Friday 15th November 2013
L-44 u l-45 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – Il-15 u s-17 ta’ Novembru

minn Magnat


Se jsiru zewg laqghat ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel fi tmiem din il-gimgha, l-ewwel nhar il-Gimgha 15 tax-xahar li tibda’ fis-6.30pm segwita minn ohra nhar il-Hadd 17 ta’ Novembru li tibda’ fis-1.15pm.  Iz-zewg laqghat huma dedikati esklussivament ghat-tigrijiet tat-trott, l-ewwel wahda tikkonsisti f’disa’ tigrijiet bil-laqgha tal-Hadd tinkludi 10 tigrijiet.


L-attrazzjonijiet ewlenin tal-laqgha ta’ nhar il-Gimgha jinkludu zewg tigrijiet “normali” tal-klassi Premier it-tnejn fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.  L-ewwel wahda tinkludi 13-il partecipant li whud minnhom bhalissa jinsabu f’forma tajba, bhal Veikko Hornline li gej minn rebha fit-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu, Absolut Spender li kellu zewg prestazzjonijiet posittivi qabel l-ahhar tigrija tieghu, Skip Dimanche li gej minn zewg pjazzamenti tajba u Ygor of Pass li rregistra rebha u pjazzament f’Settembru, fost ohrajn.


F’din it-tigrija se jiehdu sehem ukoll numru ta’ zwiemel relattivament godda, bhal Made In Hoff, Pietro de Lou u Quampo Mondo Sy, flimkien ma’ zewg dwieb ta’ 7 snin li huma debuttanti, cioe’ d-Daniza Our Dream u t-Taljana Madam di Poggio.


It-tieni tigrija tal-klassi Premier tara 15-il partecipant popolari, bhal Midnight Passion li gej minn tlett rebhiet konsekuttivi, r-rebbieha tal-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier Shakira Trot, Vanmaker Limburgia li gej minn hames pjazzamenti konsekuttivi, Oltedo de Rieux li ppjazza fl-ahhar zewg tigrijiet tieghu, Nicos de Peneme u Original Blue li kisbu pjazzament tajjeb fl-ahhar tigrija taghhom u zwiemel ohra mill-aktar validi.


Dan it-tmiem il-gimgha jara wkoll il-bidu tal-kampjonati SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi b’kampjonat ghal kull klassi tat-trott.  Filwaqt li z-zwiemel tat-trott tal-klassijiet Premier u Copper se jidhlu fix-xena direttament fis-semi-finali, matul il-laqghat ta’ tmiem din il-gimgha se jsiru l-heats ghall-klassi Gold (Prix d’Enghien), il-klassi Silver (Prix de Cabourg) u l-klassi Bronze (Prix de Cagnes Sur Mer), kollha fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m.


Ghandna erba’ heats mill-Prix d’Enghien bl-ewwel hamsa minn kull wahda jikkwalifikaw ghas-semi-finali u sitt heats minn kull wahda mill-Prix de Cabourg u l-Prix de Cagnes Sur Mer, bl-ewwel erbgha minn kull wahda jghaddu ghas-semi-finali.


Dawn il-heats jinkludu hafna mill-krema ta’ zwiemel Francizi f’Malta fil-klassi rispettiva.


Ghalhekk per ezempju l-ewwel zewg heats mill-Prix d’Enghien (bi zwiemel f’etajiet ta’ bejn 8 u 13-il sena) jinkludi zwiemel bhal Pitchpin des Bois rebbieh ta’ tnejn mill-ahhar tlett tigrijiet tieghu, Niky du Donjon li gej minn zewg rebhiet fl-ahhar tigrijiet tieghu, Nacarat Campbell rebbieh ta’ diversi kampjonati ghall-klassi Gold fl-ahhar snin, Niky de Memartin li gej minn tlett pjazzamenti konsekuttivi, Prince Gaillard li ppjazza f’kull wahda mill-ahhar zewg hargiet tieghu u Pan des Couperies li ghandu rebha u pjazzament fl-ahhar tlett hargiet tieghu.  Rapide du Matin ghandu jiddebutta fl-ewwel heat.


It-tielet u r-raba’ heats huma daqstant interessanti, bi zwiemel bhal Oiellet de Phens, Player du Mirel u Quartz Clayettois kollha gejjin minn rebha fl-ahhar tigrija taghhom, ohrajn bhal Phenix de la Roque u Quel Gibus rebhu darba fl-ahhar tlett hargiet taghhom u zwiemel ohra bhal Nitesco d’Antony, Nophenio de Lune, Orion de Chapeau u Regent de Tillard irregistraw zewg pjazzamenti tajba fl-ahhar tlett hargiet taghhom. Paleo des Cascades u Reader Jyl huma miktuba biex jiddebuttaw fl-ahhar heat.


Il-Prix de Cabourg fih ukoll diversi zwiemel ta’ kwalita’ f’etajiet ta’ bejn 7 u 15-il sena, li fosthom insibu xejn anqas minn hmistax li rebhu almenu darba fl-ahhar tlett hargiet taghhom, cioe’ Loustic d’Anjou, Lys de l’Oasis, Milano du Gite, Noli de Marray, Ocean Brilliouard, Ostheo d’Havetot, Paolin de Bannes, Poustouf de Bleuet, Queops de Retz, Quio de Nappes, Quaroldo, Quipson, Quozak Prior, Qurieux du Ponchet u Swahili de Nacre.


Hames debuttanti huma wkoll mistennija jaghmlu l-ewwel dehra taghhom f’Malta f’dan il-kampjonat, cioe’ Quasimir de Bolero, Quito de Valsoiz, Rapnou des Picanes, Reve de Nieul u Reveal Champ Blanc.


Il-Prix de Cagnes Sur Mer huwa daqstant ibbilancjat bl-etajiet taz-zwiemel f’dan il-kaz tvarja ferm bejn 6 u 17-il sena.  Ghal darb’ohra diversi zwiemel f’forma tajba ghandhom jikkontestaw post fis-semi-finali, kif ukoll id-debuttant Rush d’Avran.


Id-debuttant Germaniz Clarito ghandu jiddebutta wkoll fit-tigrija “normali” tal-klassi Copper nhar il-Gimgha, biex b’hekk in-numru totali ta’ debuttanti dan l-istagun ghandu jaqbez il-200 matul dan it-tmiem il-gimgha.


Wara l-hames tigrija (madwar it-2.45pm) fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd, se ssir prezentazzjoni ta’ tifkira lis-Sur Angelo Cassar, sid ta’ Orcas Bac, li fit-13 t’Ottubru, matul il-finali tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum, irregistra rekord nazzjonali fuq id-distanza ta’ 2,140m ta’ 1’13’4 fil-kilometru.


Issa diga’ dhalna sew fl-ahhar xahrejn tal-istagun – wiehed mill-perjodi l-aktar importanti tal-istagun tat-tigrijiet f’Malta, b’hafna tigrijet li jiffurmaw parti minn xi kampjonat jew iehor, kemm ghal zwiemel tat-trott kif ukoll ghal dawk tal-galopp.  Kull sena nistennew bil-herqa dan il-perjodu hekk kif iz-zwiemel jigu mhejjija biex jilhqu l-ahjar forma taghhom u jaghmlu l-almu kollu taghhom f’attentat biex jiksbu xi wiehed jew iehor mill-kampjonati li jifdal, biex b’hekk jispiccaw l-istagun bil-kbir!


L-ahhar laqgha


L-aktar tigrija mportanti fl-ahhar laqgha kienet il-finali ghat-Tazza Johnnie Walker ghal zwiemel tal-galopp fuq id-distanza twila ta’ 2,250m.  Hawnhekk kien Alto Monte li spara mill-gageg tat-tluq l-ewwel, segwit mill-qrib minn Ollie Fliptrik, b’Kimberley Downs fit-tielet post.


Ollie Fliptrik ha l-kmant wara madwar 750m, izda 1,100m mit-tmiem, Kimberley Downs avvanza fuq in-naha ta’ gewwa biex wasal ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem, u qabzu 200m wara.  Minn hemm ‘il quddiem it-tigrija ma kelliex aktar storja, hekk kif Kimberley Downs (misjuq minn Michael Sultana) bil-mod il-mod zied il-pass u l-vantagg tieghu, u spicca bi sprint brillanti matul l-ahhar nofs dawra biex iddomina l-ahhar parti tat-tigrija u rebah b’aktar minn tmien tulijiet minn Timolin u Friarscourt f’dik l-ordni fl-aqwa hin stagjonali fuq din id-distanza ta’ 2’19’17.


B’hekk Kimberley Downs zied it-Tazza Johnnie Walker mal-Mediterranean Derby li rebah f’Gunju u rrekodja l-hames rebha stagjonali tieghu minn sitt tigrijiet.


Is-Sur Alfred Braddick, f’isem l-isponsors M. Demajo (Wines & Spirits) Ltd, ipprezenta t-Tazza Johnnie Walker lis-sidien taz-ziemel rebbieh flimkien mal-premjijiet sbieh ghas-sidien tal-ewwel tlett ziemel li ppjazzaw f’din il-finali.


Il-bqija tat-tigrijiet kienu kollha ghal zwiemel tat-trott fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.


Fil-klassi Premier, kien True Q l-ewwel ziemel li mar fuq quddiem, izda huwa nqabez was madwar 300m minn Mars.  L-azzjoni vera pero’ waslet fid-dritta tal-faccata hekk kif diversi zwiemel avvanzaw biex jattakkaw liz-ziemel ta’ quddiem.  Fost l-ohrajn rajna d-debuttant Cloria Victis gej tnejn fuq barra u lil Orcas Bac tlieta fuq barra jigru b’sahhithom biex ilahhqu ma’ Mars.


Dawn it-tlett zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem f’linja wahda, izda Orcas Bac malajr wera s-superjorita’ tieghu.  Madankollu Okilaibo pproduca sprint mill-aqwa fuq in-nahat ta’ barra biex attakka b’mod kuragguz lil Orcas Bac, li pero’ rrezista din l-isfida b’success biex kiseb il-hames rebha stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’14’9 fil-kilometru, nofs tul quddiem l-istess Okilaibo, segwit minn Cloria Victis u Ohime Mag.


Chippen Bob mar fuq quddiem kmieni fit-tigrija tal-klassi Gold, posizzjoni li zamm ghall-bicca l-kbira tat-tigrija.  Madankollu 900m mit-tmiem, Zandina Boshoeve harget tlieta fuq barra u qabzet ziemel wara l-iehor sakemm lahqet liz-ziemel ta’ quddiem madwar 350m mit-tmiem.


Madankollu f’dan l-istadju Chippen Bob bidel il-pass u gie skwalifikat biex halla triq miftuha ghal Zandina Boshoeve li sprintjat sat-tmiem biex kisbet it-tieni rebha stagjonali taghha xi erba’ tulijiet u nofs quddiem Reado November, segwit minn Charm Hammering u Beckham Bob f’hin ta’ 1’16’4 fil-kilometru.


Matador Knick mar fuq quddiem fil-bidu tal-ahhar dawra fl-ewwel tigrija tal-klassi Silver u dan iz-ziemel zamm il-kmant sat-tmiem, u sprintja tajjeb matul id-dritta tat-tmiem biex rebah b’xejn inqas minn tlett tulijiet u nofs minn Target Player, segwit minn Udice Boko u Count Wiesnievski.  Din kienet l-ewwel rebha stagjonali ghal Matador Knick fit-tieni l-ahjar hin tal-laqgha ta’ 1’15’3 fil-kilometru.


Fit-tieni wahda, Command Coger kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira mit-tigrija u kompla jmexxi l-qatta b’mod komdu sat-tmiem  biex kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu, tul u nofs quddiem Soren Sufflor, segwit minn Magnific As u Janitor f’hin ta’ 1’16’7 fil-kilometru.


Id-debuttant Belgjan Bugatti Wulvennest ha l-kmant wara 600m mill-bidu tal-ahhar tigrija tal-klassi Silver, posizzjoni li zamm matul il-kumplament tat-tigrija.  Tabilhaqq, huwa sahansitra zied aktar fil-velocita’ tieghu fl-ahhar 500m, biex rebah prattikament minghajr sifda, u spicca kwazi tlett tulijiet quddiem Zeta Jones A, segwita minn Missionimpossible u Alf Eme, f’1’16’4 fil-kilometru. 


Sewwieq tax-Xahar - Ottubru


Eric Bezzina huwa r-rebbieh tal-unur ta’ Sewwieq tax-Xahar tal-Malta Racing Club ghal Ottubru.  Din id-decizjoni kienet ibbazata fuq it-tlett rebhiet (inkluz dik fil-Condition Race Cassar Fuels ghall-klassi Gold) u zewg pjazzamenti li kiseb matul dak ix-xahar mit-8 tigrijiet li ppartecipa fihom.


Huwa rregistra t-tlett rebhiet tieghu kollha fuq Midnight Passion (klassi Gold – inkluza l-imsemmija finali ta’ Condition Race) filwaqt li l-pjazzamenti gew permezz ta’ Lacoste I.T. (klassi Silver) u Qualou Chouan (klassi Bronze).


Prosit tassew Eric tar-rebh ta’ dan l-unur!


Nirringrazzjaw ukoll lil Winner’s Circle Bar & Restaurant talli gentilment issupportja din l-inizjattiva billi sponsorja l-edizzjoni t’Ottubru.


Ghaxar snin ilu: l-ewwel kampjonati SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi – L-ewwel parti


Haga li dejjem timpressjonani hija kemm ighaddi malajr iz-zmien!  Ghadni niftakar meta l-kampjonati SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi kienu ghadhom innovazzjoni assoluta u b’mod li bilkemm jitwemmen dan huwa diga’ l-10 anniversarju ta’ dawn il-kampjonati!


Fl-okkazjoni ta’ dan l-anniversarju ma stajtx nirrezisti t-tentazzjoni li mmur lura f’mawra nostalgika ghal dawk iz-zmenijiet, permezz tal-memorja tieghu (li m’ghadiex isservini tajjeb daqs kemm kienet taghmel meta kont ghadni zghir), ghall-gazzetti ta’ dak iz-zmien u ghar-rekords mill-aqwa tal-habib tieghi s-Sur Nicholas Farrugia.


L-ebda wiehed miz-zwiemel li ppartecipaw dak iz-zmien m’ghadu fl-azzjoni fil-korsa tal-Marsa llum, izda hafna (ghalkemm sfortunatament mhux kollha) mis-sewwieqa ghadhom.   


Dik is-sena l-istagun tat-tigrijiet (2002-03) kien mifrux fuq 14-il xahar b’rekord ta’ xejn inqas minn 72 laqgha organizzati matulu.  Tabilhaqq, kompla wkoll matul is-sajf u dawk il-kampjonati fil-fatt inzammu mit-tieni nofs ta’ Lulju sa tard f’Awwissu.


Differenti mis-sitwazzjoni li ghandna llum meta jinzammu zewg edizzjonijiet ta’ dan il-kampjonat kull sena, dak tas-sajf fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m u tax-xitwa fuq dik itwal ta’ 2,640m, f’dik l-ewwel sena nzammet biss edizzjoni wahda bl-2,640m tkun id-distanza preferuta.


Il-kampjonati bdew nhar il-Gimgha 18 ta’ Lulju 2003 b’zewg semi-finali mill-kampjonat riservat ghall-klassijiet F, G u H (tahlita tal-klassijiet Bronze u Copper fil-klassifikazzjoni tal-lum), bl-ewwel erbgha minn kull semi-finali jghaddu ghall-finali.


Bichon du Ravary kien jidher riesaq lejn rebha fl-ewwel semi-finali izda fid-dritta tat-tmiem huwa sofra sfida qawwija minn Dede de Mingot kif ukoll minn Fardoc.  Kien Dede de Mingot misjuq minn France Cassar li fl-ahhar hareg minn fuq fil-konfront mat-tnejn l-ohra biex rebah f’1’18’7 fil-kilometru minn Fardoc, Bichon du Ravary u Elopior li kkwalifikaw ukoll f’dik l-ordni.


It-tieni semi-finali kienet fotokopja tal-ewwel wahda.  Din id-darba Eperon de Ranville kien jidher li ghandu t-tigrija fil-kontroll tieghu, meta gie attakkat b’mod determinat minn Europeen du But u minn Crispin li t-tnejn qabzu liz-ziemel li kien fuq quddiem. Kien Europeen du But misjuq minn Julian Farrugia li fl-ahhar ittrijonfa f’1’19’6 fil-kilometru, bi Crispin jigi skwalifikat.  Ghalhekk Eperon de Ranville spicca fit-tieni post, filwaqt li Eric de la Noemie u Calin du Parquet ippjazzaw ukoll u kkwalifikaw f’dik l-ordni.


Il-kampjonati mbaghad komplew erbat ijiem wara, nhar it-Tlieta 22 ta’ Lulju, b’zewg semi-finali din id-darba mill-kampjonat riservat ghall-klassijiet C, D u E (tahlita tal-klassijiet Silver u Bronze llum il-gurnata).  Ghal darb’ohra l-ewwel erbgha minn kull semi-finali kkwalifikaw ghall-finali.


Fl-ewwel wahda, Elan du Cottage misjuq mill-mibki George Schembri ha kmant bikri li zammu matul it-tigrija.  Tabilhaqq huwa anki zied il-velocita’ tieghu fid-dritta tat-tmiem biex rebah b’mod komdu f’1’18’5 fil-kilometru, miz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw Comte de Billeron, Edelweiss Steadly u Diatka de Pitz.


Gold Vinoir misjuq minn Noel Baldacchino wkoll ha kmant bikri fit-tieni semi-finali izda tilef l-ewwel post fl-ahhar dawra.  Madankollu, huwa rnexxielu jaghmel “comeback” mill-aqwa fid-dritta tat-tmiem biex spicca rebbieh f’1’19’1 fil-kilometru segwit fil-finali minn Gregorio, Falcon Bey u El Toro.


B’dak il-mod dawk iz-zewg laqghat ipprovdew l-ghazla tal-finalisti kemm ghall-kampjonat riservat ghall-klassijiet C, D u E kif ukoll ghal dak tal-klassijiet F, G u H.


U x’gara mill-oghla klassijiet A1, A u B (il-Premier u l-Gold tal-lum)?  Dawn kienu l-ahhar li dahlu fix-xena, meta ghamlu l-ewwel dehra taghhom fis-26 ta’ Lulju u n-numru ta’ partecipanti kien jirrikjedi heats segwiti minn semi-finali sabiex jipprovdu l-finalisti ghal dan il-kampjonat.


Izda dik l-istorja nkompluha l-gimgha d-diehla qabel il-bidu tal-Prix de Vincennes ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier ghal din is-sena ... Fil-frattemp zgur li se niehdu pjacir bil-heats mill-kampjonati l-ohra SECF!


 


Nawgurawlkom zewg laqghat ohra mill-aqwa fi tmiem din il-gimgha.