Sunday 6th April 2014
L-14-il laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 – Is-6 t’April

minn Magnat


Wara l-heats tat-Tazza l-Kbira fi tmiem il-gimgha l-ohra, se tinzamm laqgha ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel nhar il-Hadd li gej 6 t’April komposta minn disa’ tigrijiet tat-trott kollha fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m, bl-ewwel tigrija tibda’ fis-1.45pm.


Il-qofol ta’ din il-laqgha huma l-finali tar-Ray Auto Dealer Challenge Cup ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Silver u zewg tigrijiet “normali” tal-klassi Gold.


Il-partecipanti fil-finali (ghaxar ziemel imsewwija u zewg t’idwieb) gejjin minn Franza – sebgha, l-iSvezja – erbgha, u wiehed mill-Olanda, bl-etajiet taghhom ivarjaw bejn 8 u 12-il sena.


Quid de la Muette, Partner Blue u Quioco Dry rebhu kemm il-heat kif ukoll is-semi-finali taghhom, filwaqt li Command Coger, Roma M u Ollico Pellois rebhu wahda mit-tigrijiet ta’ kwalifika u ppjazzaw fl-ohra.  Dawn se jircievu l-isfida ta’ kompetituri mill-aqwa li gejjin minn zewg pjazzamenti konsekuttivi jew aktar, cioe’ Law Suit, Quatre de Coeur, Pirate d’Urzy, Zizazimoko, Ringo Flower u Mr Snowman.


L-aqwa hin tal-heats kien dak ta’ 1’15’6 fil-kilometru registrat minn Quioco Dry, filwaqt li Quid de la Muette ghamel l-ahjar hin tas-semi-finali ta’ 1’15’8 fil-kilometru. 


Kwazi nofs dawn iz-zwiemel diga’ gew promossi ghall-klassi Gold abbazi tal-prestazzjonijiet sbieh taghhom dan l-ahhar.


Mistennija finali bbilancjata u ecitanti, bil-premjijiet ta’ flus jilhqu l-1,200 ewro (ekwivalenti ghal dawk ta’ tigrija tal-klassi Premier), b’675 ewro jmorru ghar-rebbieh.


Niehdu l-opportunita’ wkoll biex nirringrazzjaw minn qalbna lil Ray Auto Dealer talli gentilment issapportjaw lil dan l-isport billi sponsorjaw dan il-kampjonat ta’ success.


Imbaghad il-laqgha tirriservalna wkoll zewg tigrijiet ecitanti tal-klassi Gold.  L-ewwel wahda tara diversi zwiemel f’forma tajba bhal Obelix Molgard, Rocky de Jervi u Quio de Nappes, li kollha ghandhom rebha u pjazzament fl-ahhar tlett hargiet taghhom, Beckham Bob li rebah iktar kmieni din is-sena, u Count of Life u New Star D K, li gejjin minn pjazzamenti tajba, fost ohrajn.


It-tieni wahda mbaghad insibu fiha tahlita ta’ zwiemel tat-trott li dan l-ahhar kienu qed itellqu fil-klassi Premier, bhal Zandina Boshoeve, Pro Shop, Nagano Phedo, Give To Get u Nitesco d’Antony, li ghandhom ikunu kompetittivi f’din il-klassi, flimkien ma’ partecipanti f’forma tajba bhal Blizzard AD, Nubi Lens, Wies Buitenzorg u Why Not As, fost ohrajn, li gejjin minn rebhiet jew pjazzamenti tajba fl-ahhar zewg tigrijiet taghhom.


Apparti zewg tigrijiet tal-klassi Bronze, ghandna wkoll erba’ tigrijiet “normali” tal-klassi Silver (li jaghmlu din il-laqgha veru celebrazzjoni ta’ din il-klassi), li tnejn minnhom (it-tieni u t-tmien tigrijiet fil-programm) huma kkaratterizzati minn kontingent impressjonanti ta’ debuttanti, cioe’ sitta fit-tieni tigrija u sebgha fit-tmien tigrija.


Dawn huma l-Francizi ta’ disa’ snin Reziro Josselyn, Rex Rose, Record du Stade u Ringo Ges u l-iSvedizi ta’ sitt snin Vesterbo Mugger u ta’ seba’ snin Double Kiss fit-tieni tigrija u l-Francizi ta’ ghaxar snin Quakers Extreme, Quirinus Vrie u Quibus ta’ disa’ snin Rubis d’Olivier, l-iSvedizi ta’ disa’ snin Blott Tooma u ta’ seba’ snin Purple Hall u l-Olandiz ta’ 7 snin Archie Boko.


Il-Franciz ta' 6 snin Uranus du Cours mistenni jiddebutta fil-klassi Bronze.


Filwaqt li z-zwiemel li kkwalifikaw ghas-semi-finali tat-Tazza l-Kbira BOV jieqfu ghall-mistrieh din il-gimgha, din il-laqgha hija kkaratterizzata minn kampjonat iehor, ir-Ray Auto Dealer Challenge Cup ghall-klassi Silver, il-klassi bl-akbar numru ta’ zwiemel tat-trott hawn Malta.  Li tasal sal-finali mill-lista originali ta’ 114-il partecipant huwa unur fih innifsu – li tirbahha ikun zgur ic-cirasa fuq il-kejk! Din il-finali mportanti ghandha wkoll kontorn ta’ tigrijiet “normali” interessanti li zgur ghandhom jipprezentaw attivita’ ecitanti ghal dawk kollha prezenti fil-korsa.


L-ahhar Laqghat


L-attrazzjonijiet ewlenin tal-laqghat tat-tmiem il-gimgha li ghadda kienu bla dubju l-hames heats mill-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza l-Kbira Bank of Valletta ghal zwiemel tat-trott tal-klassijiet Premier u Gold fuq id-distanza ta’ 2,640m, flimkien ma’ numru ta’ tigrijiet tat-trott “normali” fuq id-distanza iqsar ta’ 2,140m, inkludiz tnejn ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Gold u tigrija tal-galopp tal-Klassi A fuq id-distanza mill-aktar twila ta’ 2,250m.


Heats mit-Tazza l-Kbira BOV


Vitas ha kmant bikri fl-ewwel heat li nzammet fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd u wara li kien sostitwit ghal zmien qasir minn Madam di Poggio, huwa malajr rega’ mar fuq quddiem mill-gdid.  Fil-bidu tal-ahhar dawra, Quiet Way tela’ ras’imb’ras ma’ Vitas u ha l-kmant madwar 800m mit-tmiem, b’Petunia du Pont jattakkah fid-dritta tal-faccata.


Madankollu 450m mit-tmiem, Perceval hareg tlieta fuq barra u avvanza biex gie ras’imb’ras ma’ Quiet Way u Petunia du Pont meta kien fadal 300m mit-tmiem. Perceval imbaghad ha s-sopravvent fid-dahla tad-dritta tat-tmiem, u sprintja b’sahhtu biex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta, zewg tulijiet u nofs quddiem Tap Dance, segwit miz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw, Madam di Poggio, Quiet Way, Chiara Sisu u Poulot des Cinty, f’hin ta’ 1’16’0 fil-kilometru.


It-tieni heat ftit kellha storja hekk kif Pacha de la Frette ha kmant bikri u mexxa’ l-qatta’ b’pass komdu segwit mill-qrib ghall-bicca l-kbira tad-distanza minn Olry Meslois. Madankollu Pacha de la Frette zied il-velocita’ tieghu fl-ahhar nofs dawra u fid-dritta tat-tmiem huwa rrezista b’success l-attakk ta’ diversi zwiemel, sabiex kiseb ukoll l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’1’17’9 fil-kilometru, kwazi zewg tulijiet quddiem id-debuttant Prieure’ li spicca b’sahhtu, segwit fis-semi-finali minn Poppes Fighter, Arnie Sensation, Ourasi Diams u Shakira Trot.


It-tielet heat rat il-kmant jibdel l-idejn diversi drabi fl-ewwel dawra, bi zwiemel bhal Pat de Fontaine, Quintet u True Q fost ohrajn, kollha jkunu fuq quddiem ghal xi zmien. Madankollu, The Bad Rock mar fuq quddiem mil mit-tmiem.  Cloria Victis imbaghad avvanza tajjeb biex tela’ ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem dawra mit-tmiem.


Madankollu fid-dritta tal-faccata rajna zieda fil-velocita’ impressjonanti minn Pat de Fontaine, fis-sitt post, li hareg tlieta fuq barra biex gie qrib ta’ The Bad Rock u Cloria Victis fil-bidu tad-dritta tat-tmiem.


U kien tabilhaqq Pat de Fontaine l-aktar ziemel b’sahhtu matul id-dritta tat-tmiem, sabiex ha l-kmant 150m mit-tmiem u baqa’ sejjer bla ma kien disturbat ghall-ewwel rebha tieghu f’Malta fl-ahjar hin ta’ dawn il-heats, 1’15’3 fil-kilometru, aktar minn zewg tulijiet quddiem Pouloud Keroc’h, segwit minn The Bad Rock, Oran Cloria Victis u Midnight Passion li kollha ghaddew ghas-semi-finali.


Ta’ min ninnutaw li f’din il-heat Lorraine Cunningham (fuq P.A. Surprise), saret l-ewwel sewwieqa femminili li ppartecipat fit-Tazza l-Kbira fl-istorja ta’ 80 sena ta’ din it-tazza prestigjuza.  Prosit tassew Lorraine!


Imbaghad fir-raba’ heat (l-ewwel wahda tal-laqgha ta’ nhar it-Tnejn), id-debuttant Ego Sanna ha kmant bikri segwit minn diversi zwiemel inkluzi d-debuttant Quirio Charm u Vanmaker Limburgia.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess ghal hinijiet twal, izda minn nofs id-dritta tal-faccata rajna l-avvanz determinat ta’ debuttant iehor, li kien qed jigri tnejn fuq barra, Papy de la Potel, li 300m mit-tmiem lahhaq maz-ziemel li kien fit-tieni post Quirio Charm u attakka liz-ziemel ta’ quddiem Ego Sanna fid-dritta tat-tmiem.


Papy de la Potel mar fuq quddiem fl-ahhar 80m u kellu debutt tal-holm, meta rebah b’tul minn Oltedo de Rieux li spicca b’sahhtu, segwit minn Quirio Charm, Vanmaker Limburgia, Ego Sanna u Totti T. Dream li kkwalifikaw ghas-semi-finali.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’16’7 fil-kilometru.


Original Blue mexxa l-qatta ghall-bicca l-kbira tal-ahhar heat, b’Nabab du Chatelet javvanza fuq in-nahat ta’ barra, sabiex gie qrib taz-ziemel ta’ quddiem aktar minn dawra mit-tmiem.  Madankollu Made In Hoff sprintjat b’mod brillanti tlieta fuq barra minn nofs id-dritta tal-faccata, sabiex lahhqet ma’ Original Blue 300m mit-tmiem.


Made In Hoff hadet il-kmant ftit wara l-bidu tad-dritta tat-tmiem izda malajr rajna sprint irrezistibbli ta’ Vejby Boom li rrizulta fi tmiem ecitanti, b’dan ta’ l-ahhar jirnexxielu jilhaq il-gister l-ewwel b’ras biss mill-istess Made In Hoff sabiex kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet wahda stagjonali tieghu f’1’17’0 fil-kilometru.  Sultan November, Absolute Spender, Nabab du Chatelet u Original Blue, f’dik l-ordni, kienu l-ahhar li ghaddew ghas-semi-finali.


Klassi Gold


Means Nothing ha kmant bikri fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, izda nqabez wara madwar 300m minn Quazoumax li zamm fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tigrija.  Madankollu minn nofs id-dritta tal-faccata rajna sprint impressjonanti tlieta fuq barra ta’ Cowboy Party li wasslu biex javvanza sakemm lahaq liz-ziemel ta’ quddiem 250m mit-tmiem.


Cowboy Party ha l-kmant fil-bidu tad-dritta tat-tmiem u baqa’ sejjer biex iddomina l-bqija tat-tigrija, u kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’1’16’3 fil-kilometru, tlett tulijiet quddiem Quarborandum, segwit minn Quazoumax u Means Nothing.


Edge Trick mar fuq quddiem kmieni fit-tieni tigrija tal-klassi Gold u zamm il-kmant sad-dritta tal-faccata, meta 850m mit-tmiem, Xray Hornline qabez liz-ziemel ta’ quddiem bi Quiz du Lys isegwih mill-qrib.


Quiz du Lys lahaq lil Xray Hornline 300m mit-tmiem, mar fuq quddiem fil-bidu tad-dritta tat-tmiem u sprintja b’sahhtu sat-tmiem biex kiseb it-tieni rebha konsekuttiva tieghu miz-zewg tigrijiet tieghu f’Malta f’1’16’4 fil-kilometru, tul u nofs quddiem id-debuttant Quermes Rush li spicca b’sahhtu, segwit minn Pan des Couperies u Happiness Photo.


Tigrija tal-Galopp tal-Klassi A


Kimberley Downs kien l-aktar veloci mal-hrug mill-gageg tat-tluq fit-tigrija tal-galopp tal-Klassi A segwit mill-qrib minn Ollie Fliptrik.  Dan ta’ l-ahhar irnexxielu jmur fuq quddiem wara 700m, izda f’nofs id-dritta tal-faccata, Kimberley Downs wettaq l-attakk deciziv tieghu, ha l-kmant mill-gdid u mbaghad ma kellux sfidanti sat-tmiem hekk kif zied aktar il-velocita’ tieghu, biex kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu (it-tlettax f’Malta) f’2’21’49, tlett tulijiet quddiem Ollie Fliptrik, segwit minn Buttermilk.


Eroj mill-passat:  Neronien – Intervista mat-trejner u s-sewwieq tieghu Emmanuel Fenech (It-Tielet parti)


Din hija l-ahhar parti tal-intervista interessanti ma’ Emmanuel Fenech rigward Neronien.  F’din l-ahhar parti, qed niffukaw fuq it-tahrig taz-ziemel u l-karatteristici tieghu matul it-tigrijiet.


Mistoqsija:  Fiex kien jikkonsisti t-tahrig ta’ Neronien?


Twegiba: Peress li kien mahruq minn saqajh ta’ wara dejjem bzajt ghalih u qatt ma tajtu galoppi.  Kont niehdu l-bahar kuljum.  Louis kellu lavrant li kien jigi fil-hdax ta’ filghodu u konna naghmlu sa nofsinhar jew in-nofs siegha l-bahar kuljum.  Kien baqa’ ziemel sabih sal-ahhar.


Kont inhaddmu fil-korsa nhar ta’ Tlieta u l-Gimgha u kont intih 10,000 metru (ghaxar dawriet), indahhlu fil-paddock u nerga’ nohorgu.  Jekk ikun gera’ l-Hadd, it-Tnejn “leave” izda t-Tlieta jrid jahdem fil-korsa. Darbtejn fil-gimgha kont naghtih xoghol fil-korsa.


Kont nitimghu country mix u tant kien ihobbha li jekk ma ttihx lilha ma kienx jigri.  Izda peress li kien jiekol hafna minnha, kien jitqal u b’hekk trid thaddmu sew.  Siegha u kwart, siegha u nofs kull darba.


Ix-xoghol kien jaccettah u b’hekk kien jahraq dak li jkun kiel.


Kont inpoggilu zewg ghatjiet fuqu u nghattih bil-plastik biex nohroglu l-gharaq.  Dejjem – minn meta gie Malta sakemm waqaf itellaq.


Trid tarmah kuljum.  Mhux se tghidlu “llum bil-leave” jew “m’ghandix aptit”. 


Filghodu kont narmah u mbaghad fil-ghaxija konna nehduh kwarta - nofs siegha mixja bil-kwiet bil-lida. Ghax minkejja li kellu karattru hyper kien ikun kwiet qisu tarbija filghaxija.


Filghaxija kienu jitilghu huti ghand Louis u kont nghidilhom biex jehduh ghal mixja bil-lida bil-kwiet.


Il-paddock tieghu kien H’Attard, mad-dar ta’ Louis.  Kelli tomna u nofs jew tomnejn fejn inhaddmu. 


Mistoqsija:  Kont tibdillu t-tip ta’ tahrig meta kienet tkun qed toqrob tigrija? 


Twegiba: Meta kienet tkun gejja tigrija kont inzidlu x-xoghol.  Dejjem bejn siegha u kwart u siegha u nofs.  U x’hin kont inzidlu x-xoghol kien qisu jkun jaf li gejja tigrija u kien isir hyper.  Tiskanta!


Kien bicca xoghol iebsa anki ghalija izda ma kont niddejjaq xejn ghax li kont naghmel mieghu matul il-gimgha, kont insibu l-Hadd matul it-tigrija.  Tani sodisfazzjon kbir, ghax irbaht it-tigrijiet bih.


U z-ziemel kien jirrispettani hafna.  Darba jarmah xi hadd iehor u jmur jaghtih zewg dawriet, kien jaqbad ihares lejja b’mod sorpriz u qisu jrid jistaqsi ghaliex; kien jinduna li ma kontx inkun fuqu jien.


Mistoqsija:  F’dak iz-zmien it-tigrijiet kien ikollhom tluq jew bil-karozza jew biz-zigarella.  Liema kien jippreferi z-ziemel?


Twegiba:  Iz-ziemel kien jippreferi dejjem it-tluq bil-karozza.  Biz-zigarella ma kien jinqala’ xejn ghax kien jaqla bl-erbgha’ mhux bit-trott.


Mistoqsija:  Xi tghidli dwar iz-ziemel matul it-tigrija, kien jippreferi distanzi twal jew qorsa, kien jigri bla jew bin-naghal, ecc?


Twegiba:  Kien ziemel bravu.  Fit-tigrija suq kif trid.  Jekk insib l-ewwel dawra “slow”, naqilghu tlieta’ fuq barra u nitlaq bih.  Ma kienx wiehed minn dawk iz-zwiemel li thallih mghotti u taqilghu fl-ahhar.  Kellu “pace” u kien kapaci jzommu.


Kien ukoll “trotter” – ma kienx jaqleb.  Darba kien qalibli f’finali ta’ tazza, li kien rebahha Neroli de Vaure, u qatt ma qalibli izjed.   Kien ziemel onest.


Dejjem bin-nghal kien jigri ghax dak iz-zmiem ma konniex naqilghulhom.


Kif trid issuqu – distanzi twal u qosra.


F’Malta Neronien ghamel fost l-aqwa giri tieghu.  Ghamel 1’17’6 fuq l-2,150m u r-rekord tieghu fi Franza kien 1’17’4 fuq il-mil, qrib sew!


Mistoqsija:  X’kien gara’ biex waqaf itellaq ta’ 14-il sena f’nofs l-istagun 1992-93?


Twegiba:  Fl-ahhar tal-karriera tieghu, kien beda jiftahli faccata.  Xorti jaghmel hin mhux hazin, izda d-distanza ma kienx qed izommha.


Imbaghad beda jharharli u kont gibt professor biex joperah u kien sablu problemi serji fil-gerzuma.  U qalli li ma kienx se joperah u biex ma nsuqux izjed ghax kien jista’ jaqa’ u jmut gol-korsa.  U ghalhekk, ma soqtux izjed.


Louis kien ihobbu wisq u t-tfal tieghu kienu jistmawh qisu t-tifel taghhom.  Kien ghamillu paddock bl-istalla minn fejn kien jista’ jidhol u johrog.  Madankollu qatt ma tlaqtu paddock ghax peress li kien ziemel kbir, jekk jaqbad jizziebel, kien jispicca jwegga’.   


Mistoqsija:  Kumment tal-ahhar ...


Twegiba:  Neronien kien ziemel qalbu tajba u nibqa’ niftakru.  Kont tlaqjt ghalih Franza u hareg tajjeb wisq!


 


Nirringrazzjaw sincerament lis-Sur Emmanuel Fenech ghad-disponibilita’ tieghu biex jaqsam maghna dawn il-memorji mill-isbah.  Dawn jiffurmaw parti mill-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta u jirrekordjaw ghall-posterita’ l-prestazzjonijiet brillanti kemm ta’ Neronien kif ukoll tas-Sur Fenech innifsu.  Prosit tassew Emmanuel!


Napprezzaw jekk ikollna suggerimenti rigward individwi li nistghu nintervistaw sabiex nigbru l-memorji taghhom rigward zwiemel leggendarji ohra hawn Malta.


 


Nawgurawlkom laqgha ohra ecitanti nhar il-Hadd li gej.