Saturday 1st February 2014
It-3 u r-4 laghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 – It-2 u d-9 ta’ Frar

minn Magnat


Se jinzammu zewg laqghat ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel matul il-gimgha li gejja, l-ewwel wahda nhar il-Hadd li gej 2 ta’ Frar segwita minn ohra l-Hadd ta’ wara 9 ta’ Frar.  L-ewwel tigrija f’kull laqgha mistennija tibda’ fis-1.30pm.  L-ewwel laqgha tinkludi disa’ tigrijiet, b’ghaxar tigrijiet fil-programm tad-9 ta’ Frar.  Dawn kollha huma ghal zwiemel tat-trott b’tigrija wahda fil-programm ta’ din il-gimgha tkun ghal zwiemel tal-galopp.


Id-distanza tat-tigrijiet issa tizdied minn dik tal-ewwel laqghat, cioe’ 2,640m ghal zwiemel tat-trott.  Iz-zwiemel tal-galopp jibdew is-sena fuq id-distanza ta’ 1,750m.


Bhal ma jigri hafna drabi, it-tigrijiet tat-trott tal-klassi Premier huma l-attrazzjonijiet ewlenin ta’ dawn iz-zewg laqghat.


Fit-tigrija ta’ din il-gimgha, nsibu tigrija mimlija b'16-il ziemel tat-trott ta’ kwalita’ gholja.  Dawn jinkludu r-rebbieh ta’ dan l-ahhar Vejby Boom, kif ukoll iz-ziemel li spicca fit-tieni post P.A. Surprise li kien rebah l-ewwel tigrija tieghu f’Malta fl-ahhar tas-sena l-ohra u z-zwiemel li ppjazzaw Zalgado Transs R u Pro Shop.


Barra minn dan, insibu wiehed mill-protagonisti tal-istagun li ghadda, cioe’ r-rebbieh ta’ sitt tigrijiet Midnight Passion, ir-rebbieha tal-klassi Gold tal-gimgha l-ohra Zandina Boshoeve u z-ziemel li spicca fit-tieni post Phenix de la Roque li t-tnejn gew promossi ghal din il-klassi, Madam di Poggio u Quelino d’Amour li t-tnejn ippjazzaw fil-finali tal-Equestrian Festival u tal-Prix de Vincennes, kif ukoll il-partecipanti l-ohra li kollha kapaci jqumu ghall-okkazjoni.


Il-Franciz ta' 10 snin Quiet Way mistenni jiddebutta f'din it-tigrija.


It-tigrija tal-gimgha d-diehla tinkludi lista shiha ta’ 16-il partecipant minn fost dawk bl-oghla punti ta’ handicap f’Malta.  Dawn jinkludu r-rebbieh tal-gimgha l-ohra Oran u z-zwiemel li ppjazzaw Sultan November, Lage u Oltedo de Rieux, kif ukoll ir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira tal-2013 Nabab du Chatelet u dak tal-2011 Kakisis, ir-rebbieh tal-Prix de Vicennes ta’ Dicembru Ohime Mag, ir-rebbieh tal-finali tal-klassi Premier tal-Equestrian Festival Absolut Spender, ir-rebbieh tat-Tazza tal-President Gently di Poggio, d-debuttant ta’ dan l-ahhar Poulot des Cinty li kellu debutt pozittiv, id-debuttant Franciz ta’ 12-il sena Over Oaks u z-zwiemel l-ohra kollha mill-aqwa.


Ghandna wkoll erba’ tigrijiet mill-aktar interessanti tal-klassi Gold maqsuma fuq dawn iz-zewg laqghat.  L-ewwel tigrija ta’ din il-gimgha (ghal zwiemel bl-oghla numru ta’ punti ta’ handicap f’din il-klassi) tara r-rebbieh tal-gimgha l-ohra Paleo des Cascades, ir-rebbieh tal-Prix d’Enghien ta’ Dicembru Oolong, Premier Avril li rregistra rebha u pjazzament tajjeb f’Dicembru, r-rebbieh tal-finali tal-klassi Gold tal-Equestrian Festival Charm Hammering (li rregistra hames rebhiet l-istagun li ghadda), d-debuttanti t-Taljan ta’ 9 snin Lost Photo u l-Franciz ta’ 10 snin Quintet, u z-zwiemel l-ohra popolari kollha.


It-tieni wahda tinkludi r-rebbieh tal-klassi Silver tal-gimgha l-ohra Ouragan d’Any u z-zwiemel li spiccaw fit-tieni u fit-tielet post fil-klassi Gold Quintet du Vivier u Wies Buitenzorg, Rapide du Matin, Ouf Boy u Niky de Memartin li kollha ppjazzaw tajjeb f’Dicembru u d-debuttanti Francizi ta’ 10 snin Qlement du Digeon u Quid d’Aliermont.


Fost il-partecipanti fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold tal-gimgha d-diehla nsibu lil Beckham Bob li gej minn rebha u pjazzament fl-ahhar hargiet tieghu, r-rebbieh tal-Prix de Cabourg ta’ Dicembru Petit Pierricais u z-ziemel li spicca fit-tieni post fil-Prix d’Enghien Prince Gaillard, Energy Launcher u Joss QC li t-tnejn ippjazzaw tajjeb il-gimgha l-ohra, Power Night Star u Pan des Couperies li kellhom tmiem tajjeb tal-istagun li ghadda, u hafna zwiemel ohra promettenti.


L-ahhar tigrija tal-klassi Gold f’dawn iz-zewg laqghat tinkludi debuttant iehor Franciz ta’ 10 snin, cioe’ Quooper de Connee, flimkien maz-ziemel li spicca fit-tieni post fil-klassi Silver il-gimgha l-ohra Baron G.L. u diversi zwiemel li ppjazzaw tajjeb fl-ahhar hargiet taghhom bhal Pissaro, Regent de Tillard, Quarborandum u Pirate d’Urzy, fost l-ohrajn.


Dawn iz-zewg laqghat ta’ tigrijiet jinkludu wkoll xejn inqas minn sitt tigrijiet tal-klassi Silver, inkluzi varjeta’ ta’ rebbieha ta’ dan l-ahhar, bhar-rebbieh tal-Prix de Cagnes Sur Mer ta’ Dicembru Polytain, Command Coger, Valles Emile, Reveal Champ Blanc, Nasdaq du Closet, Caddie Drink, Milano du Gite, Darco As, Marchallah u Isebel, fost il-hafna zwiemel kompetittivi f’din il-klassi, li jippromettu tigrijiet missielta u ncerti.


B’mod partikulari l-ewwel tigrija tal-klassi Silver li ghandna dan il-Hadd tipprometti interess specjali minhabba li tghaqqad flimkien diversi zwiemel li huma fuq l-ghatba tal-klassi Gold b’tahlita ta’ zwiemel rebbieha u ohrajn li ppjazzaw ma’ ohrajn li dan l-ahhar gew relegati mill-klassi Gold u li jistghu jsibu saqajhom f’din il-klassi.


Din il-klassi tara wkoll tmien debuttanti, cioe’ l-Franciz ta’ 8 snin Samson Ben Max u dawk ta’ 9 snin Rower, Rocktailo u Rocky de Jervi, l-iSvediza ta’ 8 snin Livi Evergreen, l-Olandiza ta’ 8 snin Zwinger Bobber, it-Taljana ta’ 7 snin Neumond HBD u d-Daniz ta’ 6 snin Razor Shadow.


It-tigrijiet l-ohra huma riservati ghal zwiemel tal-klassijiet Bronze u Copper u dawn jinkludu debuttant iehor, cioe’ l-Franciz ta’ 7 snin Tigre des Valerins.


L-ewwel tigrija tal-galopp tal-istagun tinkludi numru zghir ta’ hames partecipanti izda b’diversi punti ta’ interess.  Din it-tigrija tal-Klassi A fuq id-distanza itwal ta’ 1,750m tinkludi zewg debuttanti, cioe’ z-ziemel Irlandiz imsewwi Pearl Storm u l-istalljun Amerikan ta’ hames snin Safari Storm, kif ukoll l-iktar ziemel tal-galopp konsistenti tal-istagun li ghadda l-Germaniz Timolin, ir-rebbieh tal-Mediterranean Derby tal-2011 Buttermilk (IR) u l-Amerikan popolari Ollie Fliptrik.


Minghajr dubju dawn huma zewg programmi mill-aktar varjati; hafna debuttanti, tigrijiet tat-trott ferm kompetittivi, l-ewwel tigrija tal-galopp tal-istagun li tinkludi tahlita ta’ zwiemel tal-galopp popolari u debuttanti, nsegwu l-progress taz-zwiemel taghna f’tigrijiet fuq distanzi itwal, ecc.  Nisperaw ilkoll li t-temp f’dan iz-zmien tas-sena jkun generuz maghna u jhallina nsegwu dawn iz-zewg laqghat fejn l-ispettaklu u d-divertiment mill-aqwa huma garantiti ghall-familja kollha!


L-ahhar laqghat


L-ewwel zewg laqghat tal-istagun kienu jikkonsistu esklussivament f’tigrijiet tat-trott fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m u l-bidu tal-istagun ma ddizappuntax.


L-attrazzjonijiet ewlenin kienu naturalment iz-zewg tigrijiet tal-klassi Premier (wahda f’kull laqgha) u t-tlieta tal-klassi Gold maqsuma fuq iz-zewg laqghat.


P.A. Surprise mar quddiem immedjatament mal-bidu tat-tigrija tal-klassi Premier li nzammet fid-19 ta’ Jannar, segwit minn Zalgado Transs R u Original Blue ghal bicca sew mid-distanza.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sad-dritta tal-faccata meta Vejby Boom tela’ pozizzjoni wara l-ohra sakemm wasal immedjatament wara z-ziemel ta’ quddiem.


Mad-dhul fid-dritta tat-tmiem kien P.A. Surprise segwit minn Vejby Boom tul warajh u dan ta’ l-ahhar faqqa’ attakk determinat fuq iz-ziemel ta’ quddiem mill-bidu tad-dritta, rnexxielu jmur fuq quddiem madwar 100m mit-tmiem u zamm il-kmant sat-tmiem biex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’distakk ta’ tul u nofs mill-istess P.A. Surprise, segwit minn Zalgado Transs R u Pro Shop fl-ahjar hin tal-laqgha ta’ 1’14’9 fil-kilometru.


Orne des Olivettes ha kmant bikri fit-tigrija tal-Hadd li ghadda, b’dan iz-ziemel jibqa’ fuq quddiem sal-bidu tal-ahhar dawra, meta minn fuq in-naha ta’ barra hareg b’sahhtu Lage, li ha vantagg ta’ xi hames tulijiet fid-dritta tal-faccata.  Pero’ f’dan l-istadju beda’ javvanza Oran li b’mod impressjonanti rnexxielu jannulla f’qasir zmien il-vantagg taz-ziemel ta’ quddiem u tela’ ras’imb’ras mieghu xi 300m mit-tmiem.


Id-dritta tat-tmiem kienet marca trijomfali ghal Oran li mar fuq quddiem xi 200m mit-tmiem u wettaq sprint impressjonanti biex kiseb it-tielet rebha tieghu f’Malta aktar minn tlett tulijiet quddiem Sultan November li spicca b’sahhtu, segwit minn Lage u Pro Shop.  Il-hin tar-rebbieh kien wiehed brillanti ta’ 1’14’5 fil-kilometru, l-ahjar hin ta’ dawn iz-zewg laqghat.


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold tal-istagun, kien Quintet du Vivier li ha kmant bikri u huwa kkontrolla t-tigrija b’mod tajjeb sad-dritta tat-tmiem, minkejja li diversi zwiemel waslu qrib tieghu fi stadji differenti.  Madankollu fid-dritta, Quintet du Vivier gie attakkat b’mod qawwi minn Beckham Bob mar-rejls b’dan ta’ l-ahhar imur fuq quddiem madwar 150m mit-tmiem biex kiseb it-tielet rebha tieghu f’Malta b’madwar tul mill-istess Quintet du Vivier, segwit mid-debuttanta Wies Buitenzorg u Regent de Tillard f’hin ta’ 1’15’8 fil-kilometru.


Imbaghad fit-tigrijiet tal-klassi Gold tat-tieni laqgha, rajna l-ewwel lil Paleo des Cascades li jmur fuq quddiem mal-bidu tat-tigrija.  Dan iz-ziemel ikkontrolla t-tigrija b’mod komdu u zied il-pass fl-ahhar dawra biex ha vantagg ta’ zewg tulijiet fid-dritta tal-faccata.  Minkejja sprint b’sahhtu fid-dritta tat-tmiem minn Simb Tyrant, Paleo des Cascades kien b’sahhtu bizzejjed biex zamm vantagg ta’ aktar minn tul u rebah l-ewwel tigrija tieghu f’Malta f’hin ta’ 1’16’0 fil-kilometru, mill-istess Simb Tyrant, segwit minn Energy Launcher u Joss QC.


Prince Gaillard kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tieni tigrija tal-klassi Gold, izda fid-dritta tal-faccata dan iz-ziemel ma seta’ jaghmel xejn biex jirrezisti l-attakk determinat ta’ Zandina Boshoeve li hadet il-kmant madwar 600m mit-tmiem u din id-debba baqghet izzid fil-velocita’ sabiex irrezistiet b’mod komdu l-isfida ta’ Phenix de la Roque fid-dritta tat-tmiem u kisbet ir-raba’ rebha taghha f’Malta f’hin ta’ 1’16’4 fil-kilometru u giet promossa ghall-klassi Premier flimkien ma’ l-istess Phenix de la Roque li spicca zewg tulijiet warajha, segwit minn Oolong u Carnegie Hall.


Fil-klassi Silver, Reveal Champ Blanc irkupra l-izvantagg ta’ numru minn wara biex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’1’16’4 fil-kilometru, tul quddiem Franciz iehor ta’ 9 snin, Reve de Nieul.  Imbaghad kien imiss lid-debba Finlandiza Isebel li tinkseb it-tieni rebha taghha f’Malta, kwazi tlett tulijiet quddiem Quaid Tejy f’1’17’0 fil-kilometru, bil-Franciz Ouragan d’Any jirreplika l-istess hin meta rebah ir-raba’ tigrija tieghu f’Malta xi zewg tulijiet u nofs quddiem  Baron G.L.


Pile Ou Face, ziemel iehor Franciz, iddomina l-ahhar tigrija tal-klassi Silver tal-ewwel laqgha stagjonali biex kiseb b’mod komdu l-hames rebha tieghu f’Malta f’1’17’4 fil-kilometru, bi Quioco Dry jispicca fit-tieni post.


Fl-uniku tigrija tal-klassi Silver li kellna fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda, kien l-iSvediz Valles Emile li rnexxielu jikseb it-tieni rebha tieghu f’Malta tul quddiem Super Gordon f’1’17’2 fil-kilometru.


Clifferty Calleja jikkompeti f’Vincennes


Nhar is-Sibt 25 ta’ Jannar, is-sewwieq Clifferty Calleja rrapprezenta lil Malta fit-Tazza ghall-Amateurs tal-Ewropa, tigrija fuq distanza qasira ta’ 2,100m b’bidu bil-karozza li nzammet fil-korsa leggendarja ta’ Vincennes, f’Parigi u li kienet miftuha ghal sewwieqa amateurs li kull wiehed kien nominat minn pajjiz membru tal-Unjoni Ewropeja tat-Trott.


Clifferty saq lill-Franciz Saxo de Breteil, ziemel li ttella’ ghalih bil-polza.


Kien is-sewwieq Norvegiz Alf Torfinn Skeie li kien fuq quddiem matul it-tigrija kollha fuq it-Taljan Lord Dany u rebah b’mod komdu.  Clifferty spicca fis- seba’ post.  Nawguraw lil Clifferty aktar esperjenzi internazzjonali sbieh bhal din li ghandhom ikomplu jsahhuh fil-karriera tieghu.


Fatti u Cifri 2013 (It-Tieni Parti): L-aqwa hinijiet tat-trott, numru ta' laqghat u taz-zwiemel tat-trott li ppartecipaw 


<!--[if !supportLists]-->(a)   <!--[endif]-->L-aqwa hinijiet


L-2013 kienet sena fantastika rigward l-aqwa hinijiet registrati fuq il-varji distanzi tat-trott – se nittrattaw it-tigrijiet tal-galopp separatament f’artiklu iehor. 


Rajna rekord nazzjonali jinkiser, dak tad-distanza ta’ 2,140m, rekord nazzjonali kongunt fuq id-distanza ta’ 1,640m u l-aqwa hin stagjonali tajjeb hafna anki fuq id-distanzi ta’ 2,640m u 3,140m.


Izda ejja nsegwu certu ordni.


Fl-14 ta’ Dicembru, l-iSvediz ta’ 12-il sena Totti T. Dream irregistra l-ahjar hin fuq id-distanza ta’ 1,640m fis-semi-finali tal-Equestrian Festival ghall-klassi Premier.  Il-hin fantastiku ta’ 1’13’1 fil-kilometru huwa l-ahjar hin kongunt mhux biss fuq l-1,640m izda wkoll fuq id-distanzi kollha hawn Malta u egwalja l-hinijiet registrati minn Hiracan de Brehan u Pajarito Nada lura fl-2007.


Kisba storika ghamilha l-iSvediz ta’ 9 snin Orcas Bac nhar it-13 t’Ottubru, meta fil-finali tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum dan iz-ziemel tat-trott farrak ir-rekord nazzjonali antik tal-leggendarju In Vitro du Bourg fuq id-distanza ta’ 2,140m ta’ 1’13’7 fil-kilometru, meta rregistra hin impressjonanti ta’ 1’13’4 fil-kilometru.  Tassew fantastiku!


Anki d-distanza ta’ 2,640m ipprovdietilna xi hinijiet interessanti, l-aktar l-ahjar hin tal-istagun maghmul flimkien mill-ewwel tlett izwiemel fil-Gran Finali tat-Tazza VOB fid-29 ta' Dicembru, l-Franciz ta’ 11-il sena Okilaibo, l-iSvediz ta' 9 snin Cloria Victis u l-Franciz ta' 11-il sena Ohime Mag li lkoll irregistraw hin fantastiku ta' 1’14’2 fil-kilometru, li kien l-ahjar hin registrat f’Malta minn mindu Joker de Choisel kien egwalja r-rekord nazzjonali tieghu stess fuq din id-distanza (1’13’6 fil-kilometru) lura fl-1 ta’ Gunju 2008.


Din is-sena ma tantx kellna tigrijiet fuq l-itwal distanza f’Malta, cioe’ t-3,140m, izda minn dawn kien l-iSvediz ta’ 10 snin Fire li f’tigrija “normali” tal-klassi Premier nhar il-21 t’April irregistra l-ahjar hin tal-istagun fuq id-distanza, 1’16’6 fil-kilometru.


Tassew hinijiet mill-aqwa fl-istagun 2013!


<!--[if !supportLists]-->(a)   <!--[endif]-->Numru ta’ laqghat u dak ta’ zwiemel tat-trott li ppartecipaw matul l-istagun


In-numru ta’ laqghat ta’ tigrijiet organizzati matul l-2013 kien jammonta ghal 53.  Ghalkemm xorta tajjeb hafna, dan kien fost l-inqas numru ta’ laqghat li gew organizzati f’sena partikolari matul l-ahhar ghaxar snin – precizament it-tmienja mill-ahhar ghaxar snin. 


Cifra li zgur kienet affettwata mill-maltemp li kellna f’certi zmenijiet tas-sena u mill-bidu kajman tal-kitbiet ghat-tigrijiet li kellna fil-bidu tas-sena, li t-tnejn hallew effett negattiv fuq in-numru ta’ laqghat li kellna fil-kalendarju.


Anki n-numru ta’ tigrijiet tat-trott li gew organizzati kien anqas minn dak tal-2012, rifess tat-tnaqqis fin-numru ta’ laqghat ta’ tigrijiet.


In-numru ta’ zwiemel tat-trott li kkompetew almenu darba fl-2013 kien jammonta ghal 738.  Dan kienu 15 anqas min-numru li kellna fl-2012 (753), b’din ic-cifra turi aktar tendenza ghat-tnaqqis fl-ahhar snin (765 fl-2011 u 781 fl-2010).


Minn dawn, 400 (cioe’ 54.2%) kienu Francizi, 232 (31.4%) Svedizi, kellna 24 (3.3%) Danizi, 23 (3.1%) mill-Germanja, 19 (2.6%) Olandizi, 14 (1.9%) Taljani u 12 (1.6%) mill-Finlandja.  L-14-il ziemel (1.9%) li fadal originaw fl-iStati Uniti, l-Belgju, l-Awstrija u n-Norvegja.


B’hekk, nistghu nghidu li s-sena l-ohra ftit aktar minn nofs iz-zwiemel tat-trott li pparticapaw fit-tigrijiet taghna kienu Francizi filwaqt li ftit inqas minn nofs origina f’pajjizi ohra li kienu kwazi kollha Ewropej (apparti l-iStati Uniti).  


Interessanti li bejniethom Franza u l-iSvezja kkontribwew aktar minn tlett kwarti (75.6%) taz-zwiemel tat-trott kollha li ppartecipaw fit-tigrijiet f’Malta s-sena l-ohra.


Bla dubju statistici interessanti.  Issa naraw jirriservalna dan l-istagun u b’mod partikulari x’tibdiliet se jsehhu mir-realta’ li kellna s-sena li ghaddiet.


 


Nawgurawlkom zewg laqghat eccitanti ohra matul il-gimgha li gejja.