Friday 13th December 2013
Id-49, 50 u l-51 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 - it-13, 14 u 15 ta' Dicembru


 minn Magnat


Wara t-tahwid fil-programmi li rrizulta mit-temp mill-aghar ta’ gimghatejn ilu, se jinzammu tlett laqghat mill-aqwa tat-tigrijiet taz-zwiemel matul dan it-tmiem il-gimgha twil, nhar il-Gimgha 13 (festa pubblika – Jum ir-Repubblika) li tibda’ fis-1pm, u s-Sibt u l-Hadd it-tnejn b’bidu fis-1.30pm.  Il-laqgha tal-Gimgha tikkonsisti f’9 tigrijiet, b’kull wahda minn tas-Sibt u tal-Hadd tinkludi 10 tigrijiet.


Dawn il-laqghat jirriservawlna tlett attrazzjonijiet kbar, cioe’ l-finali tat-Tazza tal-President fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 2,640m nhar il-Gimgha, hames finali riservati ghal zwiemel tat-trott Francizi minn kull klassi tat-trott f’Malta fuq l-istess distanza nhar il-Hadd, u s-semi-finali tal-Equestrian Festival li se jinzammu nhar il-Gimgha, s-Sibt u l-Hadd ghal kull klassi tat-trott fuq id-distanza sprint ta’ 1,640m bil-finali taghhom jinzammu matul l-Equestrian Festival nhar il-Hadd 22 ta’ Dicembru.


Il-Finali tat-Tazza tal-President


Il-finali tat-Tazza tal-President ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier (minbarra zwiemel Francizi) tipprezenta hdax-il partecipant (disa’ zwiemel imsewwija, stalljun wiehed u debba wahda) gejjin mill-Isvezja, l-Germanja u l-Italja u f’etajiet ta’ bejn 7 u 13-il sena:


1. Shakira Trot, Svediza ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,477,200 u l-ahjar hin ta’ 1’12’0 fil-kilometru.  Hija kisbet hames rebhiet (inkluz il-Kampjonat tas-Sajf ghall-Klassi Premier ta’ Lulju li ghadda) u seba’ pjazzamenti fl-20 tigrija taghha f’Malta, bl-ahjar hin fostna ta’ 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,140m (1’15’4 fil-kilometru fuq 2,640m).


2. True Q, Svediz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,380,088 u l-ahjar hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru.  Huwa rregistra sitt rebhiet u ghaxar pjazzamenti minn mindu ghamel id-debutt tieghu f’Malta f’Settembru 2011, bl-ahjar hin ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,640m.


3.  Cloria Victis, Svediz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,336,703 u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru.  Huwa ppjazza fiz-zewg tigrijiet tieghu f’Malta s’issa, bl-ahjar hin ta’ 1’15’2 fil-kilometru fuq 2,140m (1’15’9 fil-kilometru fuq 2,640).


4.  Poppes Fighter, Svediz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK973,600 u l-ahjar hin ta’ 1’12’8 fil-kilometru.  Huwa ghandu rebha u hames pjazzamenti mill-15-il tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin ta’ 1’15’6 fil-kilometru fuq 2,640m.


5.  The Bad Rock, Svediz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,228,450 u l-ahjar hin ta’ 1’13’5 fil-kilometru.  Huwa rebah darbtejn mill-erba’ tigrijeit tieghu f’Malta, bl-ahjar hin ta’ 1’15’8 fil-kilometru fuq 2,640m.


6.  Veikko Hornline, Svediz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK642,150 u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru.  Huwa rregistra zewg rebhiet u hdax-il pjazzament minn mindu ghamel id-debutt tieghu fostna f’Marzu 2012 u ghandu l-ahjar hin lokalment ta’ 1’14’8 fil-kilometru fuq 2,140m (1’16’3 fil-kilometru fuq 2,640m).


7.  Rocky Composite, Svediz ta’ 7 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK580,600 u l-ahjar hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru.  Huwa kiseb rebha u pjazzament fiz-zewg tigrijiet tieghu f’Malta u ghandu l-ahjar hin fostna ta’ 1’16’6 fil-kilometru fuq 2,640m.


8.  Arnie Sensation, Svediz ta’ 13-il sena, li ghandu 13-il rebha (inkluzi MRC Premier Trot, il-Gran Finali VOB u l-Kampjonat tas-Sajf – klassi Premier, kollha f’Gunju/ Lulju 2009) u 27 pjazzament minn mindu ghamel id-debutt tieghu fostna f’Marzu 2009.  L-ahjar hin tieghu f’Malta huwa 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,140m (1’15’5 fil-kilometru fuq 2,640m).


9. Gently di Poggio, Taljan ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 156,263 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru.  Huwa ghandu pjazzament miz-zewg hargiet tieghu f’Malta u l-ahjar hin ta’ 1’16’0 fil-kilometru fuq 2,140m (1’18’6 fil-kilometru fuq 2,640m).


10. Midnight Passion, Svediz ta’ 7 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK447,250 u l-ahjar hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru.  Huwa kiseb sitt rebhiet mit-tmien tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’5 fil-kilometru fuq 2,140m (1’17’1 fil-kilometru fuq 2,640m).


11.  Zalgado Transs R, Germaniz ta’ 7 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ NOK604,684 u l-ahjar hin ta’ 1’12’8 fil-kilometru.  Huwa ghandu pjazzament fl-uniku tigrija tieghu f’Malta s’issa b’hin ta’ 1’17’3 fil-kilometru fuq 2,640m.


B’36 rebha u 65 pjazzament bejniethom, dawn iz-zwiemel zgur li se jipprezentawlna spettaklu mill-aqwa li jwassal ghar-rebbieh ta’ dan il-kampjonat prestigjuz.


Il-premijiet ta’ flus totali ghal din il-finali tammonta ghal 3,950 ewro, bir-rebbieh jircievi 2,200 ewro.


Aktar importanti li wiehed jinnota li din il-laqgha se tinzamm taht il-patrocinju distint tal-Eccellenza Tieghu il-President ta’ Malta, Dott George Abela, li se jsegwi din il-finali mill-korsa, jigi pprezentat lis-sewwieqa u jipprezenta l-premjijiet lis-sid u lis-sewwieq taz-ziemel rebbieh u lil dawk taz-zwiemel li jippjazzaw.


Il-Finali SECF


Il-finali tal-Prix de Vincennes riservata ghal zwiemel tat-trott Francizi tal-klassi Premier tipprezenta sett ta’ zwiemel daqstant spettakulari.  Lista maghmula esklussivament minn zwiemel imsewwija, f’etajiet ta’ bejn 9 u 12-il sena, li sebgha minnhom ghamlu d-debutt taghhom din is-sena, tnejn is-sena l-ohra u wiehed fl-2011:


Noel Baldacchino huwa r-rebbieh tal-unur tas-Sewwieq tax-Xahar tal-Malta Racing Club ghal Novembru.  Din id-decizjoni ttiehdet abbazi tar-rebha internazzjonali storika li rregistra fil-korsa leggendarja ta’ Vincennes f’Parigi nhar it-30 ta’ Novembru, fil-Prix des Rencontres Internationales du Trotteur Francais, fuq Puy de Sancy – ara aktar l-isfel.


1.  Original Blue, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 213,230 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’1 fil-kilometru.  Huwa ghandu rebha u erba’ pjazzamenti mit-tmien tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’5 fil-kilometru fuq 2,640m.


2.  Ohime Mag, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 248,250 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’8 fil-kilometru.  Huwa ghandu tlett rebhiet u erba’ pjazzamenti mill-10 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’13’5 fil-kilometru fuq 2,140m (1’14’8 fil-kilometru fuq 2,640m).


3. Okilaibo, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 237,460 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru.  Huwa kiseb hames rebhiet (inkluzi l-finali tal-Prix de Vincennes u tat-Tazza VOB ta’ Gunju) u 7 pjazzamenti mit-12-il tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin assolut tieghu jigi registrat hawn Malta ta’ 1’13’7 fil-kilometru fuq 2,140m (1’14’6 fil-kilometru fuq 2,640m).



4.  Oltedo de Rieux, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 183,230 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’5 fil-kilometru.  Huwa rebah darbtejn u ppjazza hames darbiet ohra mit-12-il tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin ta’ 1’15’2 fil-kilometru fuq 2,640m.


5. Pacha de la Frette, ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 358,284 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’0 fil-kilometru.  Huwa ppjazza fl-uniku tigrija tieghu f’Malta s’issa, b’hin ta’ 1’15’5 fil-kilometru fuq 2,640m.


6.  Orion du Vaumicel, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 147,570 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’9 fil-kilometru.  Huwa rebah 3 darbiet u ppjazza 13-il darba ohra mid-debutt tieghu fostna f’Mejju 2012 bl-ahjar hin ta’ 1’15’4 fil-kilometru fuq 2,640m.


7.  Nevaio des Bordes, ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 451,217 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’11’9 fil-kilometru.  Huwa rebah 5 darbiet u ppjazza 5 darbiet ohra minn mindu ghamel id-debutt tieghu f’Malta f’Novembru 2011, bl-ahjar hin ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,140m (1’15’1 fil-kilometru fuq 2,640m).


8.  Orgueil de Nganda, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 513,090 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’1 fil-kilometru.  Huwa ghandu pjazzament wiehed mill-erba’ tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’2 fil-kilometru fuq 2,640m.


9.  Quelino d’Amour, ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 195,162 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’5 fil-kilometru.  Huwa ghandu zewg pjazzamenti mill-erba’ tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’2 fil-kilometru fuq 2,640m.


10.  Ourasi Diams, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 229,680 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’6 fil-kilometru.  Dan iz-ziemel ippjazza seba’ darbiet mit-12-il tigrija tieghu f’Malta, u rregistra l-ahjar hin tieghu ta’ 1’15’2 fil-kilometru tlett darbiet, darbtejn fuq 2,140m u darb’ohra fuq 2,640m.


B’xejn inqas minn 19-il rebha u 49 pjazzament bejniethom, u bil-partecipanti kollha jkollhom l-ahjar hin f’Malta ta’ 1’15’5 fil-kilometru jew ahjar, dawn iz-zwiemel ghandhom jipprovdulna finali ohra fantastika!


Il-premjijiet ta’ flus totali ghal din il-finali jammontaw ghal 4,150 ewro, bir-rebbieh jircievi 2,400 ewro.


Il-laqgha ta’ nhar il-Hadd tinkludi wkoll erba’ finali ohra mill-isbah riservati ghal zwiemel tat-trott Francizi f’kull wahda mill-klassijiet Gold, Silver, Bronze u Copper, kollha fuq 2,640m.  Dawn it-tigrijiet huma kollha mill-aktar ibbilancjati b’garanzija ta’ rizultati missielta, eccitanti u ncerti.


Bhala ezempju, l-finali tal-klassi Gold (Prix d’Enghien) tghaqqad disa’ zwiemel imsewwija f’etajiet ta’ bejn 8 u 12-il sena, li ghandhom rebh barra minn xtutna li jvarja bejn 105,295 ewro u 182,730 ewro fil-karriera taghhom barra minn Malta.  Bejniethom huma s’issa rebhu 19-il tigrija u ppjazzaw 53 darba ohra.  Dawn huma:


Oiellet de Phens (rebha wahda f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’16’0 fil-kilometru),




Rapide du Matin (2 pjazzamenti f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’16’3 fil-kilometru),


Prince Gaillard (6 pjazzamenti f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’3 fil-kilometru),


Onyx Lucernais (3 rebhiet u 6 pjazzamenti f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’9 fil-kilometru),


Oolong (2 rebhiet u 11-il pjazzament f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’6 fil-kilometru),


Orage du Pont (8 rebhiet u 11-il pjazzament f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’3 fil-kilometru),


Orion de Chapeau (2 rebhiet u 7 pjazzamenti f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’1 fil-kilometru),


Pepito Flash (rebha wahda f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’16’4 fil-kilometru),


Nitesco d’Antony (2 rebhiet u 10 pjazzamenti f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’3 fil-kilometru).  


L-Equestrian Festival 


 



It-tigrijiet l-ohra ta’ dan it-tmiem il-gimgha huma semi-finali bi preparazzjoni ghall-finali tal-Equestrian Festival li se jinzamm nhar il-Hadd 22 ta’ Novembru.


Is-semi-finali se jsiru nhar il-Gimgha, s-Sibt u l-Hadd f’sitt kampjonati, wiehed ghal kull klassi tat-trott, bil-klassi Silver tkun maqsuma fi tnejn, cioe’ Silver A u Silver B.  Id-distanza tat-tigrijiet hija dik sprint ta’ 1,640m.


Naturalment, l-attrazzjoni principali fost dawn is-semi-finali tmur fuq it-tnejn tal-klassi Premier li jinkludu 12 u 11-il partecipant rispettivament, bl-ewwel hamsa minn kull wahda jghaddu ghall-finali.


Fost dawn iz-zwiemel insibu r-ritorn tar-rebbieha ta’ kampjonati fil-passat Livi Cantona u Troy Boshoeve wara ftit zmien mhux hazin, ir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira ta’ din is-sena Nabab du Chatelet, Made In Hoff u Absolut Spender li t-tnejn gejjin minn rebha tajba u Knockout Molar li gej minn pjazzament tajjeb fit-tieni post, diversi zwiemel popolari bhal Oran, Sultan November, Vanmaker Limburgia u hafna ohrajn, kif ukoll id-debuttant Svediz ta’ 7 snin Vejby Boom.


Diversi zwiemel godda mistennija jiddebuttaw ukoll f’dawn is-semi-finali.  Dawn huma l-Francizi Petit Brazille, Presidential u Quintet du Vivier u l-Isvediz Joss QC fil-klassi Gold, l-iSvediza Ami Blou, l-Germaniza Damita u l-Olandiza Famous Faberge fis-semi-finali tal-klassi Silver A, l-Franciz Riboul Penalan u l-Olandiza Zizazimoko fis-semi-finali Silver B, l-Olandiza Adream Wish u l-iSvediz Mystic River fil-klassi Bronze, u l-Olandiz Dreamed Victory fil-klassi Copper.


Minbarra dawn it-tigrijiet, bhalma jixraq lill-imsemmija zewg finali, dawn il-laqghat se jinkludu wkoll spettaklu brillanti ghall-familja kollha bhalma l-Malta Racing Club huma mdorri jipprezenta ghall-aqwa gost tal-ispettaturi!


 


Sewwieq tax-Xahar - Novembru



Noel Baldacchino huwa r-rebbieh tal-unur tas-Sewwieq tax-Xahar tal-Malta Racing Club ghal Novembru.  Din id-decizjoni ttiehdet abbazi tar-rebha internazzjonali storika li rregistra fil-korsa leggendarja ta’ Vincennes f’Parigi nhar it-30 ta’ Novembru, fil-Prix des Rencontres Internationales du Trotteur Francais, fuq Puy de Sancy – ara aktar l-isfel.



Noel kellu wkoll xahar ferm pozittiv hawn Malta meta rebah sitt tigrijiet u ppjazza f’ghaxra ohra mis-36 tigrija li kkompeta fihom.  Huwa rebah fuq Max Advice, Missionimpossible, Polytain u Petit Veinard kollha fil-klassi Bronze u fuq Ocean Brillouard u Quozak Prior fil-klassi Silver.


Prosit tassew Noel ghar-rebh ta’ dan l-unur!


Nirringrazzjaw ukoll minn qalbna lil Equine Supreme talli gentilment issupportjaw din l-inizjattiva billi sponsorjaw l-edizzjoni ta’ Novembru.


L-Innu Malti taht is-sema ta’ Parigi



Gismi ghadu jitlaqghli xewk xewk hekk kif niftakar fl-emozzjonijiet li ghaddew minn mohhi u minn qalbi hekk kif il-kontingent zghir Malti (tuzzana min-nies) waqaf dritt u sema’ kbira n-noti tal-Innu Malti biz-zona tar-rebbieha fil-korsa ta’ Vincennes gimghatejn ilu.


Il-memorji tieghu ta’ dik is-serata mill-isbah tat-30 ta’ Novembru jithalltu bejniethom izda kollha huma memorji mill-isbah.


Dehlin fil-kumpless maestuz tal-korsa ta’ Vincennes bil-facilitajiet tieghu kollha u l-art klassika sewda.  Imbaghad dehlin fl-istalel tal-korsa biex immorru naghtu daqqa t’ghajn lejn iz-ziemel li Noel ittella’ biex isuq.


Iz-ziemel imsewwi ta’ ghaxar snin Puy de Sancy, wiehed mill-partecipanti l-aktar favoriti f’din it-tigrija internazzjonali qed jistenna fl-istalla 92 wara li vvjagga distanza pjuttost twila sakemm wasal Parigi mill-istalla tieghu fin-Normandija, mdawwar mit-trejner tieghu Stephane Provoost, martu u t-tarbija taghhom.


Iz-ziemel huwa kwiet u gentili u difficli tifhem kif dan se jittrasforma ruhu f’kompetitur mill-aktar veloci galadarba tibda’ t-tigrija.  Isaac, l-iben zghazugh ta’ Noel imelles u jbus liz-ziemel, xi haga li dan ta’ l-ahhar jidher li qed japprezza.


Nitkellmu mat-trejner li jaghti lil Noel xi indikazzjonijiet utli rigward it-tishin taz-ziemel u l-karatteristici tieghu fit-tigrija.


B’mod partikulari huwa jinnota li z-ziemel jista’ jibda’ jippejsja waqt it-tahrig u meta jkun sejjer wara l-karozza tat-tluq, izda huwa krucjali li s-sewwieq ma jigbdux lura u li jhallih jaqleb ghat-trott wahdu sakemm tibda’ t-tigrija.


Iz-zmien qisu jieqaf hekk kif nistennew tigrija wara l-ohra sakemm jasal il-hin li jibda’ t-tishin.  Fil-frattemp, it-trejner ikompli jipprepara z-ziemel, li jidher pjuttost eccitat u jirtoghod xi ftit fl-istennija ghat-tigrija.  Mohhi jmur lura aktar minn 30 sena ilu, meta bhala tifel staqsejt lil sid ta’ ziemel tat-trott fil-korsa tal-Marsa jekk iz-ziemel iknux jaf meta jrid itellaq u huwa rrispondieni bil-kliem “Jaf daqs kemm inkun naf jien meta nkun sejjer ghax-xoghol.”


Fl-ahhar isir il-hin li naraw it-tishin taz-ziemel.  Noel jaqbez fis-serkin u jsuq liz-ziemel bil-mod lejn id-dahla tal-korsa.  Huwa jaghmel it-tishin bil-mod kif issuggerielu t-trejner u jgib lura z-ziemel minghajr problemi ta’ xejn.


Nahseb bejni u bejn ruhi “Issa jonqos biss li nistennew it-tigrija”.  Hija s-seba’ tigrija fil-programm.



Fl-ahhar, iz-zwiemel jingabru wara l-karozza u jigu taht l-ordnijiet tal-istarter.  Jinsabu l-boghod mhux hazin mill-ispettaturi u ghalhekk ikollna nsegwuhom fuq l-iskrijn il-kbir tal-korsa.


Hafna mill-kontingent Malti jingabru fuq it-tarag biex jaraw it-tigrija flimkien izda jiena nixtieq li nkun aktar qrib l-azzjoni u mmur mar-rejls faccata tal-gister.


Fl-ahhar il-karozza zzid fil-velocita' u z-zwiemel jitilqu!


Wara li kulhadd ipprova jfittex l-ahjar pozizzjonijiet fil-bidu tat-tigrija, l-favorit nett Prieure’ jmur fuq quddiem u jiehu r-rejls, misjuq mill-Franciz campjin tad-dinja Pierre Vercruysse fit-tigrija fuq distanza qasira ta’ 2,100m.  Huwa jinsab segwit minn Quartino fuq in-naha ta’ gewwa filwaqt li Noel qed isegwi lil Prieure’ u jmur tnejn fuq barra fit-tielet post.


It-tigrija tkompli minghajr ebda tibdil fil-postijiet ta’ quddiem.  Puy de Sancy jinsab dejjem jigri tnejn fuq barra u jiena nsib ruhi nahseb jekk hux se jirnexxielu jzomm il-pass mid-“dead seat” – imnalla li Puy de Sancy jidher li qed jigri b’mod komdu u li d-distanza tat-tigrija hija relattivament qasira.


Hekk kif iz-zwiemel joqorbu lejn l-ahhar kurva ta’ Vincennes u mbaghad ghal god-dritta tat-tmiem, jiena nipprova niggebbed biex ikollu veduta ahjar taz-zwiemel.  Prieure’ jidher qed izid il-pass u jinqata’ aktar miz-zwiemel immedjatament warajh, Quartino jinsab dejjem fit-tieni post fuq in-naha ta’ gewwa, filwaqt li Puy de Sancy jidher li qisu qata’ xi ftit lura.


Izda hekk kif jidhlu fid-dritta tat-tmiem, Puy de Sancy misjuq b’mod meraviljuz minn Noel Baldacchino f’daqqa wahda jzid il-pass u jibda’ jqerreb lejn iz-ziemel ta’ quddiem.  L-accelerazzjoni tieghu hija wahda fantastika u jiena nispicca nitlob li ma jaqlibx ghax huwa jinsab qrib almenu ta’ pjazzament tajjeb.


Puy de Sancy ikompli gej b’sahhtu mghejjun u sostenut minn Noel; jiena qed nghajjat kemm niflah hekk kif iz-zwiemel qed jisprintjaw fid-dritta, l-vuci tieghi mitlufa fost dawk tal-folla kbira fil-korsa, biz-zwiemel gejjin dejjem aktar qrib!  Puy de Sancy jmur fuq quddiem xi 30 metru biss mit-tmiem – kwazi ezatt quddiemi – sfidat bis-sahha minn Quassia du Bon Air li spicca b’sahhtu, izda z-ziemel “taghna” jidher li rnexxielu jirbah b’ras.


Ghal sekonda twila jiena m’inix cert, konfuz fuq jekk il-“photofinish” hux se jikkonferma dak li rajt, sakemm indur u nara l-kontingent Malti kollu jiccelebra, jaqbez, jitghannaq flimkien u mbaghad fuq l-iskrijn il-kbir ritratt enormi ta’ Noel liebes il-kuluri nazzjonali Maltin fuq is-serkin taz-ziemel rebbieh.  M’hemmx dubbju issa, wasal il-mument li jibdew ic-celebrazzjonijiet!


U mbagahad ghal go z-zona tar-rebbieha f’Vincennes; xi haga li qatt ma hlomt li setghet tigri.  Ritratti tal-okkazjoni maz-ziemel, mat-trejner u mal-kontingent Malti, Noel jitla’ fuq il-podju, u jigi ntervistat mill-kummentatur Franciz.


Imbaghad il-prezentazzjoni tat-trofew u Noel jgholli t-trofew tar-rebbieh fost ic-capcip tal-folla.


Fl-ahhar l-innu nazzjonali taghna – nispicca nahseb jekk din hix Parigi jew Malta.  Hadd ma jista’ jemmen, kulhadd huwa emozzjonat hekk kif inharsu lejn is-sewwieq taghna fic-centru tal-podju u l-korsa kollha silenzjuza ghan-noti tal-Innu Malti.


X’unur ghal pajjiz zghir bhal taghna!  X’gurnata mill-isbah ghat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta u ghall-isport Malti; ghal dejjem f’mohh u f’qalb dawk li kienu hemm u tant ohrajn li kienu qed isegwu t-tigrija minn Malta – sewwieq Malti jirbah fit-tempju tat-trott, Vincennes.  It-tieni darba wara li Andrew Pace ghamel l-istorja b’Espoir du Terme fl-2001.  Prosit tassew Noel u Andrew!



 


Nawgurawlkom tlett laqghat ohra mill-isbah matul dan it-tmiem il-gimgha twil.