Sunday 10th November 2013
Il-43 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – L-10 ta’ Novembru

minn Magnat


Se tinzamm laqgha ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel nhar il-Hadd 10 ta’ Novembru li tilqa’ programm ta’ 10 tigrijiet li jibda’ fis-1.15pm.


L-attrazzjoni ewlenija ta’ din il-laqgha hija l-finali tat-Tazza Johnnie Walker ghal zwiemel tal-galopp fuq l-itwal distanza f’Malta ghal dawn it-tip ta’ tigrijiet, 2,250m.


Il-partecipanti huma ftit izda interessanti b’hames partecipanti gejjin mill-Istati Uniti, l-Germanja u l-Irlanda f’etajiet ta’ bejn hamsa u disa’ snin.  Dawn huma r-rebbieh tal-Mediterranean Derby ta’ din is-sena Kimberley Downs, Timolin li ghandu tlett rebhiet u tlett pjazzamenti din is-sena, l-ahhar rebbieh ta’ din it-Tazza (2011) Ollie Fliptrik, Alto Monte li ghamel id-debutt tieghu fostna din is-sena u Friarscourt li qed jaghmel ir-ritorn tieghu wara waqfa ta’ seba’ xhur.


Il-total ta’ premjijiet fi flus huwa ta’ 1,050 ewro, b’600 ewro jmorru ghar-rebbieh.  Barra minn hekk, se jigu pprezentati trofej u fliexken prestigjuzi ta’ wiski Johnnie Walker mill-aqwa lis-sidien tal-ewwel tlett zwiemel, filwaqt li r-rebbieh jircievi wkoll ghata tal-okkazjoni.


Nawguraw tigrija mill-aqwa lill-partecipanti u l-ispettaturi kollha.


It-tigrijiet l-ohra se jkunu riservati lkoll ghal zwiemel tat-trott fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.


Tabilhaqq, attrazzjoni ohra fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd hija t-tigrija tat-trott tal-klassi Premier b’lista shiha ta’ 16-il partecipant bi kwalita’ denja ta’ finali.


Dawn jinkludu zwiemel f’forma tajba bhal Orcas Bac li qed jaghmel ir-ritorn tieghu wara r-rebha splendida tieghu fil-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum u r-rekord nazzjonali manjifiku fuq id-distanza ta’ 1’13’4 fil-kilometru.  Ohime Mag u Okilaibo li spiccaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament fl-istess finali, The Bad Rock, li gej minn rebha l-gimgha l-ohra, True Q rebbieh gimghatejn ilu, Ourasi Diams li ppjazza tajjeb il-gimgha l-ohra u diversi ohrajn.


Zwiemel bhar-rebbieh tat-Tazza Sette Giugno fl-2012 Zilver Boko, r-rebbieh tal-Kampjonat Skyparks ghal Zwiemel tat-Trott Svedizi fl-2012 Wiss Night Hawk, iz-ziemel li spicca fit-tieni post fit-Tazza l-Kbira Nino de Saintho u z-ziemel li kien popolari fi Franza Orgueil de Nganda jaghmlu r-ritorn taghhom wara nuqqas ta’ xi xhur.


Ghandna wkoll zewg debuttanti nteressanti miktuba bl-oghla numru ta’ punti ta’ handicap ghal zwiemel godda.


L-iSvediz ta’ 9 snin Cloria Victis rebah SEK1,336,703 barra minn xtutna, b’9 rebhiet u hafna pjazzamenti.  Huwa ghandu l-aqwa hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru fuq 1,640m (Gunju 2012).  Fost l-aqwa prestazzjonijiet tieghu nsibu rebha mill-aqwa fuq 3,140m (1’15’4 fil-km) f’Jannar 2012, rebha fid-Divizjoni Bronz f’Aby f’Marzu 2010 fuq 2,140m u diversi prestazzjonijiet mill-isbah fuq distanzi li jvarjaw bejn 1,640m u 3,200m.  Fost l-aqwa hargiet tieghu din is-sena huwa kellu pjazzament fit-tieni post u zewg pjazzamenti fir-raba’ post fuq id-distanzi ta’ 2,140m, 2,640m u 2,650m.


It-Taljan ta’ 10 snin Gently di Poggo rebah 156,263 ewro barra minn xtutna, bi 30 rebha u hafna pjazzamenti. Huwa ghandu wkoll l-aqwa hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru fuq 1,600m (Awwissu 2011).  Fost l-ahjar prestazzjonijiet tieghu nsibu rebhiet fil-prestigjuz Premio Cherokee Chief f’Milan fuq 2,620m fl-2009, fil-Premio Last Hurrah f’Firenze fuq 2,060m fl-istess sena, u fil-Premio degli Occhi Belli f’Turin fuq 1,620m is-sena l-ohra. Mill-ahhar xhur tas-sena l-ohra, dan iz-ziemel mar itellaq fl-iSvezja.


It-tigrija tal-klassi Gold tara lista shiha ohra ta’ 16-il ziemel tat-trott li tinkludi wkoll diversi zwiemel li gejjin minn hargiet pozittivi.  Zandina Boshoeve ghandha rebha u zewg pjazzamenti fit-tieni post fl-ahhar tlett tigrijiet taghha, Charm Hammering u Mind Your Head it-tnejn ghandhom rebha u pjazzament fl-ahhar zewg hargiet taghhom, Energy Launcher zewg pjazzamenti fl-ahhar tlett tigrijiet tieghu, Baron G.L. kellu pjazzament tajjeb il-gimgha l-ohra u I Pitstop zewg hargiet pozittivi f’Ottubru, fost l-ohrajn.  It-Taljan ta’ 7 snin Malewe huwa wkoll mistenni jiddebutta f’din it-tigrija.


It-tigrijiet l-ohra huma tlieta ghall-klassi Silver (iz-ziemel tat-trott Belgjan Bugatti Wulvennest mistenni jiddebutta fl-ahhar wahda minn dawn) u tnejn ghal kull wahda mill-klassijiet Bronze u Copper.


Il-finali tal-galopp mhumiex numeruzi hawn Malta u sikwit in-numru ta’ partecipanti fihom mhuwiex oghli lanqas.  Madankollu, kull meta jkollna minnhom, dawn il-finali rari jiddizappuntaw, bl-ispettaturi jigu rregalati tigrijiet ibbilancjati u missielta.  Din il-finali tinkludi wkoll il-prestigju ta’ trofew tradizzjonali li jmur lura ghall-1939 (anki jekk mhux dejjem gie kkontestat b’mod regolari matul is-snin) bi premjijiet attraenti ghaz-zwiemel li jkollhom l-ahjar prestazzjonijiet, grazzi ghall-isponsorizzazzjoni apprezzata ta’ M. Demajo (Wines & Spirits) Ltd.


L-ahhar laqghat


It-tigrijiet Amateur Malta-Alkmaar kienu tnejn mill-akbar attrazzjonijiet ta’ l-ahhar laqghat, zewg tigrijiet ta’ hbiberija bejn sewwieqa Maltin u ohrajn Olandizi fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m, mizmuma matul il-laqgha ta’ nhar il-Hadd.


Fl-ewwel tigrija, Rybo Juvel marret fuq quddiem b’mod determinat wara biss 300m biex malajr hadet vantagg tajjeb mill-kumplament taz-zwiemel.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sa l-ahhar 850m, meta Caddie Drink attakka tnejn fuq barra u ha l-kmant, segwit mill-qrib immedjatament minn Nerlo Villetot.  Dan ta’ l-ahhar, misjuq minn Julian Farrugia, faqqa’ l-attakk tieghu fil-bidu tad-dritta tat-tmiem bl-ahhar 200m jkunu kkaratterizzati b’taqtiegha ras’imb’ras bejn dawn iz-zewg zwiemel.


Nerlo Villetot mar fuq quddiem fl-ahhar 50m biex kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu f’1’18’6 fil-kilometru, tul u nofs quddiem Caddie Drink (Charles Farrugia), segwit minn Buckens Stjarna (Tony Tanti), b’Peter Wisker ikun l-ewwel sewwieq Olandiz fuq Kaki de Peyrahout.


Quingen de Bussy mar fuq quddiem wara biss 600m fit-tieni tigrija ta’ hbiberija izda dan iz-ziemel inqabez minn Side Spin ezatt qabel il-bidu tal-ahhar dawra.  Madankollu, fid-dritta tal-faccata Quio de Nappes misjuq minn Julian Farrugia halla l-postijiet ta’ wara u avvanza tlieta fuq barra biex qabez ziemel wara l-iehor, sakemm gie ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem 300m mit-tmiem.


Minn hemm it-tigrija ma kelliex aktar storja hekk kif Quio de Nappes spara fuq quddiem u sprintja matul id-dritta tat-tmiem sabiex ippermetta lil Julian Farrugia jaghmilhom tnejn minn tnejn f’dawn it-tigrijiet ta’ hbiberija b’dan iz-ziemel jikseb it-tieni rebha stagjonali tieghu f’1’17’8 fil-kilometru, aktar minn hames tulijiet quddiem Pirate d’Urzy (Eugenio Bondin), Darco As (Mark Tanti) u Queen Streamline (Shaun Formosa), sabiex kellna lista shiha ta’ sewwieqa Maltin fil-postijiet ta’ quddiem.


It-tigrijiet l-ohra f’dawn iz-zewg laqghat kienu fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m.


Il-bidu tat-tigrija tal-klassi Premier rat il-kmant jibdel l-idejn diversi drabi sakemm Ofackevo mar quddiem mil mit-tmiem.  Madankollu, ftit wara, Nabab du Chatelet avvanza fuq in-nahat ta’ barra biex halla l-postijiet ta’ wara, lahhaq maz-ziemel ta’ quddiem u gie ras’imb’ras mieghu fil-bidu tal-ahhar dawra.  Izda bi sprint impressjonanti tlieta fuq barra, The Bad Rock ghamel progress mill-aqwa u spara fuq quddiem 850m mit-tmiem.


Minn hemm ‘il quddiem, The Bad Rock kellu t-tigrija taht il-kontroll tieghu, u zied il-vantagg b’mod sostanzjali fid-dritta tat-tmiem biex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’1’16’9 fil-kilometru (l-ahjar hin tal-gimgha l-ohra), tlett tulijiet u nofs quddiem Nabab du Chatelet, segwit minn Ourasi Diams u T.X. Zoogood.


Oltedo de Rieux ha kmant bikri fit-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar it-Tnejn u zammu sal-ahhar nofs dawra meta zied fil-velocita’ biex inqata’ ftit iehor mill-kumplament taz-zwiemel.  Madankollu d-debuttant Rocky Composite pproduca sprint brillanti fl-ahhar 300m, biex mar fuq quddiem f’nofs id-dritta tat-tmiem u kellu debutt tal-holm tul u nofs quddiem l-istess Oltedo de Rieux, segwit minn Nicos de Peneme u Original Blue. Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’17’7 fil-kilometru.


Debuttant iehor, Produit Fier, ha kmant bikri fit-tigrija tal-klassi Gold tal-Hadd u baqa’ fuq quddiem ghall-ewwel 500m, meta nqabez minn debuttant iehor Oiellet de Phens b’dan iz-ziemel izomm vantagg zghir b’mod komdu sal-ahhar nofs dawra.  F’dan l-istadju hekk kif beda’ jilqa’ l-isfidi ta’ zwiemel ohra, partikolarment dawk ta’ Xray Hornline, Oiellet de Phens zied il-velocita’ tieghu biex baqa’ sejjer biex ghamel debutt vittorjuz f’1’17’6 fil-kilometru, kwazi hames tulijiet qabel Xray Hornline, segwit minn Nophenio de Lune u Pan de Couperies.


Onyx Lucernais ha kmant bikri fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold fil-laqgha ta’ nhar it-Tnejn, inqabez wara biss 500m minn Reves de Magalou, izda Onyx Lucernais gie lura biex rega’ mar quddiem wara ftit mijiet ta’ metri.  Ouragan d’Any ha l-kmant wara l-ewwel kilometru izda fil-bidu tal-ahhar nofs dawra huwa ma seta’ jaghmel xejn biex jirrezisti l-attakk ta’ Onyx Lucernais.


Fil-frattemp, Niky du Donjon zied il-velocita’ tieghu b’mod impressjonanti tlieta fuq barra biex dahal fid-dritta tat-tmiem fir-raba’ post u mbaghad sprintja b’sahhtu sat-tmiem, biex qabez liz-ziemel ta’ quddiem u kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu f’1’17’8 fil-kilometru, zewg tulijiet quddiem Skip Dimanche, segwit minn Onyx Lucernais u Solid Lady Spin.


Regent de Tillard ha kmant bikri fit-tieni tigrija tal-klassi Gold u wara li nqabez ghal ftit hin minn Rika Rico, ta’ l-ewwel rega’ ha l-kmant u zammu b’mod komdu.  Madankollu fid-dritta tal-faccata rajna sprint b’sahhtu fuq in-nahat ta’ barra minn Player du Mirel li gab lil dan iz-ziemel fit-tieni post bil-bidu tal-ahhar nofs dawra.


Regent de Tillard u Player du Mirel dahlu fid-dritta tat-tmiem prattikament flimkien, izda dan ta’ l-ahhar mar quddiem 200m mit-tmiem biex kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu f’1’17’4 fil-kilometru, zewg tulijiet quddiem l-istess Regent de Tillard, segwit minn Baron G.L. u Energy Launcher f’dik l-ordni.


Rigward hinijiet tajba l-gimgha l-ohra, ta’ min wiehed jinnota t-tieni l-aqwa hin f’dawn iz-zewg laqghat, cioe’ l’1’17’3 fil-kilometru registrat minn Poustouf du Bleuet fil-klassi Silver fl-ewwel rebha tieghu f’Malta.


Gimgha interessanti


X’gimgha kienet fil-korsa!  Prattikament kull gimgha tkun impenjattiva, izda din il-gimgha kienet tassew mimlija daqs bajda!


Bdiet nhar il-Gimgha filghaxija b’posponiment rari tat-tigrijiet minhabba halbiet qawwija tax-xita.  Ghalhekk il-laqgha giet posposta ghat-Tnejn filghaxija – forsi hafna nies ma japprezzawx l-ammont ta’ xoghol amministrattiv u logistiku li jinvolvi posponiment bhal dan.


Imbaghad is-Sibt filghodu fil-korsa saret ic-cerimonja tal-ftuh tal-Akkademja tat-Tigrijiet taz-Zwiemel ghall-istagun 2013-14 – it-tielet sena tal-akkademja.  Ic-cerimonja kienet ippjanata li tinzamm fil-miftuh izda din spiccat saret fil-kamra tal-Kunsill minhabba l-maltemp.


Pero’ xorta wahda kienet okkazjoni mill-isbah.


Xi 17 jew 18 tfal jew zghazagh, kollha entuzjasti dwar it-tigrijiet taz-zwiemel, flimkien ma’ l-ghalliema taghhom madwar l-Onor Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Zghazagh u Sport Dott Stefan Buontempo, c-Cermen tal-Kunsill Malti ghall-Isport Dott Luciano Busuttil, ic-Cermen tal-Malta Racing Club Dott Matthew Brincat u ufficjali ohra tal-MRC.


Id-diskors tas-Segretarju Parlametari kien jinkludi numru ta’ punti nteressanti.  Kien ta’ kuragg li wiehed jisma’ l-kummenti pozittivi fuq il-prestazzjoni tal-MRC u t-turija ta’ fiducja li tohrog mid-decizjoni tal-KMS li tafda r-responsabbilta’ tat-tmexxija tal-akkademja fil-MRC, bis-support finanzjarju tal-KMS.


L-impenn tal-Gvern li jkompli jghin lil dan l-isport mill-isbah, li ilu popolari mal-Maltin ghal mijiet ta’ snin kienet ukoll ferm inkoragganti.


Kien ukoll ta’ pjacir li wiehed jara l-lecture room li giet rinnovata dan l-ahhar – xoghol tajjeb tal-istaff tal-MRC – li zgur tkun apprezzata mill-ghalliema u l-istudenti tal-akkademja matul is-snin li gejjin, bl-okkazjoni tintemm bi zjara fl-istalel tal-MRC u liz-zwiemel li jintuzaw ghat-tahrig tal-istudenti.  Stalel u zwiemel mizmuma tassew tajjeb u nodfa.


Wara li l-Hadd u t-Tnejn inzammu t-tigrijiet (din id-darba t-temp zamm tajjeb!), it-Tlieta rajna l-poloz ghat-tlett laqghat li gejjin – numru nkoragganti ta’ zwiemel miktuba li jilhqu l-milja taghhom fil-bidu tal-kampjonati SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi.


Imbaghad dakinhar stess wara nofsinhar, il-MRC zamm konferenza stampa biex tigi pprezentata l-finali tat-Tazza Johnnie Walker ghal zwiemel tal-galopp, trofew prestigjuz li jmur lura 74 sena li fl-ahhar snin gie pprezentat lir-rebbieh tat-tappa ta’ Malta tal-kampjonat tal-Mediterran ghall-Gerrejja u li issa qed jigi rrilancjat bl-identita’ tieghu stess bhala t-tigrija tal-galopp ewlenija fuq id-distanza twila ta’ 2,250m.


Kien ta’ pjacir li naraw trofej u premjijiet tassew mill-isbah u sponsor entuzjast li minghajr l-ghajnuna tieghu innovazzjoni bhal din ma kenetx tkun possibbli.


Nhar il-Hamis il-MRC habbar ukoll li rcieva zewg rizultati tad-doping negattivi li jirrigwardaw ir-rebbieh u z-ziemel li spicca fit-tieni post tal-finali tal-kampjonat tal-Harifa Cassar Petroloeum, cioe’ Orcas Bac u Ohime Mag.


Ghal kull sportiv huwa dejjem ta’ sodisfazzjon kbir li nircievu rizultati negattivi ta’ testijiet tad-doping li jikkonfermaw li z-zwiemel partikolari kienu nodfa minn sustanzi projbiti, biex b’hekk jigu kkonfermati r-rizultati tat-tigrija nnifisha.  Dan huwa minnu iktar u iktar f’din l-okkazjoni bil-hinijiet mill-aqwa li rrejalizzaw dawn iz-zewg zwiemel.


Sal-ahhar tal-gimgha kien sar ukoll progress tajjeb fl-ghazla tas-Sewwieq tax-Xahar ghal Ottubru – bir-rebbieh ikun imhabbar il-gimgha d-diehla.


Dan kollu minbarra s-soltu xoghol ta’ kuljum li huwa rikjest fit-tmexxija ta’ korsa – xoghol ta’ manteniment, kitbiet ta’ zwiemel godda, diversi hidmiet amministrattivi ecc.


U b’hekk ghaddiet gimgha ohra u wasal tmiem il-gimgha iehor.  Mhux hazin ghal gimgha xoghol, x’tahsbu?!


Nawgurawlkom laqgha ohra mill-aqwa nhar il-Hadd li gej.