Sunday 9th March 2014
It-8 u d-9 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 – It-8 u d-9 ta’ Marzu

minn Magnat


Se jinzammu zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel f’dan it-tmiem il-gimgha, wahda nhar is-Sibt 8 u l-ohra nhar il-Hadd 9 ta’ Marzu biz-zewg laqghat jibdew fis-1.30pm.  Dawn huma laqghat iddedikati kompletament ghat-tigrijiet tat-trott bi 8 tigrijiet fil-programm tas-Sibt u 9 tigrijiet nhar il-Hadd.


Dawn fihom erba’ attrazzjonijiet ewlenin, cioe’ tigrija tal-klassi Premier mill-aqwa nhar il-Hadd, il-bidu tac-Challenge Cup Ray Auto Dealer ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier, zewg semi-finali mill-kampjonat Assikura ghall-klassi Bronze, u tlett tigrijiet tal-klassi Gold mill-isbah li jghaqqdu zwiemel b’potenzjal qawwi.


It-tigrija tal-klassi Premier tara lista shiha ta’ 16-il ziemel tat-trott mill-aqwa, whud mill-aqwa nett f’Malta!  Dawn jinkludu r-rebbieh tat-Tazza l-Kbira 2013 Nabab du Chatelet, ir-rebbieh tal-finali tal-klassi Premier fl-Equestrian Festival Absolut Spender (li rebah ukoll l-ahhar tigrija tieghu), z-ziemel li spicca fit-tieni post fil-Gran Finali VOB ta’ Dicembru Cloria Victis, ir-rebbieha tal-Kampjonat tas-Sajf tal-klassi Premier 2013 Shakira Trot, ir-rebbieha ta’ diversi kampjonati fil-passat Livi Cantona u Arnie Sensation, Oran (li gej minn rebha u pjazzament fit-tieni post fil-ahhar hargiet tieghu), Vanmaker Limburgia u Poulot des Cinty li t-tnejn gejjin minn pjazzamenti tajba, z-zwiemel relattivament godda Chiara Sisu u Piombino li t-tnejn kienu ferm popolari fil-pajjiz tal-origini taghhom, id-debuttant Franciz imsewwi ta’ 11-il sena Petunia du Pont u z-zwiemel tat-trott l-ohra kollha mill-aqwa.


Ir-Ray Auto Dealer Challenge Cup ghall-klassi Silver tinkludi xejn inqas minn 10 heats fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m, mxerrda indaqs bejn dawn iz-zewg laqghat, bl-ewwel erbgha minn kull wahda jghaddu ghas-semi-finali.


Dawn jinkludu xejn inqas minn 115-il partecipant popolari gejjin minn seba’ pajjizi differenti, cioe’ d-Danimarka, Franza, l-Germanja, l-Italja, l-Olanda, l-iSvezja u l-iStati Uniti.


Fost dawn il-partecipanti popolari kollha nistghu ninnutaw xejn inqas minn 24 li gejjin minn rebhiet jew pjazzamenti tajba fit-tieni post dan l-ahhar, inkluzi Petrus du Vivier, Super Gordon, Wonderofyou, Count Wiesnievski, Quioco Dry, Oscar des Racques, Megiddo, Reveal Champ Blanc, Lacoste I.T., Octobre En Fete, Sir Malouin, Damita, Andri Boko, Zizazimoko, Quid de la Muette, Quid de Belle Vue,  Livi Evergreen, Rocky de Jervi, Milano du Gite, Lonshults Erik, Ouest du Vivier, Alf Eme, Quo Vadis Phedo u Pile Ou Face.


Bla dubju lista tassew impressjonanti!


Hemm ukoll diversi ohrajn li dan l-ahhar nizlu mill-klassi Gold u li jkunu qed ifittxu iktar success f’din il-klassi, bhal Partner Blue, Ollico Pellois, Naja In Blue, Pirate d’Urzy, Lonestar Somolli, Mival Tondi, I Pitstop, Oscar Indien, Quarborandum, Dialect Af Prinfo, Nobleness Dubrio, Pepita Ans, Obelix Molgard, Nouveaux de Vie u Narciso Grif, fost l-ohrajn. 


Dawn il-heats jinkludu wkoll tmien debuttanti, cioe’ d-Danizi Niffi u Noble Raun, il-Francizi Ringo Flower u Roff Gy, it-Taljani Noah Stars u Odino d’Alfa u l-iSvedizi Claudine u Livi Dida.


Bla dubju nistennew taqbida qawwija ghall-ewwel erba’ postijiet f’kull heat li jipprovdu post fis-semi-finali!


Il-kampjonat Assikura ghall-klassi Bronze issa jidhol ukoll f’fazi ecitanti biz-zewg semi-finali jinzammu nhar il-Hadd fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m u li jinkludu 10 u 11-il partecipant rispettivament.  L-ewwel hamsa minn kull semi-finali jghaddu ghall-finali.


L-ewwel semi-finali tinkludi zwiemel tal-kwalita’ ta’ Obscur du Busset, Queops de Retz, Schejken Bill u Julian Port, kollha rebbieha tal-heat rispettiva taghhom, flimkien ma’ Pema u Qumran de la Motte, li t-tnejn gejjin minn rebha u pjazzament fit-tieni post fl-ahhar zewg hargiet taghhom, Sjohultets Tigra li ppjazzat tajjeb fit-tieni post fil-heat taghha u l-partecipanti kompettivi l-ohra kollha.


It-tieni semi-finali mhi xejn inqas b’Kaki de Peyrahout gej minn zewg rebhiet konsekuttivi, Zeta Jones A li rebhet il-heat taghha, u xejn inqas minn erba’ zwiemel li spiccaw fit-tieni post fil-heats, cioe’ Pancho Villa, Quingen de Bussy, Napolitano Sun u Take Out Blue.  Dawn se jkollhom jiffaccaw l-isfida tal-kumplament taz-zwiemel li huma mill-aktar b’sahhithom u zgur li jaghtu taqbida tajba ghall-ewwel hames postijiet.


It-tlett tigrijiet tal-klassi Gold fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m huwa wkoll ferm ibbilancjati.  Dawn jinkludu l-aktar zwiemel li qed ifittxu titjib fil-prestazzjoni taghhom fuq l-ahhar hargiet taghhom, kif ukoll xi zwiemel f’forma tajba bhal Simb Tyrant (li gej minn rebha u pjazzament fit-tieni post fl-ahhar tlett hargiet tieghu) u Presidential (bi pjazzament tajjeb fit-tieni post fit-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu).


Ghandha tinghata attenzjoni wkoll ghal numru ta’ partecipanti li dan l-ahhar nizlu mill-klassi Premier.  Dawn jinkludu r-rebbieh tal-2012 tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum Troy Boshoeve, r-rebbieh tal-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier Milord Barbes, Why Not As, Nitesco d’Antony, Veikko Hornline, Give To Get, Madam di Poggio, Ygor of Pass u Pro Shop.


It-tigrija ta’ nhar il-Hadd tipprovdi l-attrazzjoni addizzjonali ta’ erba’ debuttanti, cioe’ d-Daniz ta’ 9 snin New Star D K, il-Franciz ta’ 10 snin Quiz du Lys, t-Taljan ta’ 9 snin Laval u l-iSvediz ta’ 9 snin Cowboy Party.


Zewg laqghat, sbatax-il tigrija, mimlija varjeta’ u attrazzjonijiet.  Jekk it-temp ikun hanin maghna, dan ghandu jkun tmiem il-gimgha fantastiku ghad-dilettanti kollha tat-tigrijiet taz-zwiemel!


L-ahhar laqgha


L-attrazzjonijiet ewlenin tal-ahhar laqgha kienu jikkonsistu f’zewg semi-finali mill-aktar interessanti mill-Kampjonat Assikura ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Gold li minnhom inghazlu l-finalisti ta’ dan il-kampjonat fuq id-distanza ta’ 2,140m, tigrija tal-klassi Premier fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m u tigrija tal-galopp interessanti tal-Klassi A fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m.


Semi-finali mill-Kampjonat Assikura (klassi Gold) semi-finals


Pissaro mar fuq quddiem wara ftit mijiet ta’ metri fl-ewwel semi-finali bis-sitwazzjoni tibqa’ l-istess sad-dritta tal-faccata meta rajna l-avvanz veloci ta’ Phenix de la Roque li attakka tnejn fuq barra u mar fuq quddiem 600m mit-tmiem.


Madankollu fl-istess hin, Qurieux du Ponchet kien avvanza post wara l-iehor u tela’ tlieta fuq barra biex jisfida liz-ziemel ta’ quddiem.  Dawn iz-zewg zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem flimkien izda Qurieux du Ponchet ha l-kmant f’nofs id-dritta tat-tmiem sabiex kiseb it-tieni rebha stagjonali u t-tielet rebha tieghu f’Malta f’1’16’9 fil-kilometru, tlett kwarti ta’ tul quddiem Prince Gaillard, segwiti fil-finali minn Oeillet de Phens, Quintet u Phoenix de la Roque f’dik l-ordni.


Oolong ha kmant bikri fit-tieni semi-finali, izda huwa gie sostitwit fuq quddiem wara biss nofs dawra minn Joss QC b’Charm Hammering jiehu l-kmant madwar 1,200m mit-tmiem.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sa 500m mit-tmiem meta Wies Buitenzorg ghamlet progress tajjeb fuq in-nahat ta’ barra u waslet qrib iz-ziemel ta’ quddiem.


Hija marret fuq quddiem b’mod komdu 300m mit-tmiem u sprintjat b’mod impressjonanti sat-tmiem sabiex kisbet it-tieni rebha konsekuttiva, stagjonali u f’Malta f’1’15’7 fil-kilometru, xi tlett tulijiet quddiem Happiness Photo u l-bqija taz-zwiemel li kkwalifikaw Quid d’Aliermont, Charm Hammering u Olry Meslois.


Klassi Premier


Rocky Composite kien l-ewwel wiehed li ha l-kmant fit-tigrija tal-klassi Premier, izda d-debuttant Pat de Fontaine rnexxielu jaqbzu zewg dawriet mit-tmiem.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sad-dritta tat-tmiem meta nbidel kollox!


Quiet Way attakka tnejn fuq barra fil-bidu tad-dritta u malajr mar fuq quddiem izda f’daqqa wahda rajn lil Midnight Passion u Vejby Boom jisprinjaw qishom vlegeg erbgha u hamsa fuq barra rispettivament, b’dan ta’ l-ahhar ikun l-aktar veloci u jirnexxielu jeghleb lil Quiet Way b’ras mal-gister sabiex kiseb it-tieni rebha stagjonali u locali tieghu f’1’17’1 fil-kilometru.  Midnight Passion u Ourasi Diams dahlu t-tielet u r-raba’ rispettivament.


Klassi Bronze


Il-veteran Icare de Jemma zamm il-kmant ghall-ewwel nofs tal-ewwel tigrija tal-klassi Bronze, bi Grace Party tmur fuq quddiem 1,200m mit-tmiem.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sa 350m mit-tmiem meta rajna r-ritorn ta’ Icare de Jemma li attakka u rnexxielu jiehu l-kmant mill-gdid, izda l-azzjoni krucjali waselt fil-bidu tad-dritta tat-tmiem meta Nox Blue attakka liz-ziemel ta’ quddiem tnejn fuq barra, mar fuq quddiem 200m mit-tmiem u baqa’ sejjer biex kiseb ir-raba’ rebha tieghu f’Malta f’1’19’2 fil-kilometru, madwar tul u nofs quddiem Adream Wish, segwita minn Icare de Jemma u Ywema’s Pine.


Quatrain de Retz kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tad-distanza fit-tieni tigrija.  Madankollu Marchallah attakka b’success fid-dritta tal-faccata, sabiex mar fuq quddiem 650m mit-tmiem.  Izda d-dritta tat-tmiem irregalatilna tmiem impressjonanti, hekk kif Oscar du Meu pproduca sprint mill-aqwa erbgha fuq barra sabiex lahaq liz-zwiemel ta’ quddiem, u mar fuq quddiem fl-ahhar ftit metri sabiex irregistra l-ewwel rebha tieghu f’Malta sentejn wara li ddebutta f’Malta, f’1’18’5 fil-kilometru, tlett kwarti ta’ tul quddiem  Navaho Simoni, segwit minn Norfolk du Gouerie u Marchallah.


Tigrija tal-galopp tal-Klassi A


Gold As Good hadet kmant immedjat fit-tigrija tal-galopp tal-klassi A, izda Safari Storm avvanza b’mod determinat fid-dritta tal-faccata u ma kellux diffikulta biex imur fuq quddiem fil-bidu tal-ahhar nofs dawra u mbaghad jirnexxielu jikkontrolla t-tigrija, sabiex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta zewg tulijiet quddiem Gold As Good, segwita minn Ollie Fliptrik f’1’14’02.


Unur tas-Sewwieq tax-Xahar – Janner - Frar


Is-Sewwieq tax-Xahar ghal Jannar – Frar huwa Charles Camilleri, li rebah dan l-unur abbazi tas-seba’ rebhiet u tlettax-il pjazzament tieghu mis-37 tigrija li ppartecipa fihom matul dak il-perjodu.  Dawn jinkludi t-tlett rebhiet u zewg pjazzamenti tieghu fil-laqgha tat-23 ta’ Frar.


Ir-rebhiet tieghu waslu fuq Vejby Boom (klassi Premier), Prince Gaillard (klassi Gold), Octobre En Fete u Lonshults Erik (klassi Silver), Kaki de Peyrahout, Victory Pointer u Zeta Jones A (klassi Bronze).


Prosit tassew Charles!


Eroj mill-passat: Neronien – Intervista mat-trejner u sewwieq tieghu Emanuel Fenech (L-ewwel parti)


It-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta rregalaw lid-dilettanti tat-tigrijiet b’numru tajjeb ta’ zwiemel leggendarji, li r-rebhiet u l-prestazzjonijiet sbieh taghhom naqqxu isimhom ghal dejjem fl-istorja tat-tigrijiet f’Malta.


Mhux sigriet li l-favoriti personali tieghi huma dawk tas-snin sebghin u tmenin, zewg perjodi ta’ ghaxar snin li raw qabza enormi kemm fil-kwalita’ kif ukoll fil-kwantita’ taz-zwiemel tat-trott li gew itellqu f’Malta u li l-prestazzjonijiet memorabbli taghhom ikkontribwew b’mod sostanzjali ghat-tkabbir qawwi fil-popolarita’ ta’ dan l-isport f’dak il-perjodu.


Wiehed miz-zwiemel tat-trott li niftakar b’nostalgija minhabba li z-zmien meta kien itellaq f’Malta habit ma’ zmien iz-zghozija tieghu huwa Neronien.  Fost l-immagini li jibqghu ghal dejjem fil-memorja tieghu huwa dawk ta’ Emmanuel Fenech, it-trejner u sewwieq ta’ Neronien merfugh fuq l-ispallejn u tas-Sinjura Carabott sid ta’ dan iz-ziemel flimkien ma’ zewgha Louis (Tad-Deheb), tibki bil-ferh wara whud mir-rebhiet memorabbli tieghu.


Dan iz-ziemel tat-trott Franciz imsewwi twieled fl-1979 mill-istalljun Derony u d-debba Indigente.  Fi Franza huwa rebah l-ewkivalenti ta’ 73,884 ewro, ammont ferm rispettabbli ghal dak iz-zmien u kellu l-ahjar hin ta’ 1’17’4 fil-kilometru maghmul f’Cagnes Sur Mer f’Lulju 1987 (ftit qabel ma gie mpurtat f’Malta) fuq 1,609m. L-ahhar tigrija tieghu fi Franza kienet gewwa Enghien fis-6 t’Awwissu 1987.


Huwa ghamel id-debutt tieghu hawnhekk fil-Klassi A fit-8 ta’ Novembru 1987, u kkompeta f’85 tigrija, fejn rebah xejn anqas minn 21 u ppjazza f’34 ohra sa l-ahhar tigrija tieghu fil-21 ta’ Frar 1993 (fl-eta’ ta’ 14-il sena).


Ir-rebh fi flus tieghu fostna kienu jammontaw ghall-ekwivalenti f’liri Maltin ta’ 15,200 ewro u l-ahjar hin tieghu kien ta’ 1’17’6 fil-kilometru (hin tajjeb hafna ghal dawk iz-zmenijiet) fuq 2,150m (tluq bil-karozza) registrat fl-istagun 1987 -88.  Huwa rebah numru sabih ta’ kampjonati, cioe’ zewg finali tat-Tazza Hopleaf u zewg Gran Finali ta’ Farsons (klassijiet A1 – D) fl-1988 u l-1989 u zewg kampjonati VOB fl-1987 (klassijiet A u B) u 1990 (klassi C).


Xi ftit zmiem ilu ltqajt mas-Sur Emmanuel Fenech u ghamiltlu intervista qasira fejn morna lura fiz-zmien rigward il-karatteristici u l-isfont ta’ dan iz-ziemel mill-aqwa.


Mistoqsija:  Kif inxtara dan iz-ziemel?


Risposta: Answer: Ghall-habta tal-1986 kont iltqajt ma’ Louis Carabott li kien jigi s’ghandi fir-razzett tieghi u sirna hbieb.  Dak iz-zmien kont kwazi qtajt mill-Marsa.


George “Tal-Galletti” kien tani ritratt ta’ ziemel tat-trott Franciz li kien ghall-bejgh pero’ ma konniex strajna mill-ewwel.  Ghaddiet xi sena, u fis-sajf tal-1987, Louis qalli “Mmorru Franza” u morna flimkien ma’ Patri Valent tal-Marsa.


Meta wasalna hemm kont se nixtri ziemel minn Grobois izda m’ghogobnix bizzejjed.  Staqsejt lil sid dak iz-ziemel jekk kienx jaf b’xi ziemel iehor ghall-bejgh li kien ta’ kwalita’ tajba u dan kien baghtna naraw ziemel iehor (li kien Neronien) – u morna, xi erba’ sieghat karozza.


Sidu kien waqaf isuq liz-ziemel ghal xi zmien (tabilhaqq ma kienx saqu bejn Frar u l-bidu ta’ Lulju) izda rega’ qabad jippreparah fis-sajf u kien gera’ erba’ darbiet sadanittant.  Iz-ziemel kien mahruq minn saqajh ta’ wara.


Meta wasalna sid iz-ziemel (li kellu hafna zwiemel) ma kienx hemm ghax kien mar tieg.  Niftakar li kien is-Sibt.


Ergajna morna l-Hadd filghodu, rajt iz-ziemel u soqtu u ghogobni mill-ewwel.  Wasalna fi ftehim fuq il-prezz li kien Lm1,800 (apparti t-trasport sa hawn) u bieghuli.


Mistoqsija:  Kif tiddeskrivi l-karattru ta’ Neronien?


Risposta: Nistqarr li l-ziemel kien hyper.  Meta rajnieh l-ewwel darba z-ziemel beda joqmos, joghla u jizziebel fl-istalla.  Louis qalli “Dan iz-ziemel mignun.”  Neronien kellu xaghru maqtugh u dik il-habta Isard du Pont kien ferm popolari.  Ghidlu “Dak qisu Isard du Pont, b’xaghru maqtugh.”


Izda Isard du Pont kien ziemel ta’ daqs zghir filwaqt li meta hrigna lil Neronien mill-istalla kien fih ziemel, ikbar fil-qies minn Isard du Pont.


Meta morna naqbduh il-Hadd, iz-ziemel mill-ewwel dar u tana l-warrani.  Imbaghad dahlet il-mara tas-sid u tefghatlu l-“harness” ghal wiccu.  Imbaghad iz-ziemel baxxa rasu u libbsetulu.  Huwa kien “ziemel ta’ sidu” li kien jirrikonoxxi biss l-awtorita’ ta’ sidu u martu u sidu kien qalli.  


Kien tassew imqareb meta gie Malta.  U kelli problema sakemm beda jirrispettani ladarba gibnieh Malta.  Madankollu lil Neronien kont iggielidtlu tnejn biex nurih min jikkmanda u mbaghad beda jirrispettani izda xorta kien ikun imqareb u aggressive meta ma kontx inkun hemm jien.


Jekk nitlaq minn magenbu meta jkun marbut kien jippinna.  Jekk kont inkun imsiefer u jitla’ jarmah hija, Neronien kien jaqbad joqmos ghalih.  Jumejn kien jaghmel jarmah izda mbaghad kien ikollu jieqaf ghax iz-ziemel ma kienx ikun irid joqghod. 


Iz-ziemel kien “ta’ sidu” fi Franza, u ma kienx imdorri b’sidien differenti.  Ghalhekk minn mindu kien ghadu mor iz-ziemel kien imdorri jobdi sid wiehed biss.


Tabilhaqq iz-ziemel kien veru hyper.  Darba meta kont hrigt mill-istalla, kien qomos u laqat lit-tifel ta’ hija.  Ghall-ewwel ma ndunjatx li malli nitlaq jien kien ikun aktar imqareb.  Izda fl-ahhar indunajt.


Anki meta kont nghidilhom inizzluhuli, kont nara lil Louis gej bil-Mercedes (dak iz-zmien ma kienx hawn mobajls) u kien ighidli “Ma jridx jirkeb fil-karru!” Imbaghad kont nitla’ jien, kemm inkellmu ftit, nghidlu “Ejja” u kien jitla’ fil-vann.  Meta kien ikun mieghi kien ikun kalm, izda meta ma kontx inkun hemm kien ikun nervuz u ta’ rasu.


Bla dubju storja nteressanti ... li se nkompluha l-gimgha d-diehla!


Nawgurawlkom zewg laqghat ohra ecitanti fi tmiem din il-gimgha.