Thursday 26th December 2013
It-53 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – Id-29 ta’ Dicembru

minn Magnat


L-istagun 2013 jaghlaq nhar il-Hadd li gej bil-laqgha tal-ahhar tat-tigrijiet taz-zwiemel li tinkludi programm ta’ disa’ tigrijiet kollha tat-trott b’bidu fis-1.30pm.


Anki f’din l-ahhar laqgha ma jonqsux l-attrazzjonijiet:


(i) Il-Gran Finali ghat-Tazza Variable Odds Betting (VOB) fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 2,640m;


(ii) Tmien tigrijiet tas-sidien ghall-klassijiet kollha, inkluza tigrija tal-klassi Premier, kollha fuq id-distanza iqsar ta’ 2,140m;


 (iii) Difersi debuttanti nteressanti, nkluz xi whud fil-klassi Premier.


Madankollu, naturalment l-attrazzjoni ewlenija hija l-ahhar finali tal-istagun, il-Gran Finali ghat-Tazza VOB ghal zwiemel tal-klassi Premier li pplejsjaw fost ta’ quddiem fil-finali ghat-Tazza tal-President u tal-Prix de Vincennes ta’ dan ix-xahar.


F’etajiet ta’ bejn 7 u 12-il sena, l-partecipanti gejjin minn Franza, l-Italja u l-iSvezja. Rebbieha ta’ 21 tigrija u b’40 pjazzament bejniethom, il-lista shiha ta’ 11-il ziemel imsewwi hija kif gej:


1.  Orgueil de Nganda, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 513,090 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’1 fil-kilometru.  Huwa ghandu pjazzament wiehed mill-hames tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’2 fil-kilometru fuq 2,640m.


2.  Ohime Mag, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 248,250 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’8 fil-kilometru.  Huwa ghandu erba’ rebhiet (inkluz il-finali tal-Prix de Vincennes SECF ta’ dan ix-xahar) u erba’ pjazzamenti mill-11-il tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’13’5 fil-kilometru fuq 2,140m (1’14’8 fil-kilometru fuq 2,640m).


3.  Poppes Fighter, Svediz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK973,600 u l-ahjar hin ta’ 1’12’8 fil-kilometru.  Huwa ghandu rebha u hames pjazzamenti mis-16-il tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin ta’ 1’14’8 fil-kilometru fuq 2,640m.


4. Okilaibo, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 237,460 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru.  Huwa kiseb hames rebhiet (inkluzi l-finali tal-Prix de Vincennes u tat-Tazza VOB ta’ Gunju) u 8 pjazzamenti mit-13-il tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin assolut tieghu jigi registrat hawn Malta ta’ 1’13’7 fil-kilometru fuq 2,140m (1’14’6 fil-kilometru fuq 2,640m).


5.  The Bad Rock, Svediz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,228,450 u l-ahjar hin ta’ 1’13’5 fil-kilometru.  Huwa rebah darbtejn u ppjazza darb’ohra mill-hames tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin ta’ 1’14’5 fil-kilometru fuq 2,640m.


6. Gently di Poggio, Taljan ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 156,263 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru.  Huwa ghandu rebha (l-finali tat-Tazza tal-President ta’ din is-sena) u pjazzament mit-tlett hargiet tieghu f’Malta u l-ahjar hin ta’ 1’14’4 fil-kilometru fuq 2,640m (l-ahjar hin fuq din id-distanza f’Malta minn Gunju 2008).


7.  Quelino d’Amour, Franciz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 195,162 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’5 fil-kilometru.  Huwa ghandu tlett pjazzamenti mill-hames tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’2 fil-kilometru fuq 2,640m.


8.  Cloria Victis, Svediz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,336,703 u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru.  Huwa ppjazza fit-tlett tigrijiet tieghu f’Malta s’issa, bl-ahjar hin ta’ 1’14’6 fil-kilometru fuq 2,640m.


9.  Ourasi Diams, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 229,680 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’6 fil-kilometru.  Dan iz-ziemel ippjazza seba’ darbiet mit-13-il tigrija tieghu f’Malta, u rregistra l-ahjar hin tieghu ta’ 1’15’2 fil-kilometru tlett darbiet, darbtejn fuq 2,140m u darb’ohra fuq 2,640m.


10.  Oltedo de Rieux, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 183,230 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’5 fil-kilometru.  Huwa rebah darbtejn u ppjazza sitt darbiet ohra mit-13-il tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin ta’ 1’15’1 fil-kilometru fuq 2,640m.


11. Midnight Passion, Svediz ta’ 7 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK447,250 u l-ahjar hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru.  Huwa kiseb sitt rebhiet u pjazzament mid-9 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’5 fil-kilometru fuq 2,140m (1’14’6 fil-kilometru fuq 2,640m).


Impressjonanti li xejn inqas minn tmienja minn dawn iz-zwiemel wettqu l-ahjar hin (jew l-ahjar hin kongunt) taghhom f’Malta fuq id-distanza ta’ 2,640m and li dawn iz-zwiemel kollha ghandhom l-ahjar hin lokalment fuq din id-distanza ta’ 1’15’2 fil-kilometru jew ahjar.


Minghajr dubju qed tistenniena taqbida bejn il-gganti ghal dan l-ahhar unur tal-istagun!


Il-premjijiet totali fi flus ghal din il-finali jammontaw ghal 2,075 ewro, bir-rebbieh jircievi 1,200 ewro.


Imbaghad ghandna 8 tigrijiet li fihom iz-zwiemel tat-trott li qed jippartecipaw se jinstaqu mis-sidien taghhom.  Fost dawn, it-tigrija ewlenija hija dik tal-klassi Premier b’lista ta’ 11-il partecipant, li jinkludu fost ohrajn ir-rebbieha tal-kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier Shakira Trot u r-rebbieha ta’ kampjonati tal-passat Arnie Sensation, Wiss Night Hawk u Count of Life, bl-ewwel tnejn ikunu wkoll finalisti fil-finali tat-Tazza tal-President xi gimghatejn ilu.


Din it-tigrija tinkludi wkoll xejn inqas minn erba’ debuttanti, cioe’ l-Belgjan ta’ ghaxar snin Vitas, id-Daniz ta’ sitt snin Playboy C.H., il-Franciz ta’ hdax-il sena Over Oaks u l-iSvediz ta’ tmien snin P.A. Surprise.


Il-laqgha tinkludi wkoll tigrija nteressanti tal-klassi Gold b’xi partecipanti li kienu qed jikkompetu fil-klassi Premier dan l-ahhar, inkluzi Versace Boko, Prince de la Butte, Happiness Photo u Olympien Major, filwaqt li zwiemel bhal Energy Launcher, Quipson, Orage du Pont, Malewe u Rapide du Matin gejjin minn rebhiet jew pjazzamenti tajba fl-ahhar xahar jew kwazi.  Iz-ziemel gdid Svediz Means Nothing huwa wkoll miktub bhala riserva f’din it-tigrija bil-possibilita’ li jaghmel id-debutt tieghu. 


Il-bqija tat-tigrijiet jikkonsistu fi tlieta ghall-klassi Silver, tnejn ghall-klassi Bronze u tigrija tal-klassi Copper bid-debba Germaniza Iliana mistennija tiddebutta f’din ta’ l-ahhar.


U b’hekk qed naslu fit-tmiem ta’ stagun iehor!  Wiehed li beda bil-mod u li kien affettwat sa certu punt mill-maltemp izda li fl-ahhar mill-ahhar kien stagun iehor ta’ success bi 53 laqgha ta’ tigrijiet.  Madankollu qabel ma naghlqu l-istagun nistennew laqgha ohra ecitanti li fiha jigi nkurunat l-ahhar rebbieh ta’ kampjonat ghal din is-sena!


L-ahhar laqgha


L-ahhar laqgha ta’ tigrijiet inzammet fil-kuntest tal-Equestrian Festival, avveniment mill-aktar ta’ success li ra tahlita ta’ attivitajiet ekwestri differenti.  Kellna seba’ tigrijiet finali, sitta ghal zwiemel tat-trott u wahda ghal ghal zwiemel tal-galopp.


Wahda mill-attrazzjonijiet ewlenin ta’ dan il-programm kienet il-finali tal-galopp ghal zwiemel tal-klassi A ghat-trofew storiku l-Coronation Cup, l-unur principali tat-tigrijiet tal-galopp ghad-distanza sprint ta’ 1,250m.


Fost is-sitt partecipanti kienet Gold As Good li hadet kmant bikri izda ftit wara nofs it-tigrija Darielli lahhaq maghha u mar fuq quddiem.  Madankollu fl-istess hin Kimberley Downs kien qed javvanza pozizzjoni wara l-ohra tnejn fuq barra u 400m mit-tmiem huwa gie f’linja wahda maz-zwiemel ta’ quddiem u mbaghad huwa ddomina d-dritta tat-tmiem biex sprintja lejn l-ahjar hin tal-istagun fuq id-distanza ta’ 1’12’97 sabiex zied dan l-unur mal-Mediterranean Derby u l-Johnnie Walker Cup u b’hekk ddomina l-unuri ewlenin fit-tigrijiet tal-galopp fuq id-distanza qasira, medja u twila.


Misjuq minn Michael Sultana, din kienet ukoll il-hames rebha konsekuttiva u s-sitt wahda stagjonali ghal Kimberley Downs li spicca aktar minn zewg tulijiet quddiem Timolin, segwit minn Gold As Good.


Is-sitt finali l-ohra kienu kollha riservati ghaz-zwiemel tat-trott u kienu kkontestati fuq id-distanza sprint ta’ 1,640m.


Totti T. Dream mill-ewwel spara fuq quddiem fil-finali l-aktar importanti, dik tal-klassi Premier, segwit ghall-bicca l-kbira tat-tigrija minn Madam di Poggio.  Ta’ l-ewwel zamm il-vantagg sal-ahhar nofs dawra meta l-iSvediz ta’ 10 snin ta’ Mark Desira Absolut Spender mar tlieta fuq barra biex gie ras’imb’ras maz-zwiemel ta’ quddiem 400m mit-tmiem.


Ftit wara, Absolut Spender ha l-kmant, dahal fid-dritta tat-tmiem fuq quddiem u mbaghad sprintja b’mod meraviljuz sat-tmiem biex irregistra l-hames rebha stagjonali tieghu u kiseb din il-finali fil-hin brillanti ta’ 1’13’2 fil-kilometru, 0.1 ta’ sekonda l-boghod mir-rekord nazzjonali kongunt fuq din id-distanza.  Vejby Boom spicca tul warajh, segwit minn Madam di Poggio u Oran f’dik l-ordni.


Fil-finali tal-klassi Gold, Charm Hammering ta’ Gilbert Farrugia kien f’forma dominanti hekk kif zamm il-kmant mill-bidu sat-tmiem b’tul vantagg ghall-bicca l-kbira tat-tigrija u mbaghad zied il-velocita’ tieghu aktar fl-ahhar 500m biex ghal xi zmien inqata’ aktar mill-kumplament tal-partecipanti.


Id-dritta tat-tmiem rat lil Charm Hammering jigi attakkat b’mod determinat minn Phenix de la Roque izda ta’ l-ewwel kien b’sahhtu bizzejjed biex irrezista din l-isfida u rebah il-finali tal-klassi Gold ta’ l-Equestrian Festival u kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u l-hames rebha stagjonali tieghu kif ukoll l-ahjar hin personali tieghu ta’ kull zmien ta’ 1’13’2 fil-kilometru, hin identiku ghal dak registrat fil-finali tal-klassi Premier.  Phenix de la Roque spicca tul wara r-rebbieh, segwit minn Power Night Star u Pan des Couperies. 


Fil-finali Silver A, Side Spin mar fuq quddiem fil-bidu tat-tigrija malajr segwit minn Damita.  Il-pozizzjonijiet ta’ quddiem baqghu ma nbidlux hekk kif iz-zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem, li rrizultat fi sfida ecitanti bejn dawn iz-zewg zwiemel b’Side Spin izomm sod biex wasal l-ewwel mal-gister.


Madankollu, l-istewards skwalifikaw lil Side Spin fuq il-girja, bir-rebha ghalhekk tigi moghtija lil Damita ta’ Marco Debono (it-tieni rebha miz-zewg tigrijet taghha f’Malta s’issa), b’mod komdu quddiem Pissaro, Norman d’Avril u Notice As, f’hin iehor tajjeb ta’ 1’14’0 fil-kilometru.


Pile Ou Face mar fuq quddiem wara l-ewwel mitejn metru mill-finali Silver B, u ghall-ewwel kien sfidat minn diversi zwiemel, inkluzi Wonderofyou u Mr Snowman. Madankollu, Pile Ou Face zamm il-kmant fid-dritta tat-tmiem u minkejja li kien attakkat b’sahha minn Megiddo, huwa deher li kien ser jirbah.


Pero’ huwa biddel il-pass ftit metri mill-gister sabiex Megiddo, misjuqa minn Charles Camilleri spiccat it-tigrija fl-ewwel post, irrekordjat it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali taghha, u ttrijonfat f’din il-finali b’zewg tulijiet minn Mr Snowman, segwit minn Alf Eme u Novak f’dik l-ordni, f’hin ta’ 1’14’3 fil-kilometru.


Fl-ewwel zewg finali tal-gurnata, l-ewwel rajna lil Buckens Stjarna ta’ Tony Tanti tirregistra t-tielet rebha stagjonali taghha biex hatfet il-finali tal-klassi Copper fl-ahjar hin tal-karriera kollha taghha ta’ 1’14’8 fil-kilometru, xi sitt tulijiet quddiem Kulls Nero (li approfitta mill-iskwalifika ta’ Icare de Jemma), segwit minn Friendly Frazer u Monticello.


Imbaghad Pema misjuqa minn Charles Degiorgio kisbet it-tieni rebha stagjonali taghha fil-finali tal-klassi Bronze, aktar minn tul quddiem Lass John, segwit minn Caddie Drink u Napolitano Sun, f’1’14’5 fil-kilometru.


Matul l-Equestrian Festival inzammet gabra ghall-Istrina, li rendiet 823.70 ewro, filwaqt li l-irkant tal-gakketta ta’ sewwieq ta’ Jean-Michel Bazire rendiet 1,400 ewro ghall-istess kawza.  Grazzi hafna lil dawk kollha li kkontribwew tal-generozita’ taghhom.


L-Equestrian Festival u t-tigrijiet imsemmija hawn fuq gew segwiti direttament mill-korsa minn diversi personalitajiet distinti, fosthom l-Onor Dott Stefan Buontempo, Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Zghazagh u Sport li mexxa l-presentazzjoni tal-premjijiet lir-rebbieha tat-tigrijiet, l-Eccellenza Tieghu s-Sur Rob Luke, Kummissarju Oghli tal-Gran Brittanja ghal Malta, li flimkien mal-Onorevoli Segretarju Parlamentari ghamel il-presentazzjoni tal-Coronation Cup u l-kelliemi tal-Oppozizzjoni ghall-Isports l-Onor Robert Cutajar.


Il-Finali tat-Tazza VOB – 26 sena ilu


Il-finali ghat-Tazza VOB jew il-Gran Finali kif inhi maghrufa llum, hija wahda mill-unuri l-aktar tradizzjonali fil-korsa tal-Marsa bi tradizzjoni mifruxa fuq l-ahhar 32 sena.


U waqt li qed noqorbu ghal din il-finali ma nistax ma nharisx lura u nhossni xi ftit jew wisq nostalgiku meta niftakar f’edizzjonijiet tas-snin l-imghoddija, edizzjonijiet li nzammu meta kont ghadni zghir u meta l-futur dejjem kien jidher sabih u mdawwal.


Illum se mmur lura fi hsebijieti ghall-edizzjoni ta’ Novembru – Dicembru 1987, 26 sena ilu, fi zmien meta whud mis-sidien, sewwieqa u dillettanti tat-tigrijiet tal-lum lanqas biss kienu twieldu jew l-aktar l-aktar kienu ghadhom tfal.


Bhal ma jixraq unur tant prestigjuz, din it-Tazza llum hija kkontestata esklussivament mill-aqwa zwiemel tat-trott taghna, dawk fil-klassi Premier, izda dan ma kienx dejjem hekk u fil-fatt l-edizzjoni li nzammet 26 sena ilu kienet ikkontestata minn zwiemel li kienu qed itellqu fil-klassijiet A u B (il-klassi Gold tal-lum).  Madankollu dawn kienu zwiemel ta’ kwalita’ oghlja; u hafna minnhom kienu ferm popolari dak iz-zmien.  Id-distanza tat-tigrija kienet tixbah lil dik ta’ din l-edizzjoni, cioe’ f’dak il-kaz 2,650m b’bidu bil-karozza tat-tluq.


L-erba’ heats li nzammu fid-29 ta’ Novembru kienu ncerti u mill-aktar ibbilancjati bir-rebbieha johorgu biss fl-ahhar metri tat-tigrija, u bl-ebda partecipant ma jirnexxielu jiddomina lill-ohrajn.


L-ewwel heat intrebhet minn Milord du Pont, segwit minn Maxou, Loron de Locheur, Maxime de Launay u Iman Pacha li kkwalifikaw ukoll.  Imbaghad il-favorit qabel it-tigrija Mystere de Bouere rrispetta l-pronostiku meta rnexxielu jittrijonfa minn Modele li kien f’forma tajba, segwit fis-semi-finali minn Kabado, Montesquiou u Milord Tracy.


Kien mistenni hafna miz-ziemel Campjin Kysko fit-tielet heat izda dan iddizappunta dakinhar, b’Neronien jigri tigrija perfetta biex rebah minn ziemel iehor f’forma tajba, Mik Goulainais, b’Lexington, Mimbo u Kysko (li seta’ biss jispicca l-hames) jikkwalifikaw minn din il-heat.


L-ahhar hames zwiemel li kkwalifikaw mir-raba’ u l-ahhar heat kienu r-rebbieh Made In Pirjou, segwit minn Najac de Tupot, Mineron, Lirzhin Creiomin u Mik des Loges, bil-favorit assolut Langon jiddizappunta meta qaleb u gie skwalifikat waqt li kien qed jisfida ghall-ewwel post madwar 400 metru mit-tmiem.


Iz-zewg semi-finali mbaghad inzammu gimgha wara, nhar is-6 ta’ Dicembru.  L-ewwel tigrija rat l-eliminazzjoni sorpriza tal-favorit nett Mystere de Bouere bir-rebbieh hawnhekk ikun Milord Tracy, li kien dejjem fost iz-zwiemel ta’ quddiem.  L-Outsider Mimbo spicca t-tieni quddiem Mik Goulainais, b’Kysko u Montesquiou wkoll jirnexxielhom ighaddu ghall-finali f’dik l-ordni.


It-tieni semi-finali rat wirja brillanti minn Lexington li kien fuq quddiem matul it-tigrija kollha akkumpanjat mill-favorit l-iehor Neronien.  Dawn iz-zewg zwiemel ipprovdew giri eccitanti ras’imb’ras ghall-bicca l-kbira tat-tigrija.  Fl-ahhar Lexington kien l-aktar b’sahhtu dakinhar meta rebah b’nofs tul mill-istess Neronien, segwit minn Modele, Mineron u Milord du Pont li kollha ghaddew ghall-finali.


Ghalhekk ghaddew ghall-finali seba’ zwiemel ta’ 9 snin, flimkien ma’ wiehed ta’ 8 snin, iehor ta’ 10 snin u iehor ta’ 11-il sena.  Bhal ma hu l-kaz tal-edizzjoni prezenti, dik kienet ukoll finali ta’ zmien il-Milied, mizmuma fl-20 ta’ Dicembru 1987.


Rigward ecitament madankollu ma tantx kien fiha wisq, b’Modele jmexxi grupp kompatt ta’ partecipanti ghall-bicca l-kbira tad-distanza ta’ 2,650m. 


Iz-ziemel ta’ quddiem pero’ beda’ jnaqqas fl-ahhar dawra.  Imbaghad hekk kif il-partecipanti dahlu fl-ahhar nofs dawra, Neronien, misjuq minn Emmanuel Fenech, beda l-attakk tieghu fuq iz-ziemel ta’ quddiem, bid-dritta tat-tmiem tkun dominata minn sfida interessanti bejn Neronien u Mineron.  Izda dik kienet il-gurnata ta’ Neronien li spicca tul quddiem l-istess Mineron, segwit minn Mik Goulainais, Modele u Kysko f’dik l-ordni.


Ghalhekk iz-ziemel ta’ 8 snin Neronien mill-istalel ta’ L. Carabott/ G. Zammit, sa dakinhar zwiemel Franciz puttost gdid (rebbieh ta’ l-ekwivalenti ta’ kwazi 74,000 ewro fi Franza dak iz-zmien) fil-korsa tal-Marsa u kkwotat 4-1 mill-bookmakers qabel it-tigrija, kien l-eroj fil-Marsa f’dik l-okkazjoni, pre-avviz ta’ dak li kellu jigri fil-gejjieni, hekk kif dan iz-ziemel kellu success kbir f’Malta matul il-karriera tieghu ta’ aktar minn hames snin hawnhekk.


F’gest ta’ min ifahhru, il-premju ta’ flus mirbuh minn Neronien gie moghti ghall-karita’ (dak iz-zmien il-Community Chest Fund) mis-sidien tieghu, att ta’ generozita’ li hadna pjacir naraw jigri wkoll fil-Prix de Vincennes xi gimghatejn ilu mis-sidien tar-rebbieh Ohime Mag.


U minn dawk il-memorji mill-isbah, issa nergghu nduru lejn il-prezent u nippreparaw ruhna biex nispiccaw is-sena b’mod mill-aqwa b’dan l-ahhar unur tal-istagun.  Il-partecipanti kollha huma zwiemel brillanti; ghalhekk jirbah minn jirbah se jkun certament jisthoqqlu!


 


Niehdu din l-opportunita’ biex nawgurawlkom ilkoll Milied mill-aktar hieni, laqgha ta’ tigrijiet ecitanti nhar il-Hadd u Sena Gdida mimlija sahha u risq.  Jekk Alla jrid, nergghu niltaqghu qabel l-ewwel laqgha tal-istagun 2014 ippjanata ghad-19 ta’ Jannar.