Saturday 1st March 2014
Is-7 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 – It-2 ta’ Marzu

minn Magnat


Laqgha ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel se tinzamm nhar il-Hadd 2 ta’ Marzu, bi programm ta’ tmien tigrijiet li jibda’ fis-1.30pm.  Dawn it-tigrijiet jinvolvu varjeta’ ta’ distanzi, minn dik qasira ta’ 2,140m ghal dik itwal ta’ 2,640m fil-kaz taz-zwiemel tat-trott u d-distanza sprint ta’ 1,250m ghaz-zwiemel tal-galopp.


L-attrazzjoni ewlenija ta’ din il-laqgha tikkonsisti l-aktar fiz-zewg semi-finali mill-Kampjonat Assikura fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Gold, bl-ewwel hamsa minn kull wahda jghaddu ghall-finali li ghandha tinzamm gimghatejn ohra.


It-23 partecipant jikkonsistu fi 13-il Franciz, 6 Svedizi, 2 Danizi u wiehed kull wiehed mill-Awstrija u l-Olanda.


Fl-ewwel semi-finali nsibu 12-il partecipant ta’ kwalita’ oghlja, cioe’ r-rebbieha tal-heats Quintet u Pissaro, Obelix Cream, Prince Gaillard u Qurieux du Ponchet, li kollha gejjin minn rebha u pjazzament, Phenix de la Roque, Means Nothing, Blizzard AD, Energy Launcher, Quintet du Vivier u XRay Hornline li rregistraw zewg pjazzamenti fl-ahhar tlett hargiet taghhom u Oeillet de Phens li rnexxielu jippjazza tajjeb fl-ahhar tigrija tieghu.


11-il ziemel se jikkontestaw it-tieni semi-finali.  Din tara’ erba’ rebbieha ta’ heats, cioe’ r-rebbieh tal-finali tal-klassi Gold tal-Equestrian Festival Charm Hammering, ir-rebbieh tal-Prix d’Enghien ta’ Dicembru Oolong, Happiness Photo u Wies Buitenzorg, Quid d’Aliermont li gej minn rebha u pjazzament fiz-zewg tigrijiet tieghu f’Malta s’issa, Carnegie Hall li ppjazza f’kull wahda mill-ahhar tlett tigrijiet tieghu, Joss QC u Olry Meslois li gejjin minn zewg pjazzamenti tajba fl-ahhar tlett tigrijiet taghhom, flimkien maz-zwiemel tat-trott validi l-ohra L’Ideal de Fersan u Quipson, li t-tnejn ippjazzaw fil-heat taghhom biex ikkwalifikaw ghas-semi-finali.


It-tigrija “normali” tal-klassi Premier tinkludi l-massimu ta’ zwiemel possibbli (cioe’ 16-il ziemel) u se tinzamm fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m (bhat-tigrijiet l-ohra “normali” kollha f’dan il-programm).  Kollha mill-aktar validi, dawn iz-zwiemel jipprezentawlna tahlita mill-aktar interessanti.


Jikkompetu f’din it-tigrija nsibu fost l-ohrajn lil Vejby Boom, li ghandu rebha u tlett pjazzamenti fl-erba’ hargiet tieghu s’issa, Zandina Boshoeve b’rebha u pjazzament fit-tieni post fl-ahhar tlett hargiet taghha, Oltedo de Rieux li rregistra zewg pjazzamenti fl-ahhar tlett tigrijiet tieghu, wiehed mill-aktar zwiemel ta’ success l-istagun li ghadda, Midnight Passion, li wkoll ippjazza tajjeb fl-ahhar tigrija tieghu, P.A. Surprise b’rebha u pjazzament fl-erba’ tigrijiet tieghu f’Malta s’issa, z-zwiemel relattivament godda Paris Libere’ u Quiet Way, ir-ritorn ta’ xi zwiemel wara nuqqas ta’ ftit xhur, bhal Poppes Figher u Rocky Composite u d-debuttant Franciz ta’ 11-il sena Pat de Fontaine.


It-tigrijiet l-ohra tat-trott se jkunu tnejn ghal kull wahda mill-klassijiet Bronze u Copper.  Il-Franciz ta’ sitt snin Uranium des Arkads mistenni jiddebutta fil-klassi Copper.


It-tigrija tal-galopp tal-klassi A mistennija tinkludi l-oghla numru ta’ partecipanti f’tigrija tal-galopp s’issa din is-sena, cioe’ sitta.  Dawn jinkludu zewg zwiemel tal-galopp Amerikani li gejjin minn pjazzamenti tajba, cioe’ Safari Storm u Ollie Fliptrik, u mbaghad l-aspett interessanti ta’ erba’ zwiemel li qed jaghmlu r-ritorn taghhom wara perjodu ta’ assenza mit-tigrijiet.  Dawn huma l-Amerikan Darielli u l-Irlandiza Gold As Good (it-tnejn qed jaghmlu d-debutt stagjonali taghhom wara li kkompetew l-ahhar f’Dicembru), l-iSvediz Mr Roxy Music (li qed jirritorna wara nuqqas ta’ sena u nofs) u Spectrum Bond (li ilu nieqas mit-tigrijiet ghal tlett snin u nofs).


Peress li jinzerta Hadd il-Karnival, din il-laqgha tinkludi wkoll l-attrazzjoni addizzjonali li t-tfal huma mistiedna li jinzlu l-korsa bil-kostum tal-Karnival.  Barra minn dan, dawk it-tfal li ghandhom pony jistghu inizzluh ik-korsa armat tal-Karnival ghal parata li se ssir wara t-tielet tigrija fil-programm.  Dawk interessati jridu jkunu fil-paddock fis-2.15pm.  Jinghata trofew lil dak il-pony li jkun imzejjen bl-aktar mod originali bit-tema tal-Karnival.  Aktar dettalji jistghu jinkisbu minghand Joe Zerafa (il-Prins).


Din hija laqgha ta’ tigrijiet inqsar mit-tnejn ta’ qabilha, izda l-attrazzjonijiet m’huma xejn inqas.  Tabilhaqq, wiehed m’ghandux jitlef zewg semi-finali li jinvolvu whud mill-aktar zwiemel popolari f’Malta, li hafna minnhom huma fuq l-ghatba tal-klassi Premier, filwaqt li t-tigrija tal-klassi Premier, it-tigrija tal-galopp u  l-bqija tat-tigrijiet, kif ukoll l-atmosfera tal-Karnival fil-korsa huma kollha garanzija ta’ Hadd wara nofsinhar mill-aqwa ghall-familja kollha!


L-ahhar Laqgha


L-attrazzjonijiet ewlenin tal-ahhar laqgha kienu jikkonsistu f’tigrija tal-klassi Premier ta’ valur gholi kif ukoll il-bidu tal-Kampjonat Assikura ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Bronze, kollha fuq id-distanza ta’ 2,140m.


Klassi Premier


Il-bicca l-kbira tat-tigrija tal-klassi Premier kienet iddominata mid-debuttanta Svediza Chiara Sisu li hadet kmant bikri segwita mill-qrib minn Ohime Mag, Sultan November, Vanmaker Limburgia u z-zwiemel l-ohra f’qaqocca wahda.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sa l-ahhar 500m meta diversi zwiemel bdew l-attakk taghhom fuq id-debba ta’ quddiem.


Madankollu l-azzjoni determinanti tat-tigrija waslet madwar 350m mit-tmiem meta Ohime Mag f’daqqa wahda zied il-velocita’ tieghu b’mod impressjonanti, mar tnejn fuq barra u wasal ras’imb’ras ma’ Chiara Sisu.  Dawn iz-zewg zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem flimkien, izda Ohime Mag ipproduca sprint meraviljuz, mar fuq quddiem fil-bidu tad-dritta u mbaghad irrezista l-isfida kuragguza ta’ Vanmaker Limburgia sabiex kiseb il-hames rebha tieghu f’Malta, kwazi zewg tulijiet quddiem dan ta’ l-ahhar, segwit minn Orgueil de Nganda u Livi Cantona.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’15’1 fil-kilometru.


Heats mill-Kampjonat Assikura  - Klassi Bronze


Kaki de Peyrahout kien l-ewwel li mar fuq quddiem fl-ewwel heat tal-klassi Bronze, izda huwa malajr inqabez minn Narcus du Roc, segwit minn grupp kumpatt ta’ partecipanti.  Madankollu fid-dritta tal-faccata rajna r-ritorn ta’ Kaki de Peyrahout li ghamel attakk determinat u ha l-kmant madwar 600m mit-tmiem.


Dan ta’ l-ahhar zied fil-velocita’ b’mod brillanti, malajr fetah vantagg tajjeb u ddefendieh b’success fid-dritta tat-tmiem mill-attakki ta’ Pema u Mezio Josselyn biex kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu (it-12-il rebha tieghu f’Malta) f’1’17’3 fil-kilometru, xi zewg tulijiet quddiem l-istess Pema u Mezio Josselyn, segwiti fis-semi-finali minn Quero des Erablais.


Prince du Moutier kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira mit-tieni heat u baqa’ hemm sad-dritta tal-faccata, meta Take Out Blue hareg fuq in-naha ta’ barra u attakka b’success liz-ziemel ta’ quddiem, sabiex irnexxielu jmur fuq quddiem xi 600m mit-tmiem.  Madankollu t-tigrija kienet ghadha mhux mitmuma, hekk kif Queops de Retz avvanza malajr sabiex wasal qrib ta’ Take Out Blue xi 300m mit-tmiem.


Dawn it-tnejn kienu ras’imb’ras fid-dritta tat-tmiem bi Queops de Retz jirnexxielu jiehu l-kmant f’nofs id-dritta u jikseb it-tielet rebha tieghu f’Malta f’1’18’2 fil-kilometru, tul u nofs quddiem Take Out Blue, segwit minn Royal Qui u Niko de Chamant, li kollha ghaddew ghas-semi-finali.


Fil-heat ta’ wara kien Napolitano Sun li ddomina l-bicca l-kbira tat-tigrija wara li ha kmant bikri.  Dan iz-ziemel kien l-ewwel wiehed li dahal fid-dritta tat-tmiem, segwit mill-qrib minn Sjohultets Tigra u minn diversi zwiemel ohra.  Madankollu fid-dritta, numru ta’ zwiemel wettqu l-attakk taghhom fuq Napolitano Sun bl-iktar wiehed b’sahhtu jkun il-veteran ta’ 16-il sena Schejken Bill li gie minn mar-rejls u rnexxielu jikseb ir-raba’ rebha tieghu f’Malta f’1’18’7 fil-kilometru, nofs tul minn Sjohultets Tigra, segwit minn Napolitano Sun u Quaira Magic li ghaddew ukoll ghas-semi-finali.


Ir-raba’ heat ma tantx kellha storja hekk kif Obscur de Busset mar fuq quddiem kmieni fit-tigrija u zamm il-kmant sat-tmiem, u rnexxielu anki jzid il-velocita’ tieghu fl-ahhar nofs dawra, sabiex kiseb it-tielet rebha tieghu f’Malta b’mod komdu, xi tlett tulijiet quddiem Qumran de la Motte f’1’17’3 fil-kilometru.  Iz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw minn din il-heat kienu Nylan de Mouloire u d-debuttanta Wilma Belize li hadu l-pjazzamenti li kien fadal.


L-istess kien il-kaz fil-heat ta’ wara, li rat lil Julian Port imur fuq quddiem wara madwar 400m, segwit minn Notice As u diversi’ zwiemel ohra, b’ta’ l-ewwel izomm il-kmant sat-tmiem.  Huwa rrizerva wkoll l-ahjar tieghu ghad-dritta tat-tmiem hekk kif sprintja sal-gister, irrezista l-attakki ta’ Pancho Villa li spicca b’sahhtu u Notice As u ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’1’18’2 fil-kilometru, madwar tlett kwarti ta’ tul quddiem l-istess Pancho Villa u Notice As, b’Willesden Hanover ikun l-ahhar ziemel li jikkwalifika minn din il-heat. 


Finalment Quingen de Bussy mar fuq quddiem madwar dawra u nofs mit-tmiem fis-sitta u l-ahhar heat, u huwa rnexxielu jzomm il-kmant sad-dritta tat-tmiem, meta Zeta Jones A pproduciet sprint mill-aqwa min-naha ta’ gewwa u rnexxielha tiehu s-seba’ rebha taghha f’Malta f’1’17’4 fil-kilometru, wara li marret fuq quddiem fl-ahhar 100m.  Mal-gister Zeta Jones A kienet tul quddiem l-istess Quingen de Bussy li ppreceda lil Lime Casted u Jens fis-semi-finali.


Fatti u Cifri 2013 (Il-Hames Parti): Ix-xena tat-tigrijiet tal-Galopp


Huwa xieraq li ntemmu l-harsa lura taghna lejn l-istagun 2013 b’daqqa t’ghajn lejn ix-xena tat-tigrijiet tal-galopp.


It-tigrijiet tal-galopp f’Malta kellhom sena ohra difficli fl-2013.


Inzammu biss 18-il tigrija tal-galopp matul l-istagun li jfisser zieda zghira hafna fuq l-2012, meta kienu nzammu 16-il tigrija.  Dan ifisser medja ta’ tigrija kull 2.94 laqghat li kellna fl-2013 (wahda kull 3.75 laqghat fl-2012), izda kellna inqas zwiemel partecipanti f’hafna minn dawn it-tigrijiet milli kien il-kaz fl-2012.


Hdax minn dawn it-tigrijiet kien ghal zwiemel tal-galopp tal-Klassi A filwaqt li s-seba’ tigrijiet l-ohra kienu tigrijiet “open”.


L-iktar distanzi tat-tigrija popolari kienu dik sprint ta’ 1,250m u dik itwal ta’ 1,750m bi tmien tigrijiet jigu organizzati fuq kull wahda minn dawn id-distanzi.  Zewg tigrijiet biss inzammu fuq id-distanza mill-aktar twila ta’ 2,250m.


L-iktar ziemel tal-galopp konsistenti kien il-Germaniz Timolin fit-tieni stagun shih tieghu f’Malta, fl-eta’ ta’ 6 snin is-sena l-ohra.  Huwa rebah 3 darbiet, spicca fit-tieni post 5 darbiet u t-tielet darb’ohra mid-9 tigrijiet tieghu matul is-sena, cioe’ rnexxielu jirbah jew jipplejsja fit-tigrijiet tieghu kollha s-sena l-ohra.  Huwa rebah it-Tazza Chukkas fuq id-distanza ta’ 1,750m u mbaghad spicca fit-tieni post fit-Tazza Johnnie Walker u fil-Coronation Cup u t-tielet fil-Mediterranean Derby.


Madankollu, z-ziemel tal-galopp li probabbli kien il-forza l-aktar dominant fit-tigrijiet tal-galopp f’Malta s-sena l-ohra kien l-Amerikan li kellu 7 snin is-sena l-ohra Kimberley Downs li galadarba rega’ lura jikkompeti f’Malta f’April wara kwazi sena jigri b’success fi Franza u l-Belgju, rnexxielu jirbah sitta mis-seba’ tigrijiet tieghu f’Malta sa l-ahhar tal-istagun, u rebah ukoll il-Mediterranean Derby (1,750m), it-Tazza Johnnie Walker (2,250m) u l-Coronation Cup (1,250m), cioe’ unur f’kull wahda mid-distanzi tat-tigrijiet tal-galopp f’Malta.


Ghalhekk, dawn iz-zewg zwiemel bejniethom rebhu nofs it-tigrijiet tal-galopp li gew organizzati s-sena l-ohra hawn Malta.


It-total ta’ zwiemel tal-galopp li hadu sehem fit-tigrijiet li kellna fl-2013 kien jammonta ghal 24, tnaqqis iehor konsiderevoli fuq ic-cifra tal-2012 ta’ 33, u anki aktar fuq dik tal-2011 ta’ 42 u anqas minn nofs id-49 ziemel tal-galopp li kkompetew fl-2010.


In-numru ta’ zwiemel tal-galopp godda li ddebuttaw fl-2013 kien ta’ 11 (fuq l-istess livell tal-10 tal-2012) u hafna inqas mit-22 debuttant tal-2011 u tal-21 tal-2010.  Dawn id-debuttanti originaw fl-Irlanda (7) u fil-Gran Brettanja (4).


L-aktar eta’ popolari fost id-debuttanti kienet dik ta’ 4 snin (6 debuttanti), segwita miz-zwiemel ta’ 5 snin (3) u dawk ta’ 6 u 8 snin b’ziemel gdid f’kull wahda.  L-aktar sess popolari kienu l-istalljuni (5), segwit mid-dwieb (4) u z-ziemel imsewwija (2).


L-ahjar hin fuq id-distanza ta’ 1,250m kien dak registrat minn Kimberley Downs (1’12’97 – ftit ahjar mill-ahjar hin tal-2012 fuq din id-distanza registrat minn Fyelehk (Stati Uniti) ta’ 1’12’76), dak fuq id-distanza ta’ 1,750m inkiseb minn Timolin (1’14’90, ghal darb’ohra ftit ahjar min dak tal-2012 ta’ 1’46’79 registrat minn Cheeky Jack (Stati Uniti)), filwaqt li l-ahjar hin stagjonali fuq id-distanza ta’ 2,250m sar ukoll minn Kimberley Downs (2’19’17, titjib fuq l-ahjar hin tal-2012 ta’ 2’21’73, registrat minn Just The Best (FR).


L-izghar ziemel tal-galopp li gera’ f’Malta fl-2013 kienet id-debuttanta Irlandiza Gold As Good fl-eta’ ta’ 3 snin, filwaqt li l-aktar wiehed veteran kien Privileged Boy ta’ 12-il sena.


L-Unur tal-Gerrej tas-Sena ntrebah minn Michael Sultana b’55 punt, segwit minn Demis Zammit u Ramon Grima f’dik l-ordni (Ramon Grima rebah ukoll l-edizzjoni ta’ Marzu tal-Unur tal-Gerrej tax-Xahar.).  Hadu sehem b’kollox erbatax-il gerrej, li xejn inqas minn tlieta minnhom ikunu Taljani u sebgha biss jirnexxielhom jirbhu jew jippjazzaw fost l-ewwel tlieta.


Bla dubju stagun iehor mill-aktar difficli ghax-xena tat-tigrijiet tal-galopp taghna.  Ghal darb’ohra nawguraw li l-partijiet kollha interessati jindirizzaw dak li jista’ jsir sabiex is-sitwazzjoni titjieb xi ftit almenu u jahdmu flimkien sabiex jippruvaw jizguraw li l-istagun 2014 jkun wiehed ahjar ghal din id-dixxiplina tat-tigrijiet mill-isbah.


Nawgurawlkom laqgha ohra ecitanti nhar il-Hadd li gej.