Sunday 22nd December 2013
52nd horse-racing meeting 2013 – 22nd December

 by Magnat



Se tinzamm laqgha ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel nhar il-Hadd 22 ta’ Dicembru li tibda’ fis-1.30pm.  Din hija laqgha specjali li qed tinzamm fil-kuntest tal-Equestrian Festival u li tinkludi biss seba’ tigrijiet, li pero’ kull wahda minnhom hija finali.  Sitta mit-tigrijiet huma riservati ghal zwiemel tat-trott bit-tigrija l-ohra tkun tigrija tal-galopp.


It-tigrijiet huma kollha fuq distanzi sprint, biz-zwiemel tat-trott jigru fuq id-distanza ta’ 1,640m u dawk tal-galopp fuq 1,250m.


Fl-isfera tat-trott, ghandna finali ghal kull klassi, cioe’ Premier, Gold, Silver A, Silver B, Bronze u Copper.


Finali tat-trott tal-Equestrian Festival


L-attrazzjoni l-kbira hija naturalment il-finali ghall-klassi Premier.  Hawnhekk id-disa’ finalisti kollha (6 zwiemel imsewwija, 2 dwieb u stalljun wiehed) gejjin minn prestazzjoni brillanti u hin splendid fis-semi-finali u rebhu 18-il darba u ppjazzaw (bejn it-tieni u r-raba’) 38 darb’ohra, biex b’hekk jippromettu finali tassew missielta.


Din hija tigrija tassew internazzjonali b’xejn inqas minn sitt pajjizi rapprezentati, cioe’ d-Danimarka, l-Germanja, Franza, l-Italja, l-Olanda u l-iSvezja, bl-etajiet taz-zwiemel jkunu relattivament zghar ghal Malta, ta’ bejn 7 u 12-il sena.   Il-lista shiha hija kif gej:


1. Totti T. Dream, Svediz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,965,853 u l-ahjar hin ta’  1’11’5 fil-kilometru.  Huwa rebah darba mill-hames tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin fostna ta’ 1’13’1 fil-kilometru fuq 1,640m, li huwa l-ahjar hin nazzjonali kongunt fuq id-distanza. 


2. Madam di Poggio, Taljana ta’ 7 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 90,325 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’2 fil-kilometru.  Hija ppjazzat darbtejn mit-tlett tigrijiet taghha f’Malta bl-ahjar hin fostna ta’ 1’14’1 fil-kilometru fuq 1,640m.


3. Absolut Spender, Svediz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK686,713 u l-ahjar hin ta’ 1’12’8 fil-kilometru.  Huwa ghandu erba’ rebhiet u 3 pjazzamenti mit-13-il tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin lokali ta’ 1’13’7 fil-kilometru fuq 1,640m.


4. Vejby Boom, Svediz ta’ 7 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK676,390 u l-ahjar hin ta’ 1’11’6 fil-kilometru.  Huwa ghandu pjazzament fl-uniku tigrija tieghu f’Malta s’issa, b’hin ta’ 1’13’7 fil-kilometru.


5.  Vanmaker Limburgia, Germaniz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK977,418 u l-ahjar hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru.  Huwa ghandu 7 pjazzamenti mit-12-il tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin fostna ta’ 1’14’0 fil-kilometru fuq 2,140m (1’14’2 fil-kilometru fuq 1,640m).


6.  Oran, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 347,910 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’11’7 fil-kilometru.  Huwa kiseb zewg rebhiet u erba’ pjazzamenti mit-12-il tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin lokalment ta’ 1’14’1 fil-kilometru fuq 1,640m.


7.  Sultan November, Germaniz ta’ 9 snin,  b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK582,179 u l-ahjar hin ta’ 1’11’8 fil-kilometru.  Huwa kiseb tlett rebhiet u ghaxar pjazzamenti mill-20 tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin fostna ta’ 1’14’0 fil-kilometru fuq 1,640m. 


8.  Made In Hoff, Daniza ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ NOK506,540 u l-ahjar hin ta’ 1’13’1 fil-kilometru.  Hija ghandha rebha u pjazzamenti fl-4 tigrijiet taghha f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru fuq 1,640m.


9.  Zilver Boko, Olandiz ta’ 7 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK235,743 u l-ahjar hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru.  Huwa kiseb seba’ rebhiet (inkluza l-finali tat-Tazza Sette Giugno tal-2012) u ghaxar pjazzamenti mill-21 tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’13’7 fil-kilometru fuq 1,640m.


Il-premjijiet fi flus totali ghal din il-finali jammontaw ghal 2,350 ewro, bir-rebbieh jircievi 1,300 ewro.


Il-hames finali l-ohra tal-Equestran Festival huma wkoll mill-aktar ecitanti b’uhud mill-aktar zwiemel f’forma tajba f’Malta jippartecipaw fihom.  Bhala ezempju naghtu daqqa t’ghajn ukoll lejn il-partecipanti fil-finali tal-klassi Gold, li huma 9 zwiemel imsewwija, stalljun u debba f’etajiet ta’ bejn 7 u 12-il sena, li s’issa rebhu 27 tigrija u ppjazzaw 62 darba ohra bejniethom hawn Malta.  Dawn huma:


1. Charm Hammering, Svediz ta’ 8 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK301,400 li ghandu sitt rebhiet u seba’ pjazzamenti f’Malta bl-ahjar hin assolut tieghu jkun rejalizzat hawn, cioe’ 1’13’4 fil-kilometru fuq 1,640m.


2. Paleo des Cascades, Franciz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 180,340 ewro li ghandu pjazzament f’Malta bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’8 fil-kilometru fuq 1,640m.


3. Phenix de la Roque, French ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 131,800 ewro u li kiseb tlett rebhiet u sitt pjazzamenti f’Malta bl-ahjar hin assolut tieghu jkun rejalizzat hawn, cioe’ 1’14’6 fil-kilometru fuq 1,640m.


4. Skip Dimanche, Svediz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK961,750, rebbieh ta’ tigrija wahda kif ukoll 10 pjazzamenti f’Malta bl-ahjar hin fostna ta’ 1’13’8 fil-kilometru fuq 1,640m.


5. Zandina Boshoeve, Svediza ta’ 7 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 25,660 ewro, li kisbet tlett rebhiet u seba’ pjazzamenti f’Malta bl-ahjar hin assolut taghha jkun registrat hawn, cioe’ 1’13’9 fil-kilometru fuq 1,640m. 


6. Niky de Memartin, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 195,780 ewro, bi 11-il pjazzament f’Malta u bl-ahjar hin assolut tieghu jkun registrat hawn, cioe’ 1’14’5 fil-kilometru fuq 1,640m. 


7. Nagano Phedo, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 123,530 ewro, li ghandu 8 rebhiet u 6 pjazzamenti f’Malta bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’2 fil-kilometru fuq 1,640m.


8. Reader Jyl, Franciz ta’ 8 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 108,870 ewro, b’2 rebhiet f’Malta u l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’6 fil-kilometru fuq 1,640m.


9.  Ouf Boy, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 197,280 ewro, b’6 pjazzamenti f’Malta u li rregistra l-ahjar hin assolut tieghu hawnhekk, cioe’ 1’13’6 fil-kilometru fuq 1,640m.


10. Power Night Star, Svediz ta’ 8 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK569,570, li kiseb 3 rebhiet u 4 pjazzamenti f’Malta u rrejalizza l-ahjar hin assolut tieghu fostna, cioe’ 1’14’1 fil-kilometru fuq 1,640m.


11. Pan des Couperies, Franciz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 116,460 ewro, li rebah darba u ppjazza 4 darbiet ohra f’Malta u bl-ahjar hin tieghu hawnhekk ta’ 1’14’0 fil-kilometru fuq 1,640m. 


Lista ohra ta’ partecipanti tassew impressjonanti!


Nistennew tigrijiet eccitanti anki fl-erba’ finali l-ohra li l-karatteristici ewlenin taghhom huma:


(i) Silver A: 12-il partecipant (8 zwiemel imsewwija u 4 dwieb), gejjin minn Franza, l-Germanja, l-iSvezja u l-Istati Uniti, u f’etajiet ta’ bejn 5 u 12-il sena;


 (ii) Silver B: 10 partecipanti (9 zwiemel imsewwija u debba) gejjin minn Franza u l-iSvezja u f’etajiet ta’ bejn 6 u 12-il sena;


(iii) Bronze: 10 partecipanti (6 zwiemel imsewwija, 2 stalljuni u 2 dwieb) gejjin mid-Danimarka, Franza u l-iSvezja u f’etajiet ta’ bejn 6 u 15-il sena;


 (iv) Copper: 12-il partecipant (9 zwiemel imsewwija u 3 dwieb) gejjin mid-Danimarka, Franza, l-Germanja u l-iSvezja u li ghandhom l-ikbar differenza fl-etajiet, cioe’ bejn 5 u 17-il sena.


Coronation Cup ghal zwiemel tal-galopp


It-tigrija l-ohra ewlenija f’dan l-Equestrian Festival hija l-finali tal-Coronation Cup ghaz-zwiemel tal-galopp – unur bi storja twila u prestigjuza, l-aqwa unur f’Malta fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m.  F’din it-tigrija nsibu sitt partecipanti (2 zwiemel imsewwija, 2 dwieb u 2 stalljuni) fl-azzjoni gejjin mill-Germanja, l-Irlanda u l-Istati Uniti f’etajiet ta’ bejn 3 u 7 snin.  Dawn huma:


1. Kimberley Downs, Amerikan ta’ 7 snin, rebbieh ta’ 11-il tigrija (nkluzi l-Mediterranean Derby u l-Johnnie Walker Cup ta’ din is-sena) u pjazzament, mill-14-il tigrija tieghu f’Malta. 


2. Timolin, Germaniz ta’ 6 snin, rebbieh ta’ 6 tigrijiet kif ukoll 9 pjazzamenti ohra (it-tieni jew it-tielet), mill-15-il tigrija tieghu f’Malta. 


3. Enthrall, Irlandiza ta’ 4 snin, rebbieha ta’ wahda miz-zewg tigrijiet taghha f’Malta.


4. Darielli, Amerikan ta’ 6 snin, b’2 rebhiet u erba’ pjazzamenti mid-9 tigrijiet tieghu f’Malta. 


5. Diamante Grande, Irlandiz ta’ 4 snin, b’rebha u pjazzament mill-5 tigrijiet tieghu f’Malta. 


6. Gold As Good, Irlandiza ta’ 3 snin, li ppjazzat f’kull wahda mit-3 tigrijiet taghha f’Malta. 


Jiena dejjem inkun nistenna l-laqghat ta’ tigrijiet ta’ Dicembru, ghax dan huwa wiehed mill-aqwa zmenijiet tal-istagun, b’semi-finali jew finali prattikament f’kull laqgha.  Din il-gimgha mhix eccezzjoni kemm rigward iz-zwiemel tat-trott kif ukoll dawk tal-galopp hekk kif ninkurunaw l-aqwa zwiemel fuq id-distanzi sprint.  Din il-laqgha ghandha wkoll l-attrazzjoni mizjuda li tifforma parti mill-Equestrian Festival li jdum gurnata shiha, festa ta’ zwiemel u ta’ dawk kollha konnessi maghhom, li tmur ferm lil hinn mit-tigrijiet!


 


L-ahhar laqghat



Il-qofol tal-ahhar tlett laqghat kienu bla dubju l-finali ghat-Tazza tal-President fit-13 ta’ Dicembru, l-finali SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi fil-15 ta’ Dicembru u s-semi-finali tal-Equestrian Festival fit-13, 14 u 15 ta’ Dicembru.



Cloria Victis ha kmant bikri fil-finali tat-Tazza tal-President fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 2,640m segwit ghal zmien pjuttost twil minn True Q, fost l-ohrajn.  Madankollu, l-azzjoni ewlenija waslet fid-dritta tal-faccata hekk kif Cloria Victis l-ewwel kabbar id-distakk tieghu izda mbaghad rajna zieda fil-velocita’ ta’ diversi zwiemel l-aktar Poppes Fighter, Gently the Poggio u The Bad Rock li waslu ferm qrib taz-ziemel ta’ quddiem nofs dawra mit-tmiem.



Hekk kif iz-zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem kellna xejn inqas minn erba’ zwiemel kwazi f’linja wahda, Cloria Victis mar-rejls, Poppes Fighter hdejh, Gently di Poggio tlieta fuq barra u The Bad Rock erba’ fuq barra.  It-Taljan ta’ 10 snin Gently di Poggio ta’ Brian Zammit spara fuq quddiem inqas minn 200m mit-tmiem u sprintja b’mod meraviljuz sal-gister, biex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta u t-13-il edizzjoni tat-Tazza tal-President, aktar minn tul quddiem The Bad Rock, segwit minn Cloria Victis, Midnight Passion u Poppes Fighter.


Il-hin tat-tigrija kien dawk fantastiku ta’ 1’14’4 fil-kilometru, l-ahjar hin fuq din id-distanza mit-tieni darba li Joker de Choisel ghamel ir-rekord nazzjonali fl-1 ta’ Gunju 2008.  Il-President ta’ Malta l-Eccellenza Tieghu Dott George Abela, li segwa t-tigrija mill-korsa ghamel il-prezentazzjoni lis-sidien/ sewwieqa tal-ewwel erba’ zwiemel.


Nhar il-Hadd, l-attrazzjonijiet ewlenin kienu hames finali mill-kampjonati SECF ghaz-zwiemel tat-trott Francizi ukoll fuq id-distanza ta’ 2,640m.


Fil-finali l-aktar importanti, l-Prix de Vincennes (klassi Premier), kien Pacha de la Frette li ha kmant bikri segwit minn Orion du Vaumicel u Orgueil de Nganda.  Wara li gera fl-ahhar post ghall-bicca sew mit-tigrija, madwar 1,200m mit-tmiem Okilaibo hareg fuq in-naha ta’ barra biex malajr baqa’ tiela’ sakemm wasal qrib taz-ziemel ta’ quddiem.



Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sa madwar nofs dawra mit-tmiem meta Okilaibo mar fuq quddiem segwit tlieta fuq barra minn Ohime Mag misjuq minn Ronald Cassar.  Id-dritta tat-tmiem kienet taqbida ecitanti bejn Okilaibo u Ohime Mag b’dan tal-ahhar johrog fuq quddiem madwar 150m mit-tmiem biex baqa’ sejjer lejn ir-raba’ rebha stagjonali tieghu u l-Prix de Vincennes f’hin ta’ 1’14’9 fil-kilometru, aktar minn tul u nofs quddiem Okilaibo, segwit minn Oltedo de Rieux, Quelino d’Amour u Orgueil de Nganda f’dik l-ordni.


Prince Gaillard mar fuq quddiem kmieni fil-finali tal-Prix d’Enghien (klassi Gold), izda wara l-ewwel nofs dawra huwa nqabez minn Pepito Flash.  B’1,400m mit-tmiem, kellna tibdila ohra fiz-ziemel ta’ quddiem, b’Onyx Lucernais jiehu l-kmant.  Orion de Chapeau hareg tnejn fuq barra ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem fid-dritta tal-faccata, b’dawn iz-zewg zwiemel ikunu segwiti fost l-ohrajn minn Ooolong mar-rejls.


Hekk kif iz-zwiemel dahlu fl-ahhar 400m kien Onyx Lucernais segwit mill-qrib minn Oolong u Prince Gaillard bid-dritta tat-tmiem tkun taqbida qawwija bejn dawn it-tlett zwiemel.  Tlieta fuq barra, Oolong misjuq minn Charles Degiorgio mar fuq quddiem f’nofs id-dritta tat-tmiem u ddomina l-ahhar metri biex kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu u l-Prix d’Enghien kwazi zewg tulijiet quddiem Prince Gaillard, segwit minn Onyx Lucernais u Orage du Pont, f’hin ta’ 1’17’4 fil-kilometru.


Il-finali l-ohra raw rebhiet ghal Petit Pierricais (Ray Schembri) fit-tieni rebha stagjonali tieghu, fil-Prix de Cabourg(1’16’0 fil-kilometru), Polytain misjuq minn Noel Baldacchino fis-sitt rebha stagjonali tieghu, fil-Prix de Cagnes Sur Mer (1’16’6 fil-kilometru) u Owens Kin misjuq ukoll minn Noel Baldacchino fl-ewwel rebha stagjonali tieghu (1’18’5 fil-kilometru) fil-Prix de Caen.


Il-premijiet relattivi ghal dawn il-finali tqassmu minn Ms Emmanuelle Morvillers, ufficjal oghlja tas-Societe’ du Cheval Francais, l-assocjazzjoni Franciza tat-trott li sponsorjat dawn il-kampjonati.


Matul il-laqgha ta’ nhar il-Hadd, Noel Baldacchino gie wkoll ipprezentat bl-unur tal-Ahjar Sewwieq ghax-xahar ta’ Novembru mis-Sur Kenneth Vella f’isem il-kumpjannija Taljana Equine Supreme, li tipproduci prodotti ghaz-zwiemel.  Hajr sincier ghal dawn l-isponsors talli gentilment issupportjaw din l-inizjattiva.


It-tigrijiet l-ohra ewlenin fi tmiem il-gimgha li ghadda kienu s-semi-finali tat-trott tal-Equestrian Festival fuq id-distanza sprint ta’ 1,640m.  Dawn raw zwiemel tat-trott tal-klassijiet kollha fl-azzjoni nhar il-Gimgha, s-Sibt u l-Hadd.


Madankollu iz-zewg tigrijiet l-aktar mistennija nzammu nhar is-Sibt, cioe’ s-semi-finali tal-klassi Premier.


Madam di Poggio hadet kmant bikri fl-ewwel semi-finali, u baqghat fuq quddiem b’mod komdu sad-dritta tal-faccata, meta diversi zwiemel ziedu fil-velocita’ taghhom biex resqu qrib id-debba ta’ quddiem.


Madankollu, Madam di Poggio rnexxielha zzomm il-kmant u tidhol l-ewwel fid-dritta tat-tmiem meta giet attakkata minn zwiemel bhal Sultan November, Oran u Made In Hoff.  Sultan November mar fuq quddiem fl-ahhar 50 metru biex kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu f’1’14’0 fil-kilometru, nofs tul quddiem Made In Hoff, segwita minn Oran, Madam di Poggio u Vanmaker Limburgia li kollha ghaddew ghall-finali.


Why Not As mar fuq quddiem kmieni fit-tieni semi-finali tal-klassi Premier segwit minn Pro Shop u Vejby Boom.  Madankollu Totti T. Dream ghamel il-mossa tieghu madwar 650m mit-tmiem meta mar tlieta fuq barra u attakka z-zwiemel ta’ quddiem b’mod decisiv.  Huwa ha l-kmant nofs dawra mit-tmiem u ddomina kompletament il-bqija tat-tigrija, bi sprint b’sahhtu matul id-dritta tat-tmiem sabiex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta xi tlett tulijiet u nofs quddiem Absolut Spender segwit minn Zilver Boko, Vejby Boom u Nabab du Chatelet li kollha kkwalifikaw ghall-finali.


Il-hin ta’ Totti T. Dream kien wiehed storiku, l-ahjar hin kongunt fuq din id-distanza u b’mod assolut f’Malta ta’ 1’13’1 fil-kilometru, it-tielet darba (wara Hiracan de Brehan u Pajarito Nada fl-2007) li din il-medja giet registrata fl-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.


L-Equestrian Festival 2013


U b’hekk ninsabu fit-tielet edizzjoni tal-Equestrian Festival ta’ Malta; festival mill-isbah li l-ewwel edizzjoni tieghu nzammet fl-2010, segwita mit-tieni edizzjoni sena wara (Kejser Flamingo u Mon Daniel kienu r-rebbieha tal-finali tal-klassi Premier fl-ewwel zewg edizzjonijiet), kien nieqes mill-kalendarju fl-2012 u issa qed jirritorna nhar il-Hadd.


L-ewwel zewg edizzjonijiet kienu nzammu fir-rebbiegha b’din l-edizzjoni ssir fix-xitwa.


Nammetti li ghalkemm joghgbuni t-tigrijiet taz-zwiemel, inhobb anki aktar liz-zwiemel infushom.  Probabbli nippreferi noqghod inhares lejn iz-zwiemel fil-paddock jew fl-istalel taghhom jew meta jkunu qed jaghmlu t-tahrig mit-tigrija nnifisha.


Dan huwa s-sinifikat tal-Equestrian Festival.  Celebrazzjoni vera ta’ zwiemel u ta’ dawk kollha ta’ madwarhom.  U mhux biss zwiemel tat-tigrija izda wkoll zwiemel tal-polo, show jumpers, ponijiet ecc., bl-iskop li dan il-festival jghaqqad dawn id-dixxiplini ekwestri kollha.


Sponsorjat mill-Gvern, l-Equestrian Festival jara l-partecipazzjoni ta’ diversi klabbs affiljati mal-Malta Equestrian Federation, tal-Malta Racing Club u tal-Malta Polo Club.



L-attivitajiet jifthu bit-tberik taz-zwiemel fl-10am minn Patri Mario Attard OFM Cap, segwit minn tigrijiet tal-ponijiet, turnament tal-polo, parata ta’ zwiemel tat-trott famuzi li rtiraw mit-tigrijiet, tigrija bix-xrieret bil-partecipazzjoni ta’ gurnalisti sportivi maghrufa, dressage u show-jumping, l-finali tat-trott tal-Equestrian Festival kif ukoll il-finali storika tal-Coronation Cup bl-istorja twila u prestigjuza taghha u fl-ahhar l-irkant tal-gakketta tas-sewwieq Franciz maghruf madwar id-dinja kollha Jean Michel Bazire (hajr sincier lis-Sur Mario Xuereb li rnexxielu jikseb din il-gakketta minn Franza) bid-dhul imur ghall-Istrina.  



Apparti dawn l-attivitajiet konnessi maz-zwiemel, bhal ma normalment jigri f’okkazjoniet ta’ festa bhal dawn, gie ppreparat ukoll sfont ta’ attivitajiet pjacevoli ghall-familja kollha, b’kant minn kantanti maghrufa, banda live, presepju haj, attivitajiet relatati mal-Milied u hafna aktar, bil-festival ikollu wkoll tema filantropika b’donazzjoni tal-qliegh lill-Istrina.


Minghajr dubju gurnata ohra memorabbli fil-korsa tal-Marsa, mhux biss ghas-seba’ tigrijiet finali, izda wkoll biz-zieda ta’ tant attivitajiet ohra relatati maz-zwiemel u l-Milied li ghandhom iservu biex ipoggu kemm iz-zghar kif ukoll il-kbar fil-burdata ta’ btala tipika ta’ dan iz-zmien tas-sena.


Nawgurawlkom Equestrian Festival iehor mill-aqwa nhar il-Hadd.