan ta’ l-ahhar jasal ras’imb’ras ma’ Command Coger.


Madankollu dan ta’ l-ahhar ghamel rejazzjoni b’sahhitha madwar nofs dawra mit-tmiem biex ha vantagg car ghal darb’ohra, izda l-azzjoni krucjali waslet fl-ahhar 200m hekk kif Loustic d’Anjou (Julian Farrugia) pproduca sprint b’sahhtu biex qabez lil Command Coger u rebah din il-Condition Race b’tul f’1’16’6 fil-kilometru – l-ewwel rebha tieghu fi tlett snin u disa’ xhur.  Pema u Gin T. Dalimo spiccaw it-tielet u r-raba’ rispettivament.


Fl-ahharnett, fil-finali ghall-Condition Race tal-klassi Copper, kien Royal Qui (Ivan Bilocca) li ha kmant bikri.  Fil-bidu tal-ahhar dawra, Hotchemin sprintja sabiex gie ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem.


Madankollu, Royal Qui zamm il-kmant u nofs dawra mit-tmiem huwa zied il-pass b’mod sostanzjali sabiex kabbar sew il-vantagg tieghu, bid-dritta tat-tmiem tkun biss formalita’ ghal dan iz-ziemel hekk kif huwa rebah din il-finali ta’ Condition Race u ha l-hames rebha stagjonali tieghu, zewg tulijiet u nofs quddiem Esmeralda Run, segwita minn Monte Cinto Mag u Hulegardens Filur, f’hin ta’ 1’18’1 fil-kilometru.


It-tigrijiet l-ohra kienu tigrijiet normali fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m.  Iz-zewg tigrijiet tal-klassi Silver gew mirbuha minn Ostheo d’Havetot (fl-ewwel rebha tieghu f’Malta) f’1’18’0 fil-kilometru u mid-debuttant Qurieux du Ponchet f’1’17’0 fil-kilometru, filwaqt li Kiton de Bouere irritorna ghar-rebh wara kwazi sentejn u nofs meta rebah it-tigrija tal-klassi Copper f’1’19’3 fil-kilometru.


Matul il-laqgha tal-Hadd, Noel Baldacchino gie pprezentat bl-unur tal-Ahjar Sewwieq ghax-xahar ta’ Settembru minn Lorraine Cunningham f’isem l-isponsors P&M Farrugia (Tan-Niger), importaturi ta’ zwiemel u ta’ prodotti li jintuzaw f’dan l-isport, li nirringrazzjaw b’mod sincier talli ssupportjaw din l-inizjattiva.


Cerimonja tal-Ftuh tal-Akkademja tat-Tigrijiet taz-Zwiemel


Nhar is-Sibt 2 ta’ Novembru fid-9.30am, l-Onor Stefan Buontempo, Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Zghazagh u Sport, se jinawgura b’mod ufficjali l-Akkademja tat-Tigrijiet taz-Zwiemel ghall-istagun 2013-14 fil-prezenza tac-Cermen tal-Kunsill Malti ghall-Isport l-Onor Luciano Busuttil u c-Cermen tal-Malta Racing Club Dott Matthew Brincat.


Minn Awwissu ta’ din is-sena, l-Kunsill Malti ghall-Isport iddecieda li din l-akkademja ghandha taqa’ taht ir-responsabbilta’ tal-Malta Racing Club izda li ghandha tigi sostnuta permezz tal-ghajnuna finanzjarja provduta mill-KMS.  Tabilhaqq, din l-akkademja hija kritika ghat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta billi tipprovdi tahrig ghat-tfal u z-zghazagh sabiex isiru protagonisti f’dan l-isport fil-futur.


L-iben jixbah lil missieru!


Dan l-ahhar kont qed nitkellem ma’ habib tieghi li ibnu gie milqut minn marda krudila u qalli “Kemm kont nippreferi aktar kieku dik il-marda laqtet lili!”.


Bla dubju, r-relazzjoni bejn missier u ibnu hija wahda specjali u hekk ghandha tkun!


Din il-konverzazzjoni fakkritni f’xi haga li grat fil-korsa aktar kmieni din is-sena u li hassejt li ma tajnihiex bizzejjed spazju.


Fis-7 ta’ Gunju 2013, il-jum tal-finali tat-Tazza Sette Giugno mirbuha minn Orcas Bac, is-sewwieq ta’ 18-il sena Anton Cassar kiseb l-ewwel rebha fil-karriera tieghu meta kien qed isuq lil Ogor f’tigrija tal-klassi Silver, wara li rnexxielu jeghleb l-isfida qawwija fit-tieni nofs tad-dritta tat-tmiem ta’ Orio de Marancourt, fuq in-nahat ta’ barra, misjuq minn France Cassar.


Ir-ritratt tat-tmiem tat-tigrija juri liz-zewg sewwieqa jharsu la genba fid-direzzjoni ta’ xulxin, b’Anton ihares biex jara jekk iz-ziemel ta’ missieru kienx gheleb lil tieghu u France ihares biex jara jekk iz-ziemel tieghu kienx lahhaq ma’ dak ta’ Anton.


F’attivitajiet sportivi, dawn l-inkontri bejn missier u iben huma tassew rari ghax id-differenza fl-eta’ bejniethom tipikament tizgura li sakemm it-tifel jiehu l-istat tieghu l-missier ma jkunx ghadu jikkompeti – izda dan mhux dejjem huwa hekk!


Okkazjoni sportiva ta’ min jinnotha li kienet tinvolvi missier u ibni grat fl-24 t’April 1996, meta f’Tallinn, f’loghba futbol bejn l-Estonja u l-Islanda, l-Izlandiz Eiour Guojohnsen (li dak iz-zmien kellu biss 17-il sena) dahal fit-tieni taqsima biex jissostitwixxi lil missieru Arnor.


Fit-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta din hija wkoll okkazjoni rari, specjalment fejn il-missier u ibnu jispiccaw fl-ewwel zewg postijiet fl-istess tigrija.  Okkazjoni ohra li niftakar meta gara dan kien fit-3 ta’ Marzu 1985 meta f’tigrija tal-Klassi A fuq 2,650m, Raphael Gialanze li kien qed isuq lil Keluguet (1’20’7 fil-kilometru) kellu jirrezisti dwell qawwi ma’ Iasco Amoy (1’20’8 fil-kilometru) misjuq minn ibnu Paul Gialanze, l-iktar fl-ahhar 400m, qabel ma ttrijomfa u kiseb il-promozzjoni ghall-oghla klassi.  Interessanti wiehed jinnota li Kabado li spicca fit-tielet post, kien misjuq minn iben iehor ta’ Raphael, Charles. Ghalhekk tabilhaqq, missier u z-zewg uliedu li spiccaw fl-ewwel tlett postijiet.


Nimmagina li l-missier ikollu hsebijiet imhallta f’dawn is-sitwazzjonijiet.  Min-naha l-wahda, huwa zgur ikun kburi mis-success ta’ ibnu izda fl-istess hin il-professjonalizmu tieghu jimbuttah biex jaghti l-aqwa tieghu minkejja l-fatt li l-kompetitur tieghu jinzerta ibnu stess. 


Irrispettivament mill-pjazzament miksub minn kull wiehed minnhom, jiena cert li kull missier ikun jixtieq li jghallem lill-ibnu biex ikun ahjar minnu specjalment jekk jipprattikaw l-istess professjoni, u t-tigrijiet taz-zwiemel m’humiex eccezzjoni. Tabilhaqq, is-successi tal-missier probabbli jkunu xettlu l-interess u l-passjoni ta’ ibnu biex jipprattika dik il-professjoni partikolari anki jekk imbaghad l-iben ikun jixtieq li jafferma ruhu bil-hila tieghu.


Dawn il-grajjiet rari li jinvolvu missier u ibnu jiksbu rebha u t-tieni post fl-istess tigrija (u anki t-tielet post fil-kaz tal-familja Gialanze) zgur li jaghtu aktar kulur lit-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta u jixirqilhom li jigu rrekordjati ghall-posterita’!


 


Nawgurawlkom zewg laqghat ohra mill-isbah fil-granet li gejjin.