Sunday 23rd February 2014
Is-6 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 – It-23 ta’ Frar

minn Magnat


Se tinzamm laqgha ohra ta’ tigrijiet taz-ziemel nhar il-Hadd 23 ta’ Frar, li tinkludi programm iehor ta’ xejn inqas minn 11-il tigrija, bl-ewwel tigrija mistennija tibda’ fis-1.15pm.  Dawn huma kollha tigrijiet tat-trott fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.


Din il-laqgha hija kkaratterizzata minn zewg attrazzjonijiet ewlenin, cioe, tigrija normali tal-klassi Premier riservata ghal zwiemel tat-trott bl-oghla punti ta’ handicap f’Malta u l-bidu tal-kampjonat Assikura ghal zwiemel tal-klassi Bronze b’xejn inqas minn sitt heats.


It-tigrija tal-klassi Premier f’dan il-programm tipprometti li tipprovdi spettaklu mill-aqwa.  Tnax-il ziemel ta’ kalibru kbir se jisfidaw lil xulxin ghal rebha prestigjuza!  Dawn jinkludu lir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira tal-istagun li ghadda Nabab du Chatelet, ir-rebbieh tat-Tazza tal-President Gently di Poggio, r-rebbieh tal-Prix de Vincennes ta’ Dicembru Ohime Mag, rebbieha ta’ kampjonati fil-passat Arnie Sensation u Livi Cantona, zwiemel li ppjazzaw dan l-ahhar bhal Sultan November u l-partecipanti l-ohra kollha mill-aktar validi.


Dawn jinkludi wkoll id-debuttanta Chiara Sisu, debba Svediza ta’ 9 snin miktuba bl-oghla punti ta’ handicap ghad-debuttanti hawn Malta.  Rebbieha ta’ SEK1,191,012 barra minn xtutna, permezz ta’ tmien rebhiet u pjazzamenti numeruzi, hija ghandha l-ahjar hin ta’ 1’12’0 maghmul fl-2012 fuq distanza ta’ 1,609m.  Fost l-ahjar prestazzjonijiet taghha nsibu rebha f’heat tad-Diamantstoet f’Novembru 2010 (rebh ta’ flus ta’ SEK100,000) u pjazzament fit-tieni post fil-Finali Diamantstoet (ghal dwieb ta’ bejn 3 u 7 snin) f’Novembru 2011 bl-istess livell ta’ rebh ta’ flus.  Hija kellha sena tajba fl-2013 b’rebha u xejn inqas minn 13-il pjazzament (mit-tieni sal-hames) fuq distanzi li jvarjaw bejn 1,640m u 2,640m, u l-ahjar hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru.


Il-kampjonat Assikura ghall-klassi Bronze jinkludi 72 partecipant, b’6 heats komposti minn bejn 10 u 13-il ziemel tat-trott f’kull wahda.  L-ewwel erbgha minn kull heat jghaddu ghas-semi-finali.


Fost il-partecipanti fl-ewwel heat, insibu lir-rebbieha ta’ dan l-ahhar Kaki de Peyrahout, Buckens Stjarna u Pema, kif ukoll ohrajn bhal Mezio Josselyn u Money Boy li ppjazzaw tajjeb fl-ahhar tigrijiet taghhom, kif ukoll il-partecipanti validi l-ohra kollha.


Ir-rebbieha ta’ dan l-ahhar fit-tieni heat jinkludu lil Navaroso de Khepri u Bella Notte, filwaqt li Take Out Blu u Prince du Moutier ukoll kellhom pjazzamenti tajba fl-ahhar hargiet taghhom, bil-kompetituri l-ohra kollha wkoll ikollhom il-kwalita’ biex iqumu ghall-okkazjoni.


Fit-tielet heat insibu lil Nemrod du Ruisseau u Stormy Sand, it-tnejn rebbieha f’tigrijiet ricenti, flimkien ma’ Napolitano Sun u Ywema’s Pine fost dawk li kellhom tigrijiet ta’ success fl-ahhar laqghat.


Imbaghad imiss lil zwiemel bhal Qumran de la Motte, Quatrain de Retz u Nylan du Mouloire li rregistraw rebhiet fl-ahhar ftit xhur, filwaqt li Lotus du Goth, Obscur de Busset, Petchora u Nono d’Echal urew il-kompettivita’ taghhom permezz ta’ pjazzamenti tajbin.  Din il-heat tinkludi wkoll l-uniku debuttanta f’dan il-kampjonat, cioe’ d-debba Svediza ta’ 11-il sena Wilma Belize.


Il-hames heat hija kkaratterizzata minn numru ta’ partecipanti li ppjazzaw tajjeb dan l-ahhar, inkludiWillesden Hanover, Caddie Drink, Qualou Chouan, Notice As, Julian Port u Biggles Coquet, bl-ohrajn kollha jkunu kapaci li jissieltu ghar-rebha jew ghal post fis-semi-finali. 


L-istess huwa l-kaz tas-sitt u l-ahhar heat, bi zwiemel bhal Lime Casted, Icare de Jemma, Adream Wish, Jens, Above Roland, Oscar du Meu u Quella des Moyeux kollha ppjazzaw tajjeb fl-ahhar hargiet taghhom.


Indubbjament sitt tigrijiet ibbilancjati b’rizultat incert mhux biss rigward ir-rebbieha izda wkoll rigward iz-zwiemel l-ohra li se jikkwalifikaw.


Il-bqija tat-tigrijiet huma dawn normali ghall-klassijiet Copper (wahda) u Silver (tlieta).


U b’hekk se nibdew kampjonat iehor, wiehed riservat ghal zwiemel li forsi ma jiddominawx ix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta bhal ma tipikament jaghmlu z-zwiemel tat-trott tal-klassijiet Premier u Gold, izda dawn huma xorta zwiemel popolari bi spirtu kompettivi kbir li certament jiggarantixxi tmiem missielta u spettaklu kbir ghall-ispettaturi kollha!


L-ahhar laqgha


L-ahhar laqgha kienet ikkaratterizzata mill-bidu tal-kampjonat Assikura ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Gold kif ukoll minn tigrijiet “normali” mill-isbah tal-klassi Premier kollha fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m u minn tigrija tal-galopp pjacevoli tal-Klassi A fuq l-itwal distanza tat-tigrijiet ghal zwiemel tal-galopp f’Malta, 2,250m.


Klassi Premier


P.A. Surprise mar fuq quddiem kmieni fit-tigrija tal-klassi Premier u rnexxielu jimponi l-pass tieghu fuq il-kumplament taz-zwiemel sa madwar 850m mit-tmiem, meta Absolut Spender mar tnejn fuq barra u qabez liz-ziemel ta’ quddiem.  Dan iz-ziemel, rebbieh tal-finali tal-klassi Premier fl-Equestrian Festival f’Dicembru rnexxielu anki jzid il-velocita’ tieghu fl-ahhar parti tat-tigrija u grazzi ghal sprint mill-aqwa rnexxielu jirrezisti l-attakk b’sahhtu ta’ Vejby Boom fid-dritta tat-tmiem biex kiseb is-sitt rebha tieghu f’Malta fil-hin tajjeb hafna ta’ 1’14’8 fil-kilometru, tul quddiem l-istess Vejby Boom, segwit minn Zalgado Transs R u Oltedo de Rieux.


Heats mill-Kampjonat Assikura – klassi Gold


Phenix de la Roque mar fuq quddiem madwar mil mit-tmiem tal-ewwel heat mill-Kampjonat Assikura u ghalkemm Quintet ha l-kmant ghal ftit sekondi, Phenix de la Roque rega’ mar fuq quddiem. 


Dan tal-ahhar irnexxielu jzomm il-kmant sal-ahhar parti tat-tigrija, meta Quintet mar tnejn fuq barra biex jattakka z-ziemel ta’ quddiem, irnexxielu jiehu jmur fuq quddiem fil-bidu tad-dritta tat-tmiem u mbaghad sprintja sat-tmiem biex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’1’15’3 fil-kilometru, madwar tul u nofs quddiem Prince Gaillard li spicca b’sahhtu, segwit fis-semi-finali minn Phenix de la Roque u Joss Q.C.


Fit-tieni heat, l-ewwel rajna lil Happiness Photo jmur fuq quddiem wara madwar 300m mill-bidu tat-tigrija, b’Ouest Mabon jiehu l-kmant wara l-ewwel nofs kilometre.  Dan iz-ziemel baqa’ fuq quddiem sal-ahhar tad-dritta tal-faccata meta Happiness Photo faqqa’ l-attakk tieghu tnejn fuq barra u mar fuq quddiem madwar 600m mit-tmiem.


Dan ta’ l-ahhar kompla jzid il-velocita’ tieghu u malajr inqata’ mill-kumplament taz-zwiemel u mbaghad iddomina b’mod komdu d-dritta tat-tmiem biex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’1’15’1 fil-kilometru, kwazi tlett tulijiet quddiem Blizzard AD, segwit minn Means Nothing u L’Ideal de Fersan li kollha ghaddew ghas-semi-finali.


Little Nick mar fuq quddiem kmieni fit-tielet heat, kmant li zamm b’mod komdu sad-dritta tal-faccata meta bdejna naraw l-avvanz determinat ta’ Charm Hammering tnejn fuq barra, b’dan ta’ l-ahhar imur fuq quddim 600m mit-tmiem.


Id-dritta tat-tmiem kienet dwell eccitanti bejn Charm Hammering fin-naha ta’ gewwa u Player du Mirel fuq barra b’ta’ l-ewwel jirnexxielu jirrezisti l-isfida u jikseb it-tmien rebha f’Malta u wara l-iskwalifika ta’ Player du Mirel fuq il-girja, r-rebha ta’ Charm Hammering kienet ta’ kwazi hames tulijiet minn Quintet du Vivier, b’Xray Hornline u Quipson jiksbu l-postijiet li kien fadal fis-semi-finali.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’16’1 fil-kilometru.


Il-heat ta’ wara ftit kellha storja hekk kif Pissaro mar fuq quddiem fil-fazijiet bikrija tat-tigrija u zammu sat-tmiem.  Effettivament huwa rnexxielu wkoll izid fil-velocita’ tieghu fl-ahhar 300m meta kellu sprint meraviljuz biex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’1’16’1 fil-kilometru, xi zewg tulijiet quddiem  Qurieux du Ponchet, Qlement du Digeon u Energy Launcher li kkwalifikaw ukoll.



Orion du Vaumicel ha kmant bikri fil-heat ta’ qabel ta’ l-ahhar segwit minn zwiemel bhal Carnegie Hall, Oiellet de Phens u z-zwiemel l-ohra fi grupp kumpatt.  Is-sitwazzjoni baqghet prattikament l-istess sad-dritta tat-tmiem meta xejn inqas minn sitt zwiemel sfidaw lil xulxin prattikament f’linja wahda, bl-ahjar minnhom tkun Wies Buitenzorg li kienet qed tigri hamsa fuq barra u Quid d’Aliermont erbgha fuq barra.  Il-photo finish ta’ l-ewwel rebha f’Malta lil ta’ l-ewwel f’1’16’6 fil-kilometru, ras biss quddiem Quid d’Aliermont, segwiti fis-semi-finali minn Carnegie Hall u Oiellet de Phens.


Finalment, kien Olry Meslois li kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tal-ahhar heat izda l-azzjoni vera waslet fil-bidu tad-dritta tat-tmiem meta r-rebbieh tal-Prix d’Enghien ta’ Dicembru Oolong li kien qed jigri erbgha fuq barra faqqa’ sprint impressjonanti biex qabez ziemel wara l-iehor, lahaq liz-ziemel ta’ quddiem f’nofs id-dritta tat-tmiem u mbaghad hadd ma seta’ jzommu sat-tmiem biex kiseb ir-raba’ rebha tieghu f’Malta fil-hin impressjonanti ta’ 1’14’4 fil-kilometru (l-ahjar hin s’issa dan l-istagun fuq id-distanza ta’ 2,140m), xi zewg tulijiet quddiem Oscar Mati, segwit minn Olry Meslois u Obelix Cream li kienu l-ahhar zwiemel li kkwalifikaw ghas-semi-finali.


Tigrija tal-Galopp – Klassi A


Fit-tigrija tal-galopp tal-Klassi A fuq id-distanza mill-aktar twila ta’ 2,250m kien Ollie Fliptrik li mar fuq quddiem segwit minn Timolin u Pearl Storm.  Dawn iz-zewg zwiemel tal-galopp ghamlu l-attakk taghhom fid-dritta tal-faccata u pprovdewlna taqbida ecitanti ras’imb’ras.  Pearl Storm mar fuq quddiem madwar 300m mit-tmiem u mbaghad iddefenda l-vantagg tieghu matul id-dritta tat-tmiem mir-ritorn ta’ Timolin, biex kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu tlett kwarti ta’ tul quddiem l-istess Timolin, segwit minn Ollie Fliptrik.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 2’19’42.


Fatti u Cifri 2013 (Ir-Raba’ Parti): L-Unuri fil-qasam tat-Trott  


Ix-xena tat-trott f’Malta toffri numru ta’ unuri fir-rigward kemm ta’ sewwieqa kif ukoll ta’ zwiemel.  Hafan minn dawn jippremjaw il-konsistenza fil-prestazzjoni matul is-sena kollha bl-Unur tas-Sewwieq tax-Xahar ikun immirat ghal dak is-sewwieq jew gerrej matul ix-xahar partikulari.


L-iktar ziemel tat-trott konsistenti ghall-2013 kien l-Olandiz Andri Boko (li segwa Olandiz iehor, Zilver Boko, fl-2012) li kiseb 8 rebhiet (inkluza l-finali tal-klassi Copper tal-Kampjonat tas-Sajf) u 8 pjazzamenti mill-24 tigrija tieghu (l-iktar ziemel li ppartecipa f’tigrijiet is-sena l-ohra).  Dan iz-ziemel gera’ l-aktar fil-klassijiet Copper u Bronze izda gie promos ghall-klassi Silver qrib l-ahhar tas-sena. 


Huwa gie segwit mill-Franciz Okilaibo (sitt rebhiet u tmien pjazzamenti) mil-14-il tigrija tieghu (kollha fil-klassi Premier) u Olandiza ohra Zeta Jones A (sitt rebhiet u sitt pjazzamenti) minn 16-il tigrija (l-aktar fil-klassi Bronze izda hija giet promossa fil-klassi Silver f’Novembru), f’dik il-klassifika.


Noel Baldacchino rebah l-unur tal-Aqwa Sewwieq (ghar-raba’ darba konsekuttiva) quddiem Charles Camilleri, Rodney Gatt, Julian Farrugia, David Ellul, Tony Demanuele u Clifferty Calleja f’dik l-ordni.  Dawn is-seba’ sewwieqa kollha rnexxielhom jaqbzu l-190 punt fil-klassifika finali. 


Rodney Gatt rebah l-unur tal-Aqwa Sewwieq Apprentist (Taht il-25 Sena) ghat-tmien sena konsekuttiva quddiem Redent Magro, Jesmar Gafa’ u Kurt Saliba.  Hija hasra li minn dawn l-ewwel erbgha, Rodney Gatt biss (it-tielet) irnexxielu jippjazza mal-ewwel 10 fil-klassifika tal-Aqwa Sewwieq.


Wara l-partecipazzjoni attiva taghha fil-kampjonat tas-sewwieqa tal-Mediterranean Horse Racing Union fl-ahhar snin, is-sena l-ohra Malta ma tantx kienet attiva f’dan ir-rigward, u ppartecipat biss f’tappa wahda, cioe’ dik li saret f’Siracusa, l-Italja, meta Noel Baldacchino spicca s-seba’ (ir-raba’ fost il-partecipanti f’dan il-kampjonat internazzjonali).


Min-naha l-ohra, l-2013 tibqa’ memorabbli f’mohhna lkoll bhala s-sena tar-rebha storika ta’ Noel fil-korsa leggandarja ta’ Vincennes (it-tieni rebha Maltija wara dik ta’ Andrew Pace fl-2001) meta kien qed isuq liz-ziemel ta’ 10 snin Puy de Sancy fit-tigrija internazzjonali Prix de Recontres Internationales du Trotteur Francais nhar it-30 ta’ November 2013.


Is-sewwieqa taghna hadu sehem ukoll f’diversi tigrijiet internazzjonali ohra, kemm fuq bazi ta’ inizjattivi personali jew bhala rapprezentanti ta’ Malta f’livell ufficjali u hafna minnhom irnexxielhom jiksbu rizultati mill-aktar sodisfacenti.  Prosit tassew lilhom ilkoll.


L-Unur tas-Sewwieq tax-Xahar intrebah darbtejn minn persuna wahda biss, cioe’ s-sewwieq Campjin Noel Baldacchino (Settembru u Novembru), bil-kumplament tar-rebbieha jkunu Clifferty Calleja (Jannar- Frar), Ramon Grima (gerrej tal-galopp) (Marzu), Charles Camilleri (April), Patrick Spiteri (Mejju), Rodney Gatt (Gunju), Julian Farrugia (Lulju), Eric Bezzina (Ottubru) u Ronald Cassar (Dicembru).  Prosit tassew lilhom ilkoll!


Ic-cerimonja tal-Malta Horse Racing Awards inzammet ukoll fi Frar, u ghal darb’ohra din kienet avveniment ta’ success kbir li fiha gew onorati sidien, sewwieqa, gerrejja u personalitajiet ohra mill-qasam tat-tigrijiet taz-zwiemel, ghas-successi taghhom.  Avveniment mill-aktar pjacevoli u ta’ min ifahhru.


Prosit tassew lill-persuni u zwiemel imsemmija aktar ‘il fuq.  Nixtiequ l-isbah xewqat lilhom u lil dawk kollha (kemm bnedmin kif ukoll zwiemel) li qed jimmiraw li jiehdu sehemhom mill-unuri ta’ din is-sena.


Niehu wkoll din l-opportunita’ sabiex nirringrazzja mill-gdid lill-habib tieghi s-Sur Nicholas Farrugia, tassew enciklopedija tat-trott, li minghajr l-informazzjoni statistika prezzjuza tieghu f’diversi oqsma ma kontx inkun f’pozizzjoni li nipprezenta dan is-sommarju tal-istagun li ghadda fit-tmiem ta’ dawn l-erba’ artikli.  Fl-edizzjoni li jmiss naghtu daqqa t’ghajn lejn ix-xena tat-tigrijiet tal-galopp.


Nawgurawlkom laqgha ohra ecitanti nhar il-Hadd li gej.