Wednesday 6th November 2013
Finali Johnnie Walker Cup

Nhar il-Ħadd li ġej fil-Korsa tal-Marsa ser issir it-Tazza Johnnie Walker għal zwiemel tal-galopp fuq distanza ta’ 2250m. Għal dan il-għan illum saret konferenza stampa fit-Tote tal-Malta Racing Club li ġiet indirizzata mic-Chairman tal-Malta Racing Club l-Avukat Matthew Brincat kif ukoll mill-Marketing Manager ta’ M. Demajo (Wines & Spirits) Ltd is-Sur Alfred Braddick. Prezenti ukoll kien hemm is-sidien u l-ġerrejja taz-zwiemel li ħa jipparteċipaw din is-sena.


Il-Johnnie Walker Cup hija tazza prestiġjuza li ġiet inawgurata fl-1939 u għalkemm kien hemm ħafna zmien meta baqgħet biss fil-vetrini tal-Malta Racing Club pero f’dawn l-aħħar snin kienet qed tintuza waqt it-tappa li Malta kienet qed tospita għall-Kampjonat tal-Mediterran.


Filfatt il-Johnnie Walker Cup kienet ingħatat fis-snin 2009, 2010 u 2011 izda ma saritx is-sena l-oħra. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena mistennija jieħdu sehem 5 t’izwiemel u l-premjijiet għar-rebbieħa ser ikunu €600 għal ta’ l-ewwel, €300 tat-tieni u €150 tat-tielet.


Fost il-parteċipanti hemm ir-rebbieħ ta’ l-aħħar edizzjoni, Ollie Flitprik kif ukoll ir-rebbieħ tal-Mediterranean Derby ta’ din is-sena Kimberley Downs.


L-Isponsor ta’ din it-Tazza, M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd ser jgħati ukoll flixkun Johnnie Walker Blue Label lil ta’ l-ewwel, Platinum Johnnie Walker lil tat-tieni u Johnnie Walker Gold Reserve lil tat-tielet.  Dan barra trofej lill-ewwel tliet sidien u għata kommemorattiva lir-rebbieħ.


It-tiġrija ser tkun id-9 waħda fil-programm u tibda fl-4:25 p.m.


Iz-zwiemel parteċipanti u s-sewwieqa tagħhom huma:


Kimberley Downs (Michael Sultana)


Timolin (Charles Pace)


Alto Monte (Demis Zammit)


Ollie Fliptrick (Sarah Borg)


Friarscourt (Matthew Mallia)


 


Rebbieħa ta; l-aħħar tliet edizzjonijiet:


31/03/09 – Privileged Boy (Magomet A Kappuslev)


31/03/10 – Lordswood (Christoforos Christoforou)


31/03/11 – Ollie Fliptrik (Alexandre Pillet)


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/16/13