Saturday 12th April 2014
15th horse-racing meeting 2014 – 13th April

minn Magnat


Se tinzamm laqgha ohra ta’ tigrijiet taz-zwiemel nhar il-Hadd 13 t’April, komposta minn disa’ tigrijiet tat-trott fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 2,640m, bl-ewwel tigrija tibda’ fis-1.45pm.


L-attrazzjonijiet ewlenin ta’ din il-laqgha huma bla dubju tlett semi-finali mit-Tazza l-Kbira Bank of Valletta li fihom se jippartecipaw 29 ziemel tat-trott tal-klassi Premier, 13 Francizi, 12 Svedizi, 2 Germanizi, wiehed mid-Danimarka u l-iehor mill-Italja.  Dawn huwa 23 zwiemel imsewwija, 4 dwieb u 2 stalljuni, f’etajiet ta’ bejn 8 u 14-il sena.


L-ewwel erbgha minn kull semi-finali jghaddu ghall-finali.


L-ewwel semi-finali tinkludi r-rebbieha tal-heats Perceval u Pacha de la Frette u z-zwiemel li spiccaw fit-tieni post Made In Hoff u Pouloud Keroc’h, id-detentur tat-Tazza l-Kbira Nabab du Chatelet, ir-rebbieh ta’ kampjonati fil-passat Arnie Sensation (ta’ 14-il sena, l-ikbar ziemel f’dawn is-semi-finali), kif ukoll iz-zwiemel popolari Totti T. Dream, Chiara Sisu, Vanmaker Limburgia u Quiet Way.


Fit-tieni semi-finali nsibu xejn inqas minn sitt zwiemel tat-trott Svedizi b’Tap Dance ikollu l-ahjar pjazzament fil-heats (it-tieni), u The Bad Rock, Poppes Fighter, Sultan November u Madam di Poggio kollha jispiccaw it-tielet.  Il-lista ta’ partecipanti tinkludi wkoll ir-rebbieha tal-kampjonat tas-Sajf 2013 Shakira Trot u r-rebbieh tal-Equestrian Festival Absolut Spender, kif ukoll iz-zwiemel daqstant kapaci Ourasi Diams u Ego Sanna.


L-ahhar semi-finali tara r-rebbieh tal-heats Vejby Boom (dan iz-ziemel gej minn zewg rebhiet konsekuttivi), Pat de Fontaine u Papy de la Potel, kif ukoll iz-zwiemel li spiccaw fit-tieni post Prieure’ u Oltedo de Rieux (li rebah it-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu), flimkien ma’ Cloria Victis li rebah ukoll it-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu, u l-isfidanti kbar ghal post fil-finali, Midnight Passio, Original Blue, Oran u Quirio Charm.


Bla dubju tlett semi-finali mill-aktar ibbilancjati li minnhom se tkun bicca xoghol iebsa ghal kulhadd biex jikseb wiehed mill-ewwel erba’ postijiet, sabiex jibbukkja post fil-finali.


Imbaghad il-poloz ghall-finali se jigu trasmessi b’mod dirett fuq il-programm ‘Sal-Gister’ fuq ONE TV nhar l-Erbgha 16 t’April fil-prezenza tac-Cermen tal-MRC Dott. Matthew Brincat u s-CEO tal-Bank of Valletta s-Sur Charles Borg, kif ukoll is-sidien u s-sewwieqa li se jghaddu ghall-finali.


It-tigrija “normali” tal-klassi Gold li tinkludi lista shiha ta’ 16-il partecipant hija attrazzjoni ohra ta’ din il-laqgha b’xejn inqas minn hames debuttanti (kollha zwiemel imsewwija), erba’ Francizi ta’ 10 snin,  Quim Itou, Qadjar Turgot, Querios du Randou u Quitou Jim Park, kif ukoll Svediz ta’ 7 snin Oregon Frontline. 


Dawn se jinghaqdu ma’ zwiemel bhal Quarborandum u Regent de Tillard, li gejjin minn pjazzament promettenti fit-tieni post, Quazoumax li kiseb pjazzament tajjeb fit-tielet post dan l-ahhar u diversi zwiemel ohra mill-aktar solidi.


It-tigrijiet l-ohra huma tigrijiet “normali” interessanti, wahda ghall-klassi Copper, tnejn ghall-klassi Bronze u t-tnejn l-ohra ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Silver.


Wara li fl-ahhar laqgha lhaqna l-marka ta’ 100 debuttant din is-sena, apparti dawk imsemmija aktar ‘il fuq fil-klassi Gold, aktar zwiemel godda mistennija jaghmlu d-debutt taghhom fil-klassi Silver, cioe’ l-Francizi ta’ 10 snin Quersis u ta’ 9 snin Recif du Layon, Rasting Celina, Ravageur de Payre, Rex Speed u Record du Mexique.


Izda bla dubju l-attrazzjoni assoluta ta’ dan il-Hadd il-gimgha tibqa’ t-tlett semi-finali mit-Tazza l-Kbira BOV.  Jiena cert li s-sidien, trejners u sewwieqa tal-partecipanti (izda wkoll ahna d-dilettanti tat-tigrijiet taz-zwiemel) se jkollhom il-friefet fl-istonku matul dan it-tmiem il-gimgha waqt li qed jistennew dan l-appuntament ma’ l-istorja hekk kif jippruvaw jizguraw li l-isforzi u s-sagrificcji taghhom jaghtu r-rizultati misthoqqa, biz-zwiemel taghhom jippruvaw mill-erba’ postijiet mixtieqa minn kulhadd f’kull semi-finali sabiex jaqtghu biljett ghat-tigrija tas-sena f’Malta, l-finali tat-Tazza l-Kbira BOV 2014 – fit-80 anniversarju taghha!


L-ahhar Laqghat


L-attrazzjonijiet ewlenin tal-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda kienu l-finali tar-Ray Auto Dealer Challenge Cup ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Silver u zewg tigrijiet “normali” tal-klassi Gold kif ukoll erbgha tal-klassi Silver, kollha fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.  Din il-laqgha kienet ikkaratterizzata minn numru ta’ zwiemel tat-trott li kienu qed jiksbu l-ewwel rebha taghhom f’Malta – xejn inqas minn sitta’ mid-disa’ tigrijiet fuq il-programm.


Il-Finali tar-Ray Auto Dealer Challenge Cup


Roma M u Quatre de Coeur marru fuq quddiem kmieni f’din il-finali, b’dan ta’ l-ahhar jiehu l-kmant madwar mil mit-tmiem quddiem grupp kumpatt ta’ zwiemel.  Izda dawn il-posizzjonijiet regghu nqalbu mitejn metru wara b’Roma M izzomm il-kmant sad-dritta tal-faccata meta Quid de la Muette beda’ l-attakk tieghu u mar fuq quddiem 700m mit-tmiem segwit mill-qrib minn Quioco Dry.


Id-dritta tat-tmiem tatna sena spettakulari hekk kif Quioco Dry mar fuq quddiem sfidat bis-shih minn xejn inqas minn tlett zwiemel ohra Zizazimoko, Ollico Pellois u Ringo Flower li grew b’sahha kbira lejn il-gister prattikament flimkien, biex kellu jkun il-photofinish li ddetermina r-rebbieh.


Il-verdett mar favur id-debba Olandizi Zizazimoko misjuqa minn Tony Demanuele fl-ewwel rebha taghha f’Malta, mnieher biss quddiem Quioco Dry, segwit minn Ollico Pellois, Ringo Flower u Command Coger f’dik l-ordni, f’1’16’7 fil-kilometru.


Wara din it-tigrija s-Sur Gabriel Micallef, f’isem Ray Auto Dealer, ipprezenta t-trofej u l-premjijiet lis-sidien u s-sewwieqa taz-zwiemel li rebhu jew ippjazzaw.


Klassi Gold


Milord Barbes mar fuq quddiem fil-bidu tal-ewwel tigrija tal-klassi Gold u baqa’ fuq jzomm il-kmant sad-dritta tal-faccata, meta bi 850m mit-tmiem, rajna sprint fantasticku minn New Star D K fuq in-nahat ta’ barra, li hadu dritt fuq quddiem b’600m mit-tmiem.  Minn hemm ‘il quddiem, it-tigrija ma kelliex aktar storja hekk kif dan iz-ziemel ikkonetrolla t-tigrija sat-tmiem biex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta, tul quddiem Ouest Mabon, segwit minn Malewe u Quio de Nappes f’hin ta’ 1’16’1 fil-kilometru.


Our Dream marret fuq quddiem madwar mil mit-tmiem fit-tieni tigrija tal-klassi Gold.  Madankollu diversi zwiemel ghamlu l-mossa taghhom fid-dritta tal-faccata, b’Nagano Phedo jirnexxielu jitla’ fit-tieni post u mbaghad jaqbez liz-ziemel ta’ quddiem 350m mit-tmiem.


Fid-dritta tat-tmiem, Nagano Phedo gie mghedded serjament minn Blizzard AD li rnexxielu jiehu l-kmant f’nofs id-dritta u li baqa’ sejjer sabiex kiseb l-ewwel rebha stagjonali u t-tielet wahda tieghu f’Malta, fl-ahjar hin tal-laqgha ta’ 1’15’4 fil-kilometru, aktar minn tul quddiem Wies Buitenzorg li spiccat b’sahhitha, segwita minn Nagano Phedo u Pepito Flash.


Klassi Silver


Id-debuttant Double Kiss ha kmant bikri fl-ewwel tigrija “normali” tal-klassi Silver segwit minn Livi Champion u qatta kompatta ta’ zwiemel ohra.


Aktar minn dawra mit-tmiem, Qumran de la Motte avvanza ‘l fuq min-nahat ta’ barra sabiex tela’ fit-tielet post, b’dan ta’ l-ahhar jirnexxielu jasal ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem 350m mit-tmiem, jmur fuq quddiem meta z-zwiemel kienu qed iduru l-ahhar kurva taghhom u mbaghad jisprintja tajjeb matul id-dritta tat-tmiem kollha sabiex kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet wahda stagjonali tieghu f’1’16’1 fil-kilometru, aktar minn zewg tulijiet quddiem id-debuttanti Rex Rose u Vasterbo Mugger, b’Zeta Jones A tispicca r-raba’.


Wonderofyou kien fuq quddiem sa mill-istadji bikrija tat-tieni tigrija tal-klassi Silver, izda f’nofs id-dritta tal-faccata Foot Stompin Music harget tlieta fuq barra sabiex tattakka liz-ziemel ta’ quddiem u tasal ras’imb’ras mieghu nofs dawra mit-tmiem.


Foot Stompin Music marret fuq quddiem fil-bidu tad-dritta tat-tmiem izda f’dak l-istadju giet min-naha taghha attakkata minn Quiquafini li kien qed jisprintja tlieta fuq barra, bl-ahhar 200m jkunu kkaratterizzati minn sfida ras’imb’ras bejn dawn iz-zewg zwiemel, b’dan ta’ l-ahhar jirbah il-verdett tal-photo finish u jikseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’imnieher mill-istess Foot Stompin Music, segwita minn Nimbus Bjerregard u Wonderofyou f’1’16’2 fil-kilometru.


Il-kmant bidel l-idejn numru ta’ drabi fil-bidu tat-tielet tigrija tal-klassi Silver sakemm I Pitstop mar fuq quddiem wara madwar 350m, b’dan iz-ziemel jibqa’ fuq quddiem sal-bidu tad-dritta tat-tmiem, meta gie attakkat minn diversi zwiemel.


200m mit-tmiem, Razor Shadow qabez lil I Pitstop u baqa’ sejjer fi triqtu lejn l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’1’16’5 fil-kilometru, aktar minn tul u nofs quddiem id-debuttanti Purple Hall u Quirinus Vrie li spiccaw b’sahhithom, b’Touch The Diamond jispicca r-raba’.


Regent de Tillard kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira mill-ahhar tigrija tal-klassi Silver, izda fid-dritta tal-faccata stajna ninnutaw sprint brillanti erbgha fuq barra ta’ Quattro du Gite li wasslu sat-tieni post 400m mit-tmiem.  Regent de Tillard irnexxielu jzomm il-kmant fl-ewwel parti tad-dritta tat-tmiem meta huwa gie attakkat b’qawwa minn Quattro du Gite b’dan ta’ l-ahhar jirnexxielu jmur fuq quddiem fl-ahhar 100m sabiex sar ziemel iehor li rebah ghall-ewwel darba f’Malta f’din il-laqgha, f’1’17’1 fil-kilometru, aktar minn tul quddiem Regent de Tillard, segwit minn Partisan de Bouere u Ouragan d’Any f’dik l-ordni.


Unur tal-Gerrej tax-Xahar – March


Il-Gerrej tax-Xahar ghal Marzu huwa Michael Sultana, li rebah dan l-unur abbazi li rnexxielu jaghmel xi haga mill-aktar rari hawn Malta matul dak ix-xahar, cioe’ li jirbah aktar minn darba u jippjazza kemm f’tigrijiet tal-galopp kif ukoll f’dawk tat-trott.


Huwa rebah fuq Seigneur du Dropt u fuq Grace Party, it-tnejn f’tigrijiet tat-trott tal-klassi Bronze u fuq Pearl Storm u Kimberley Downs, it-tnejn f’tigrijiet tal-galopp tal-klassi A.  Huwa pplejsja fuq Seigneur du Dropt fil-klassi Bronze fit-trott u fuq Ollie Fliptrik fil-klassi A fil-galopp.


Interessanti wkoll li rnexxielu jirbah zewg tigrijiet konsekuttivi fiz-zewg dixxiplini differenti fil-laqgha tad-19 ta’ Marzu, l-ewwel fit-trott fuq Grace Party u mmedjatament wara fil-galopp fuq Pearl Storm.


Prosit tassew Michael!


Niehdu wkoll l-opportunita’ biex nirringrazzjaw lil M. Demajo (Wines & Spirits) Ltd, permezz tad-ditta taghhom Johnnie Walker talli gentilment issapportjaw mill-gdid din l-inizjattiva, billi sponsorjaw ukoll l-edizzjoni ta’ dan l-unur ta’ dan ix-xahar.


Is-semi-finali tat-Tazza l-Kbira fil-passat – 40 u 35 sena ilu ...


L-istorja rikka tat-Tazza l-Kbira fl-istorja glorjuza ta’ 80 sena taghha tikkontribwixxi mhux ftit ghall-prestigju u l-wirt storiku taghha.  Ghalhekk, bhal m’ghamilna fis-snin li ghaddew, qed immorru lura fiz-zmien sabiex naghtu daqqa t’ghajn lejn is-semi-finali ta’ din it-Tazza li nzammu fil-korsa tal-Marsa 40 u 35 sena ilu.


Id-distaza tat-tigrija kienet bhal dejjem wahda pjuttost twila, cioe’ dawra madwar il-korsa l-antika ta’ 1.75 mili jew aktar minn 2,800m.


1974


Erbghin sena ilu, fl-1974, l-ewwel semi-finali nzammet fis-7 t’April bil-partecipanti li gejjin:  Ardent VI, Vavilly, Quiscale III, Un Reve Royal, Vouf, Urf T, Ulm V, Ultra Son B u Urzy.  Trigny, ziemel tat-trott popolari dak iz-zmien kellu jippartecipa wkoll, izda gie skraccjat qabel it-tigrija.


Fil-bidu l-kmant tat-tigrija kien f’idejn Un Reve Royal, Vouf u Vavilly.  Min-naha l-ohra l-favorit ta’ qabel it-tigrija Ardent VI ma bediex tajjeb.  Madankollu, huwa rnexxielu jaghmel progress tajjeb matul il-kors tat-tigrija u eventwalment lahhaq maz-zwiemel ta’ quddiem.


L-ahhar parti tat-tigrija rat lil Ardent VI, Ulm V u Quiscale III jattakkaw liz-ziemel ta’ fuq quddiem Vavilly u lil Un Reve Royal.


Fl-ahhar it-tigrija kienet missielta bejn dawn il-hames zwiemel tat-trott u ghalkemm Ardent VI irnexxielu jipproduci sprint tajjeb hafna fl-ahhar sabiex ta sfida dejna lil Vavilly, dan ta’ l-ahhar irnexxielu jzomm sod u jispicca l-ewwel.


Madankollu, Vavilly gie skwalifikat fuq il-girja u b’hekk il-verdett mar favur Ardent VI.  Quiscale III spicca fit-tieni post, segwit minn Ulm V, Un Reve Royal (ir-rebbieh tas-sena ta’ qabel), u Ultra Son B, li ghaddew ghall-finali f’dik l-ordni.


Kien hemm kontestazzjonijiet kbar wara t-tigrija minhabba l-iskwalifika ta’ Vavilly – xi haga li ma kenitx rari f’dawk iz-zmenijiet.


It-tieni semi-finali nzammet gimgha wara izda tilfet hafna mill-attrazzjoni taghha wara li tlett zwiemel, cioe’ Solide Espoir, Twist A u Unique Tresor gew skraccjati.  Fl-ahhar hadu sehem f’din it-tigrija z-zwiemel li gejjin: Sam II (rebbieh tat-Tazza l-Kbira fl-1972), Arrysomme, Troubadour L, Azor, Tarzan Novel, Urbain L u Uros.


Urbain L kellu bidu perfett u malajr fetah vantagg ta’ xi 7 tulijiet fuq Tarzan Novel, segwit miz-zwiemel l-ohra.  Madankollu madwar kilometre mit-tmiem, Sam II ipproduca gira mill-aqwa sabiex tela’ fit-tieni post u l-ahhar ftit mijiet ta’ metri pattew bis-shih ghan-numru limitat ta’ partecipanti hekk kif dawn it-tnejn issieltu ras’imb’ras bejniethom biex tawna tmiem mill-aqwa.


Fl-ahhar Urbain L zamm sod sabiex rebah b’ras, b’Sam II jispicca fit-tieni post, segwit minn Tarzan Novel, Arrysomme u Troubadour L li kkwalifikaw ukoll ghall-finali.


1979


L-istagun 1978-79 kien wiehed ferm movimentat ghat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta b’tant glied fil-korsa li l-istewards anki ddecidew li jordnaw waqfien ta’ gimghatejn mit-tigrijiet sabiex in-nies ikunu jistghu jikkalmaw.  Ghaldaqstant il-kampjonat tat-Tazza l-Kbira beda aktar tard mis-soltu, fl-20 ta’ Mejju 1979.


Iz-zewg semi-finali kienu mistennija jinzammu fit-3 ta’ Gunju.  Madankollu t-tnejn li huma kienu kkaratterizzati minn incidenti. 


Fl-ewwel wahda, wara li gew skraccjati Elgraiz u Frisson d’Echouche, l-partecipant sfortunat fost it-tmien zwiemel li ppartecipaw kien Eric de Sassy, ziemel tat-trott b’passat tajjeb hafna fi Franza qabel ma gie mpurtat f’Malta izda li kien ferm sfortuntat hawnhekk.


L-armar tieghu nkiser waqt it-tahrig u ghalkemm dan inbidel ma wiehed gdid, iz-ziemel (li minn dejjem kien nervuz) deher affettwat minn dan l-incident u ghalkemm kien ikkunsidrat bhala bic-cans li jikkwalifika ghall-finali, kellu bidu hazing u qatt ma seta’ jirkupra, sabiex spicca ta’ qabel ta’ l-ahhar.


It-tigrija ntrebhet b’mod mill-aqwa minn Eros Normand li kien gej mill-istess stalel ta’ Eric de Sassy, li kien fuq quddiem prattikament matul it-tigrija kollha, u fetah vantagg ta’ erba’ tulijiet sa nofs it-tigrija.  Huwa kien segwit minn Eldy des Etangs (misjuq mill-Franciz R. Patenay) ghall-bicca l-kbira tat-tigrija, izda fid-dritta tat-tmiem Eldy kellu jcedi lil Espoir des Marais, wiehed mill-favoriti ghat-Tazza, li pproduca sprint irrezistibbli li wasslu sa tul il-boghol minn Eros Normand, sabiex b’hekk spicca fit-tieni post.


Eldy des Etangs spicca t-tielet, segwit fil-finali minn Dultor u Begiun du Mesnil.


It-tieni semi-finali kellha “false start” izda tmienja mill-ghaxar sewwieqa partecipanti ma ndunawx u baqghu jigru ghal prattikament it-tigrija kollha.  Ghalhekk l-istewards iddecidew li t-tigrija kellha tingera mill-gdid gimgha wara biex jinghata cans indaqs lill-partecipanti kollha, nkluz dawk li kienu komplew jigru.


Ghaldaqstant it-tigrija regghet ingriet fl-10 ta’ Gunju, bl-10 partecipanti jinkludu zwiemel tat-trott popolari bhal Curdin Song, Ecossais II, Elagabal, Full Pyl, Urbain L (li sa dak iz-zmien kellu 15-il sena), Erubi, Dicav u Duc de Vendee, fost l-ohrajn.


Hlief ghal Curdin Song li kellu bidu pjuttost medjokri, il-bqija taz-zwiemel baqghu qaqocca wahda ghall-ewwel nofs tat-tigrija, meta Ecossais II ha l-kmant segwit minn Elagabal, b’Full Pyl, Urbain L u Erubi mhux wisq ‘il boghod.


Hekk kif qabzu l-ahhar kurva, iz-ziemel ta’ quddiem Ecossais II bidel il-pass u kellu jigi kkontrollat, biex b’hekk fetah it-triq ghal Elagabal li ha l-kmant b’Dicav isegwih fuq in-naha ta’ barra.


Minn hemm ‘il quddiem Elagabal ikkontrolla t-tigrija b’mod komdu u ghalkemm ma sfurzax iz-zejjed rebah b’nofs tul minn Dicav li spicca b’sahhtu, b’Full Pyl nofs tul iehor warajh fit-tielet post.  Erubi u Ecossais II kienu l-ahhar tnejn li kkwalifikaw ghall-finali ta’ dik is-sena.


Il-veterani tal-korsa zgur jiftakru kif intemmu dawn iz-zewg finali, izda niehdu pjacir niftakru l-protagonisti fi zmien gimghatejn ohra hekk kif nippreparaw ruhna biex insegwu l-finali ta’ din is-sena.  Kif jista’ jkun li diga’ ghaddew 35 u 40 sena minn dawn iz-zewg finali, meta ismijiet dawn iz-zwieml ghadhom hajjin fil-memorja taghna u fl-istorja ta’ din it-Tazza mill-aqwa ?!


 


Nawgurawlkom laqgha ohra ecitanti nhar il-Hadd li gej.