Wednesday 9th June 2010
Just The Best jirbah il-Mediterranen Derby 2010

Just the Best, ziemel Franciz ta' sitt snin, rebnah it-tazza prestigjuza - Il-Mediterranean Derby, tigrija li kienet fuq distanza ta' 1,750m.

Misjuq min Ramon Grima, Just The Best irnexxilu jirregistra it-tieni rebha konsekuttiva ta' dan it-trofew.

Din is-sena il-Med Derby giet organizzata ukoll bis-sahha tas-support finanzjarju tal-kumpanija Fairplay Bingo.

It-tigrija kienet ikkontestata min tmient iz-zwiemel. Lucky Friendly (Oliver Briffa) telaq quddiem fil-bidu ta' din it-tigrija, segwit minn Mean Mr Mustard (Demis Zammit). Just The Best (Ramon Grima)zied fl-ahhar 400m biex mar quddiem u spicca l-ewwel quddiem Lordswood (Eric Zammit) u Laparissienne (Paul Abela). Il-hin ufficjali tat-tigrija kien dak ta' 1'49.5".

Ic-Chairman tal-Club Dr Matthew Brincat ipprezenta it-trofew lir-rebbieha, il-jockey Ramon Grima u s-sid Mr John Farrugia.