Friday 29th November 2013
Is-47 u t-48 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – Id-29 ta’ Novembru u l-1 ta’ Dicembru

minn Magnat


Se jsiru zewg laqghat ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel fi tmiem din il-gimgha, l-ewwel nhar il-Gimgha 29 ta’ Novembru li tibda’ fis-7pm segwita minn ohra nhar il-Hadd 1-1 ta’ Dicembru li tibda’ fis-1.30pm.  Iz-zewg laqghat huma ddedikati esklussivament ghat-tigrijiet tat-trott, l-ewwel wahda tikkonsisti fi tmien tigrijiet, bil-laqgha tal-Hadd tinkludi ghaxar tigrijiet.


Minghajr dubju l-attrazzjoni ewlenija ta’ tmiem il-gimgha tikkonsisti f’ghaxar semi-finali mill-kampjonat SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi li se jinzammu matul il-programm kollu ta’ nhar il-Hadd, kollha fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 2,640m.  L-aspett ewlieni tal-laqgha ta’ nhar il-Gimgha jikkonsisti fi tlett tigrijiet tal-klassi Gold “normali” fuq l-istess distanza.


Naturalment, l-aspett ewlieni ta’ dawn is-semi-finali jikkonsisti f’zewg semi-finali mill-Prix de Vincennes (klassi Premier) bi hdax u tnax-il partecipant rispettivament  f’etajiet ta’ bejn 9 u 15-il sena.


L-ewwel wahda tinkludi r-rebbieh tat-Tazza l-Kbira ta’ din is-sena Nabab du Chatelet, ir-rebbieh tal-Prix de Vincennes u tat-Tazza VOB ta’ Gunju Okilaibo, r-rebbieh tat-Tazza tal-President tas-sena l-ohra Mont Cenis Honey, Original Blue li ghandu zewg pjazzamenti fl-ahhar tlett tigrijiet tieghu, kif ukoll iz-zwiemel ta’ kwalita’ Orgueil de Nganda, Quampo Mondo Sy, Nelson du Val, Nevaio des Bordes, Nono de Crouay u Oros de Reve.


Partecipant iehor interessanti huwa d-debuttant Franciz ta’ 10 snin Pacha de la Frette, miktub bl-oghla numru ta’ punti ta’ handicap ghal ziemel gdid.  Rebbieh ta’ 358,284 ewro barra minn xtutna, bi 12-il rebha u pjazzamenti numeruzi u bl-ahjar hin ta’ 1’10’9 fil-kilometru fuq id-distanza sprint assoluta ta’ 1,100m (April 2012) (1’13’0 fuq 2,100m u 2,150m), dan iz-ziemel versatili dar hafna pajjizi Ewropej u diga’ kkompeta fi Franza, l-iSvezja, l-Belgju, l-Finlandja, l-Germanja u l-Olanda.


Huwa kellu prestazzjonijiet tajba f’diversi tigrijiet importanti li kellhom premjijiet ivarjaw anki bejn 70,000 u 90,000 ewro.  Fost l-ahjar hargiet tieghu din is-sena, nsibu rebha fuq id-distanza sprint ta' 1,800m, tlett pjazzamenti fit-tieni post fuq id-distanzi qosra ta’ 2,100/ 2,150m, pjazzament fit-tielet post u tlett pjazzamenti fir-raba’ post, inkluz wiehed fil-prestigjuz Prix Camelia (fuq id-dahar – 85,000 ewro fi premijijiet b’kollox) fuq id-distanza twila ta’ 2,850m.


It-tieni semi-finali tara r-rebbieh ta' erba' tigrijiet din is-sena Odedjalo, r-rebbieh tat-Tazza l-Kbira u tat-Tazza VOB fil-passat Kakisis, ir-rebbieha ta' zewg tigrijiet Ohime Mag u Oran li kellhom prestazzjonijiet mill-isbah din is-sena, z-ziemel li spicca fit-tieni post fil-Prix de Vincennes ta' Gunju li ghadda Mark de Chamant, Orion du Vaumicel, Nicos de Peneme, Oltedo de Rieux u Ourasi Diams li kollha ppjazzaw iktar kmieni dan ix-xahar kif ukoll iz-zwiemel popolari Quebec, Orly Montaval u Quelino d’Amour.


Minghajr dubju zewg semi-finali mill-aktar ibbilancjati u ncerti!


Il-Prix d’Enghien (klassi Gold) huwa daqstant interessanti b’disa' partecipanti f’etajiet ta’ bejn 8 u 12-il sena f’kull semi-finali jissieltu ghall-ewwel hames postijiet.


L-ewwel semi-finali tara r-rebbieha tal-heats Reader Jyl u Onyx Lucernais kif ukoll zwiemel bhal Niky du Donkon li gej minn zewg rebhiet fl-ahhar tlett hargiet tieghu, Prince Gaillard u Orion de Chapeau li gejjin minn tlett pjazzamenti konsekuttivi, Pan des Couperies li ppjazza fl-ahhar zewg tigrijiet tieghu, filwaqt li Olympien Major, Phenix de la Roque u Pepito Flash kollha kellhom hargiet pozittivi dan l-ahhar.  Kull wiehed minn dawn iz-zwiemel rebah mill-inqas 116,460 ewro u massimum ta’ 226,173 ewro fil-karriera tieghu fi Franza.


It-tieni semi-finali tinkludi lil Pitchpin des Bois, li gej minn zewg rebhiet fl-ahhar tlett hargiet tieghu, Oeillet de Phens b’rebha fit-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu, Nitesco d’Antony u Nophenio de Lune li lkoll kellhom zewg pjazzamenti tajba fl-ahhar tlett hargiet taghhom, kif ukoll Quid de la Muette, Rapide du Matin, Oolong, Orage du Pont u Produit Fier, li l-kwalita’ taghhom m’hemm l-ebda dubju fuqha.  Kull wiehed minn dawn iz-zwiemel rebah mill-inqas 105,295 ewro sa massimu ta’ 313,590 ewro fil-karriera tieghu fi Franza.


Fiz-zewg semi-finali mill-Prix de Cabourg (klassi Silver) insibu 11 u 12-il ziemel rispettivament f’etajiet ta’ bejn 8 u 13-il sena. Quarborandum, Quozak Prior, Petit Pierricais, Pactolgo u Pared An Hoel kollha rebhu l-heats taghhom u zwiemel bhal Pile Ou Face, Quio de Nappes, Qurieux du Ponchet u Poustouf du Bleuet kollha rnexxielhom jidhlu fiz-zona tar-rebbieha fl-ahhar tlett hargiet taghhom.


Il-bqija taz-zwiemel gejjin ukoll minn prestazzjonijiet pozittivi u l-partecipanti kollha se jissieltu bis-shih ghal post fil-finali.


Is-semi-finali tal-Prix de Cagnes Sur Mer jinkludu 10 u 12-il partecipant rispettivament f’etajiet ta’ bejn 7u 15-il sena.  Ir-rebbieha u z-zwiemel li spiccaw fit-tieni post fil-heats Poete de la Sarthe, Petit Veinard, Kaki de Peyrahout, Sir Malouin, Quo Vadis Phedo u Polytain (kollha rebbieha), Norfolk de Gouerie, Quintin Malin, Quivan de Visais, Lorenz de Noyelles, Quasar de Subligny u Notre Joyeux (li kollha spiccaw fit-tieni post) se jkollhom sfida qawwija minn numru ta’ zwiemel tat-trott ohra kollha f’forma tajba.


Bi 13-il partecipant f’kull semi-finali, z-zwiemel tal-klassi Copper qed jidhlu fix-xena dritt fl-istadju tas-semi-finali fil-Prix de Caen.  Ghal darb’ohra din il-klassi tara zwiemel bl-akbar differenza fl-etajiet, cioe’ bejn 5 u 17-il sena.


Ghalkemm din hija l-izghar klassi tat-trott, fiha nsibu diversi zwiemel tat-trott f’forma tajba li huma kapaci jqumu ghall-okkazjoni partikolarment f’appuntament daqshekk important.


Apparti minn dawn is-semi-finali mill-aqwa, l-laqgha ta’ nhar il-Gimgha tinkludi wkoll aspetti interessanti, l-aktar tlett tigrijiet “normali” tal-klassi Gold li jinkludu varjeta’ ta’ zwiemel tat-trott interessanti u f’forma tajba.


Fl-ewwel tigrija nsibu fost ohrajn lil Prince Lu li gej minn zewg rebhiet konsekuttivi, Matador Knick li kellu rebha u zewg pjazzamenti fl-ahhar tlett hargiet tieghu, Chippen Bob b’rebha u pjazzament fl-ahhar tlett tigrijiet tieghu, Quel Gibus li rregistra rebha tajba x-xahar li ghadda, kif ukoll id-debuttanti, l-Franciz ta’ disa’ snin Quota d’Achille u t-Taljana ta’ erba’ snin Pepita Ans.


It-tieni tigrija tara zwiemel li ghandhom bizzejjed punti ta’ handicap biex ikunu fuq l-ghatba tal-klassi Premier, bi zwiemel bhal Xray Hornline, Reado November, Super Qui (li dan l-ahhar kienu qed jigru fil-klassi Premier) u Beckham Bob li kellu zewg pjazzamenti fl-ahhar tigrijiet u diversi zwiemel li dan l-ahhar nizlu mill-klassi Premier, bhal Noble d’Ete u Made In Hoff, fost ohrajn.


L-istess japplika ghat-tielet tigrija, bi zwiemel tat-trott bhal Zandina Boshoeve u Charm Hammering li t-tnejn gejjin minn rebha u zewg pjazzamenti, Player du Mirel li gej minn rebha fit-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu u Premier Avril li ha pjazzament tajjeb fit-tieni post ix-xahar li ghadda, fost varjeta’ ta’ zwiemel validi.


Fil-bqija tat-tigrijiet “normali”, ghandna naraw ukoll zewg debuttanti Francizi ta’ seba’ snin, cioe’ Siderant u Solo d’Occagnes, b’mod li jekk iz-zwiemel godda li ghandna miktuba jaghmlu d-debutt taghhom, it-total ta’ din is-sena se jkun qabez in-numru ta’ debuttanti matul is-sena l-ohra kollha.


Izda bla dubju l-attrazzjonijiet stupendi ta’ dan it-tmiem il-gimgha huma s-semi-finali tal-kampjonati ghaz-zwiemel tat-trott Francizi SECF.  Semi-finali li, fil-verita’, huwa kwazi-finali, ghax kif qalli sid ta’ ziemel dan l-ahhar, bil-kwalita’ tal-partecipanti, kull ziemel u sewwieq irid ikun fl-aqwa tieghu u m’hemm l-ebda lok tal-inqas zball, jekk wiehed ghandu jippjazza fost l-ewwel hamsa biex ighaddi ghall-finali!


L-ahhar laqgha


Il-qofol tal-ahhar laqgha kienu bla dubju t-tlett semi-finali mill-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza tal-President riservata ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 2,640m, bl-ewwel erbgha minn kull wahda jikkwalifikaw ghall-finali li se tinzamm fit-13 ta’ Dicembru.


Why Not As ha kmant bikri fl-ewwel semi-finali, b’Gently di Poggio jmur quddiem wara madwar 400m.  It-tigrija zammet ritmu pjuttost baxx sal-bidu tal-ahhar dawra, meta Orcas Bac sprintja tnejn fuq barra biex mar fit-tieni post, b’dawn iz-zewg zwiemel ikomplu jmexxu t-tigrija sal-ahhar 350m meta Poppes Fighter mar tlieta fuq barra biex dahal wara t-tnejn ta’ quddiem.


Id-dritta tat-tmiem kienet taqbida ras’imb’ras bejn dawn it-tlett zwiemel b’Orcas Bac imur fuq quddiem f’nofs id-dritta tat-tmiem izda b’Poppes Fighter ma jcedix u jirnexxielu jlahhaq mieghu fl-ahhar biex rebah b’nofs ras mill-istess Orcas Bac, segwit fil-finali minn Gently di Poggio u Arnie Sensation, f’hin ta’ 1’18’4 fil-kilometru.


Fl-ewwel kilometru tat-tieni semi-finali, l-kmant alterna bejn numru ta’ zwiemel, b’dawn iz-zwiemel jinkludu fost ohrajn lil Ygor of Pass, Rocky Composite, Madam di Poggio u finalment Shakira Trot.  Madankollu madwar 1,200m mit-tmiem The Bad Rock mar fuq quddiem u mpona ritmu aktar mghaggel fuq it-tigrija hekk kif malajr fetah tul vantagg.


Cloria Victis gie b’sahhtu fuq in-nahat ta’ barra biex sfida lil The Bad Rock fl-ahhar 350m izda dan ta’ l-ahhar kien b’sahhtu wisq u zamm il-kmant sat-tmiem, biex kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu aktar minn tul quddiem l-istess Cloria Victis, segwit minn Shakira Trot u Rocky Composite li ghaddew ukoll ghall-finali.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’15’8 fil-kilometru, l-ahjar wiehed fost dawn is-semi-finali. 


Veikko Hornline kellu l-ahjar bidu fit-tielet semi-finali tat-Tazza tal-President u huwa zamm il-kmant ghall-ewwel 750m sakemm inqabez minn True Q, izda 300m wara Veikko Hornline rega’ mar fuq quddiem.  Madankollu d-dritta tal-faccata pprovdiet l-azzjoni principali tat-tigrija, ghaliex f’dan l-istadju Midnight Passion beda sprint impressjonanti fuq in-nahat ta’ barra biex gie f’linja wahda ma’ Veikko Hornline u Zalgado Transs R 300m mit-tmiem.


Dawn it-tlett zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem flimkien izda malajr ma baqax wisq dubju fuq min kien se jkun ir-rebbieh hekk kif Midnight Passion zied il-velocita’ tieghu biex mar fuq quddiem u baqa’ sejjer biex irregistra s-sitt rebha stagjonali tieghu f’1’17’1 fil-kilometru, nofs tul quddiem Veikko Hornline, True Q li spicca b’sahhtu u Zalgado Transs R, li kollha ghaddew ghall-finali.


Side Spin mar fuq quddiem kmieni fl-ewwel tigrija tal-klassi Silver, pozizzjoni li zamm b’mod komdu sal-ahhar nofs dawra meta gie attakkat minn diversi zwiemel.  Id-dritta tat-tmiem rat taqbida bejn numru ta’ protagonist bhal Petrus du Vivier, Udice Boko u l-istess Side Spin, izda f’daqqa wahda minn imkien hareg Command Coger min-naha ta’ gewwa biex issorprenda lil kulhadd u kiseb ir-raba’ rebha konsekuttiva u l-hames rebha stagjonali tieghu f’1’17’3 fil-kilometru, aktar minn tul quddiem Udice Boko, segwit minn Petrus du Vivier u Side Spin.


Magic Vaumicel ha l-kmant madwar zewg dawriet mit-tmiem tat-tieni tigrija tal-klassi Silver u zamm fuq quddiem sad-dritta tal-faccata meta rajna sprint impressjonanti erbgha fuq barra minn Rapnou des Picanes li spara mill-postijiet ta’ wara dritt ghal fuq quddiem b’nofs dawra mit-tmiem.  Minn hemm ‘il quddiem it-tigrija ma kelliex aktar storja hekk kif Rapnou des Picanes kompla jzid il-velocita’ tieghu biex inqata’ aktar mill-kumplament taz-zwiemel u kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’mod komdu, kwazi tlett tulijiet qabel Alf Eme, segwit minn Andri Boko u Ogor f’1’16’8 fil-kilometru.


Mealington mar fuq quddiem wara l-ewwel mitejn metru mill-bidu tal-ahhar tigrija ghal zwiemel tal-klassi Silver u zamm il-kmant sal-ahhar dawra, meta Partisan de Bouere sprintja tajjeb biex tela’ jisfida liz-ziemel ta’ quddiem u gie ferm vicin tieghu.  Partisan de Bouere imbaghad wettaq attakk b’sahhtu fid-dritta tat-tmiem biex mar fuq quddiem fl-ahhar 100m u kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu f’1’16’7 fil-kilometru, nofs tul quddiem l-istess Mealington segwit minn Quatre de Coeur u Notice As.


Enthrall ha kmant bikri fit-tigrija tal-galopp tal-klassi A fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m, izda madwar 600m mit-tmiem rajna lil Kimberley Downs javvanza b’sahhtu fuq in-nahat ta’ barra biex tela’ mir-raba’ post sakemm gie ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem 300m mit-tmiem.  Ghalkemm dawn iz-zewg zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem ras’imb’ras, hadd ma seta’ jwaqqaf lil Kimberley Downs hekk kif iddomina d-dritta biex kiseb ir-raba’ rebha konsekuttiva u l-hames wahda stagjonali f’1’13’99, aktar minn erba’ tulijiet quddiem Timolin, segwit minn Gold As Good.


Matul il-laqgha ta’ nhar il-Hadd, Eric Bezzina gie pprezentat bl-unur tal-Aqwa Sewwieq ghax-xahar t’Ottubru minn Dott Matthew Brincat, Cermen tal-Malta Racing Club. Nirringrazzjaw sincerament lill-isponsors, cioe’ Winner’s Circle Bar and Restaurant, talli ssupportjaw din l-inizjattiva. 


Noel Baldacchino jikkompeti f’Vincennes


Bhal ma gara flahhar sentejn, is-sewwieq campjin Noel Baldacchino ghal darb’ohra se jirrapprezenta lil Malta fil-Prix de Rencontres Internationales du Trotteur Francais, tigrija “reclamer” b’sewwieq jirrapprezenta wiehed minn 15-il pajjiz li se ssir fil-korsa leggendarja ta’ Vincennes fuq distanza ta’ 2,100m.


Noel tela’ biex jigri bin-numru 2 wara l-karozza tat-tluq u se jkun qed isuq lil Puy de Sancy, ziemel ta’ 10 snin.


L-invit tal-assocjazzjoni taz-zwiemel tat-trott Francizi giet estiza wkoll ghal David Ellul, sid tal-mibki Label Chouan, li s-sena l-ohra kien l-ahjar ziemel tat-trott Franciz f’Malta.  Nhar il-Gimgha filghaxija, se tinzamm ikla specjali li matulha se ssir il-prezentazzjoni tal-premjijiet ghall-aqwa zwiemel tat-trott Francizi minn diversi pajjizi.


Noel u David se jkunu akkumpanjati mic-Cermen tal-Malta Racing Club Dott Matthew Brincat li se jkun qed jattendi laqghat mar-rapprezentanti tal-pajjizi partecipanti l-ohra.


Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Il-Malta Racing Club ircieva tlett rizultati ta’ testijiet tad-doping rigward Loustic d’Anjou – finali tal-Condition Race Cassar Fuels klassi Bronze, Magnific As – finali tal-Condition Race Cassar Fuels klassi Silver B u Charm Hammering – finali tal-Condition Race Cassar Fuels klassi Gold, li t-tlieta li huma nzammu fis-27 t’Ottubru.


Prosit tassew lis-sidien u t-trejners ta’ Charm Hammering li r-rizultat tieghu kkonferma li kien nadif minn sustanzi projbiti.


Sfortunatament it-test ta’ Magnific As ta rizultat pozittiv ghal sustanza projbita ta’ Kategorija III.  Ghaldaqstant, apparti l-penalitajiet li japplikaw abbazi tar-regolamenti, r-rizultat tat-tigrija nbidel kif gej:


Pile Ou Face misjuq minn Joe Schembri huwa r-rebbieh ta’ dan il-kampjonat, segwit minn Pilote de Nganda, Lys de l’Oasis u Nasdaq du Closet f’dik l-ordni.


L-istess gara fil-kaz tat-test ta’ Loustic d’Anjou, bir-rizultat tat-tigrija ghalhekk jigu mibdul biex jaqra kif gej:


Command Coger misjuq minn Carmelo Farrugia huwa r-rebbieh ta’ din il-Condition Race, segwit minn Pema, Gin T. Dalimo u Andri Boko f’dik l-ordni.


Ghaxar snin ilu: l-ewwel kampjonati SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi – It-tieni parti


Gimghatejn ilu, bdejna naghtu daqqa t’ghajn lura lejl l-ewwel edizzjoni tal-kampjonati SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi (dak iz-zmien mizmuma fuq distanza ta’ 2,640m) u rajna l-ghazla tal-finalisti ghall-kampjonati ghall-klassijiet C, D u E u F.G u H.  Illum se nkomplu nharsu lejn dik l-ewwel edizzjoni, l-aktar bid-dhul fix-xena tal-klassijiet ta’ fuq, cioe’ l-A1, A u B (il-klassijiet Premier u Gold tal-lum).


Iz-zwiemel gejjin minn dawk il-klassijiet bdew l-avventura taghhom fis-26 ta’ Lulju 2003 b’erba’ heats li minnhom ghaddew 16-il ziemel ghas-semi-finali.


Fl-ewwel heat, l-“outstider” Gengis Khan Jiel (M. Farrugia) ha kmant bikri u zammu matul it-tigrija ank meta tpogga taht pressjoni qawwija minn Filou Clairchamp fid-dritta tat-tmiem.  Dan ta’ l-ahhar spicca fit-tieni post segwit minn Figeac u Esard li ghaddew ukoll ghas-semi-finali.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’18’1 fil-kilometru.


It-tieni heat kienet fotokopja tal-ewwel wahda, bil-favorit Gary d’Hautmoniere (C. Camilleri) jkun fuq quddiem matul id-distanza kollha u jirrezisti l-isfidi kollha b’mod komdu biex rebah b’tul f’hin ta’ 1’18’7 fil-kilometru, quddiem Granito Bello, Florissant u Forban.


It-tielet rebbieh kien Fanion Briangault (S. Vella) li mar fuq quddiem madwar dawra mit-tmiem u zamm il-kmant sal-gister biex rebah b’tul u nofs minn Eden de Riva, segwit minn Fontenoy u Grelot Normand f’hin ta’ 1’17’1 fil-kilometru.


Ir-raba’ heat tatna l-ahjar hin ta’ dawn il-heats, cioe’ 1’16’ fil-kilometru.  Hawnhekk il-favorit Espoir du Terme (A. Pace) ma naqasx milli jirregistra s-sitt rebha stagjonali tieghu wara li kien fuq quddiem prattikament matul it-tigrija kollha.  Il-bqija taz-zwiemel li kkwalifikaw kienu Gy du Hulet, id-debuttant Foulque u Darjeeling.


Is-semi-finali tal-klassijiet A1, A u B inzammu fit-8 t’Awwissu bl-ewwel erbgha; minn kull wahda jghaddu ghall-finali.


Esard ha kmant bikri fl-ewwel semi-finali u wara ftit fetah tul vantagg minn Fanion Briangault u Foulque.  Madankollu l-favorit Gary d’Hautmoniere (C. Camilleri) ghamel progress b’sahhtu fid-dritta tal-faccata, rnexxielu jmur fuq quddiem madwar 400m mit-tmiem u spicca biex kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu quddiem Foulque u Darjeeling u Grelot Normand li kkwalifikaw ukoll, f’hin ta’ 1’16’5 fil-kilometru.


Espoir du Terme mbaghad ghamilhom seba’ rebhiet dak l-istagun meta faqqa l-attakk tieghu madwar nofs dawra mit-tmiem u spicca rebbieh b’nofs tul minn Florissant, segwit fil-finali minn Filou Clairchamp u Fonteny (li kienu fuq quddiem ghal parti mit-tigrija), f’hin ta’ 1’17’1 fil-kilometru.


It-tlett finali nzammu filghaxija ta’ nhar il-Gimgha 22 t’Awwissu biex b’hekk nizel is-siparju fuq dak li kellu jsir appuntament ewlieni fil-kalendarju tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta kull sitt xhur.


Dakinhar, il-korsa tal-Marsa laqghet il-mistednin distinti s-Sur Guillaume Maupas, ufficjal oghli tal-SECF (l-assocjazzjoni ghall-promozzjoni taz-zwiemel tat-trott Francizi), l-Eccellenza Tieghu s-Sur Patrick Chrismant, Ambaxxatur Franciz ghal Malta u l-Onor Ministru ghaz-Zghazagh u l-Arti, s-Sur Jesmond Mugliett, li flimkien as-Sur Anthony De Bono (Segretarju General ital-Malta Racing Club) ipprezentaw il-premjijiet lis-sidien rebbieha.


Il-partecipanti fil-finali tal-klassijiet F, G u H kienu tmienja f’din l-ordni:  Europeen du But, Eperon de Ranville, Elopior, Calin du Parquet, Eric de la Noemie, Fardoc, Bichon du Ravary u Dede de Mingot.


Hawnhekk kien Bichon du Ravary li zamm il-kmant ghall-bicca l-kbira tad-distanza sad-dritta tat-tmiem, meta z-ziemel ta’ 12-il sena Dede de Mingot misjuq minn France Cassar ipproduca sprint mill-isbah biex mar fuq quddiem 100m mit-tmiem u kiseb ir-raba’ rebha stagjonali u t-tielet wahda konsekuttiva tieghu f’1’18’4 fil-kilometru. Bichon du Ravary gie skwalifikat talli bidel il-pass fl-ahhar metri, biex Fardoc spicca fit-tieni post segwit minn Eric de la Noemie u Europeen du But.


Il-partecipanti fil-finali tal-klassijiet C, D u E final kienu sebgha:  Elan du Cottage, Edelweiss Staedly, El Toro, Comte de Billeron, Gregorio, Diatka de Pitz u Falcon Bey.


Fil-finali ghall-klassijiet C, D u E, Gregorio ha kmant bikri u baqa’ fuq qudiem ghall-bicca l-kbira tad-distanza.  Madankollu l-favoriti Comte de Billeron u Elan du Cottage ghamlu avvanz tajjeb fid-dritta tal-faccata u marru fuq quddiem.  Dawn iz-zewg zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem prattikament flimkien izda f’dak l-istadju z-ziemel ta’ 11-il sena Elan du Cottage misjuq mill-mibki George Schembri, kien superjuri b’mod car u pproduca sprint qawwi biex irregistra l-ghaxar rebha stagjonali tieghu f;hin tajjeb ta’ 1’16’7 fil-kilometru, quddiem l-istess Comte de Billeron, segwit minn Diatka de Pitz u Gregorio.


Fl-ahharnett, fil-finali l-aktar importanti, dik ghal zwiemel li jikkompetu fil-klassijiet A1, A u B, kellna tmien partecipanti:  Grelot Normand, Florissant, Espoir du Terme, Gary d’Hautmoniere, Filou Clairchamp, Darjeeling, Fontenoy u Foulque.


Fil-bidu Foulque ha vantagg zghir minn Fontenoy u Florissant.  Madankollu wara xi hin iz-ziemel ta’ quddiem bidel il-pass u gie skwalifikat biex b’hekk halla l-ewwel post ghall-outsider Florissant misjuq minn Andrew Farrugia li zamm il-kmant sat-tmiem, filwaqt li rrezista b’success l-attakk b’sahhtu tal-favorit Gary d’Hautmoniere fid-dritta tat-tmiem.  Fl-ahhar Florissant kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu fl-istess hin tal-finali ta’ qabel, cioe’ 1’16’7 fil-kilometru, quddiem l-istess Gary d’Hautmoniere, Fontenoy u Darjeeling.


Minghajr dubju, bicca mill-istorja tat-tigrijiet li ggib maghha hafna memorji u nostalgija ... issa z-zwiemel Francizi taghna jippreparaw ruhom biex inaqqxu post ghalihom fl-istorja ta’ dan il-kampjonat prestigjuz billi jisfidaw ghal post fil-finali tal-klassi rispettiva!  


Nawgurawlkom zewg laqghat ohra mill-aqwa fi tmiem din il-gimgha.