Saturday 19th April 2014
Il-16 u s-17-il laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 – Id-19 u l-20 t’April

minn Magnat


Se jinzammu zewg laqghat ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel matul dan it-tmiem il-gimgha, wahda nhar is-Sibt 19 u l-ohra nhar il-Hadd (Hadd il-Ghid) 20 t’April, bl-ewwel wahda tibda’ fis-1.30pm u t-tieni fit-3pm.  Il-programm ta’ nhar is-Sibt jinkludi seba’ tigrijiet (u ohra ghal ponijiet Maltin) bi tmien tigrijiet nhar il-Hadd.


Wara s-semi-finali tat-Tazza l-Kbira BOV li kellna l-gimgha l-ohra u waqt li qed nistennew il-laqgha tat-Tazza l-Kbira l-gimgha d-diehla, il-qofol tal-istagun tat-tigrijiet tat-trott f’Malta, dawn iz-zewg laqghat huma ddedikati ghal tigrijiet “normali” bl-attrazzjonijiet ewlenin ikunu tigrija tal-klassi Premier ta’ kwalita’ oghlja nhar il-Hadd, tlett tigrijiet tal-klassi Gold (wahda s-Sibt u tnejn il-Hadd) u zewg tigrijiet tal-galopp, wahda f’kull laqgha.


It-tigrijiet tat-trott huma kollha fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 2,640m.


It-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Hadd tipprezentalna tahlita ta’ veru fost is-16-il partecipant.  Dawn ivarjaw bejn ir-rebbieha recenti Phenix de la Roque (rebbieh tal-kampjonat Assikura ghall-klassi Gold dan l-ahhar), Prince Gaillard (rebha u tlett pjazzamenti fl-ahhar hargiet tieghu) u Zalgado Transs R (li gej minn rebha u zewg pjazzamenti) ghar-rebbieh tat-Tazza tal-President 2013 Gently di Poggio (Tazza tal-President 2013), iz-zwiemel pjuttost godda Polisson Wood u Pegelas u l-partecipanti l-ohra kollha mill-aktar validi.


Ghandna wkoll zewg debuttanti ta' 11-il sena li dahlu bhala riservi f'din it-tigrija, cioe' z-ziemel imsewwi Franciz Pike Blue u l-istalljun Germaniz Jos Cortina.  Dan ta' l-ahhar huwa miktub bl-oghla numru ta' punti ta' handicap ghad-debuttanti.  Huwa rebah SEK1,400,429 barra minn xtutna u ghandu l-ahjar hin ta' 1'11'5 fuq 1,640m.  Germaniz, izda b'pedigree mimli demm Amerikan, huwa kkompeta f'diversi pajjizi, bhall-Germanja, l-iSvezja u Franza, u ppartecipa f'numru ta' tigrijiet ta' profil oghli b'distanzi li jvarjaw bejn il-mil u 2,750m, sakemm spicca l-karriera tieghu barra minn Malta fl-2012.


It-tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar is-Sibt hija kwazi wahda tal-klassi Premier, ghax tpoggi f’konfront lista’ ta’ partecipanti li huma fuq l-ghatba tal-imsemmija l-oghla klassi tat-trott.


Dawn jinkludu diversi zwiemel tat-trott li ghadhom kemm nizlu mill-klassi Premier, bhala Nagano Phedo, Zandina Boshoeve, Orion du Vaumicel, Nitesco d’Antony u P.A. Surprise, u ohrajn gejjin minn prestazzjonijiet pozittivi dan l-ahhar bhal Wies Buitenzorg (rebha u pjazzament fl-ahhar tlett hargiet taghha), Pan des Couperies (erba’ pjazzamenti konsekuttivi), Why Not As, Quermes Rush u Give To Get bi pjazzamenti tajba matul dan l-ahhar xahar.


It-tigrijiet tal-klassi Gold ta’ nhar il-Hadd huma wkoll daqstant interessanti.


L-ewwel wahda tinkludi diversi zwiemel li wrew forma mill-aqwa fl-ahhar gimghat, bhal New Star D K (rebha u pjazzament fit-tieni post fiz-zewg tigrijiet tieghu f’Malta), Quid de la Muette (zewg rebhiet mill-ahhar tlett tigrijiet tieghu), Happiness Photo (zewg pjazzamenti fl-ahhar tlett tigrijiet tieghu), Presidential u Nubi Lens (bi pjazzament fit-tieni post kull wiehed fit-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu), Noble d’Ete (li ppjazza fit-tieni post madwar xahar ilu) u tant ohrajn.  L-istalljun Taljan ta’ 8 snin Mireya mistenni wkoll jiddebutta f’din it-tigrija.


L-istess huwa l-kaz tal-ahhar tigrija tal-klassi Gold, li tinkludi zwiemel tat-trott bhal Obelix Cream li gej minn rebha u pjazzament fl-ahhar tlett hargiet tieghu, Cowboy Party u Queen du Sablier li t-tnejn rebhu l-ahhar tigrija taghhom, Ouest Mabon (li kellu pjazzament tajjeb fit-tieni post fl-ahhar tigrija tieghu) u Malewe li ppjazza fit-tielet post gimghatejn ilu, fost iz-zwiemel solidi kollha f’din it-tigrija.


Il-bqija tat-tigrijiet tat-trott huma ddedikati ghall-klassijiet Silver, Bronze u Copper, bil-Franciz ta’ 9 snin Rhodes Fortuna mistenni jiddebutta fil-klassi Silver u l-iSvediza ta’ 6 snin Snubbelduns mistennija taghmel l-istess fil-klassi Bronze.


Il-programmi ta’ tigrijiet ta’ dan it-tmiem il-gimgha jinkludu wkoll zewg tigrijiet tal-galopp, it-tnejn fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m.    


It-tigrija ta’ nhar is-Sibt hija riservata ghal zwiemel tal-galopp tal-Klassi B b’seba’ partecipanti, cioe’ Gold As Good li gejja minn hames pjazzamenti konsekuttivi, Ollie Fliptrik li ghandu erba’ pjazzamenti konsekuttivi, r-rebbieh tal-Mediterrean Derby fl-2011 Buttermilk li ppjazza tajjeb fl-ahhar tigrija tieghu, Darielli, Mr Roxy Music u Spectrum Bond, li lkoll qed ifittxu miljorament fil-forma taghhom wara li rritornaw ghat-tigrijiet dan l-ahhar wara waqfa twila u Johnny McGurk li ghandu jaghmel ukoll ir-ritorn tieghu wara kwazi erba’ snin nieqes mit-tigrijiet.


Imbaghad it-tigrija ta’ nhar il-Hadd hija tigrija tal-Klassi A b’sitt partecipanti, inkluzi whud mill-ahjar zwiemel tal-galopp li kellna din is-sena Pearl Storm (bi tlett rebhiet konsekuttivi mit-tlett tigrijiet tieghu f’Malta), Safari Storm (rebha u pjazzament fit-tieni post fiz-zewg tigrijiet tieghu fostna), Timolin li gej minn seba’ pjazzamenti konsekuttivi u Sleepwalking li taghmel ir-ritorn taghha wara nuqqas ta’ sentejn, minn mindu rebhet il-Mediterranean Derby fl-2012.  Se jkun interessanti wkoll li nsegwu l-prestazzjoni taz-zewg zwiemel godda ta’ 7 snin li mistennija jiddebuttaw f’din it-tigrija, cioe’ z-ziemel imsewwi Irlandiz Key Art u z-ziemel imsewwi Gappuniz (huwa rari li jkollna ziemel Gappuniz itellaq hawn Malta) Zen.


Fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd, mistennija naraw ukoll il-prezentazzjoni tal-Unur tas-Sewwieq tax-Xahar ghal Marzu lil Michael Sultana, gentilment sponsorjat minn M. Demajo (Wines & Spirits) Ltd permezz tad-ditta taghhom Johnnie Walker.


Ghalhekk m’hemm l-ebda kampjonati skedat fi tmiem din il-gimgha, izda minghajr dubju t-tigrijiet li hemm f’dawn iz-zewg programmi – kemm ghal zwiemel tat-trott kif ukoll ghal dawk tal-galopp – jinvolvu kwalita’ u varjeta’ aktar minn bizzejjed sabiex jiggarantixxu tmiem il-gimgha tal-Ghid pjacevoli fil-korsa tal-Marsa, hekk kif nippreparaw ruhna ghall-ispettaklu mill-aqwa li qed jistenniena bil-finali tat-Tazza l-Kbira l-gimgha d-diehla!  


L-ahhar Laqgha


It-tlett semi-finali tat-Tazza l-Kbira Bank of Valletta fuq id-distanza ta’ 2,640m iddominaw il-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda u pprovdewlna t-12-il finalist ghal din l-edizzjoni tat-Tazza l-Kbira fl-anniversarju tat-80 sena taghha.  It-tlieta li huma pprovdew spettaklu quddiem folla numeruza.  Apparti dawn, fost it-tigrijiet kollha nteressanti fuq il-programm ta’ 9 tigrijiet, kellna wkoll tigrija mill-isbah “normali” tal-klassi Gold u zewg tigrijiet tal-klassi Silver ta’ kwalita, kollha fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 2,640m.


Semi-finali tat-Tazza l-Kbira BOV


Pacha de la Frette ha kmant bikri fl-ewwel semi-finali izda nqabez wara 500m minn Quiet Way, b’Pacha de la Frette jkompli jsegwi mill-qrib.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sa madwar 400m mit-tmiem, meta Pacha de la Frette beda jaghlaq id-distakk miz-ziemel ta’ quddiem u diversi zwiemel bdew l-attakk taghhom.


Ghal god-dritta tat-tmiem rajna lil Quiet Way bi ftit quddiem Pacha de la Frette, izda b’Pouloud Keroc’H jisprintja b’sahhtu qribhom.  Pacha de la Frette mar fuq quddiem 200m mit-tmiem izda fi tmiem drammatiku Quiet Way ghamel rejazzjoni b’sahhitha u Pouloud Keroc’H sab ftuh fuq in-nahat ta’ barra biex sprintja ghat-tieni rebha stagjonali tieghu f’hin tassew tajjeb fuq 2,640m ta’ 1’15’3 fil-kilometru, nofs tul quddiem Quiet Way, segwit minn Perceval u Pacha de la Frette li kollha ghaddew ghall-finali.


Tap Dance ha l-kmant wara madwar 400m mill-bidu tat-tieni semi-finali izda The Bad Rock qabzu zewg dawriet mit-tmiem.  Ghall-bicca l-kbira tat-tigrija dan iz-ziemel mexxa l-qatta’ segwit minn Tap Dance u Madam di Poggio, quddiem il-partecipanti l-ohra. Poppes Fighter madankollu avvanza fuq in-nahat ta’ barra u tela’ fit-tieni post dawra mit-tmiem.


Izda The Bad Rock zied il-velocita’ tieghu f’dan l-istadju u dan iz-ziemel iddomina l-kumplament tat-tigrija u zied il-pass tieghu mill-gdid fl-ahhar 500m biex rebah b’mod komdu b’zewg tulijiet (l-ewwel rebha stagjonali u t-tielet wahda tieghu f’Malta) minn Sultan November li spicca b’sahhtu, segwit fil-finali minn Poppes Fighter u Madam di Poggio.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’16’3 fil-kilometru.


L-ewwel kilometru tal-ahhar semi-finali kien ikkaratterizzat minn numru ta’ bidliet fuq quddiem.  Cloria Victis ha l-kmant kmieni fit-tigrija izda dan inqabez minn Original Blue wara biss 500m.  Madankollu, Pat de Fontaine kellu idejat ohra u mar fuq quddiem ftit inqas minn zewg dawriet mit-tmiem, izda kellna tibdila ohra fil-kmant tat-tigrija mil mit-tmiem meta Cloria Victis mar fuq quddiem mill-gdid. 


Minn hemm ‘il quddiem Cloria Victis iddetta l-pass sad-dritta tat-tmiem, segwit ghal hafna hin minn Prieure’ tnejn fuq barra u Pat de Fontaine mar-rejl.  Madankollu fil-bidu tal-ahhar dawra, Oran kien avvanza tajjeb fir-raba’ post.  Fid-dahla god-dritta tat-tmiem rajna taqbida mill-isbah bejn erba’ zwiemel prattikament f’linja wahda, Cloria Victis fuq quddiem attakkat minghajr hniena minn Pat de Fontaine, Prieure’ u Oran li kien qed jisprintja b’mod impressjonanti erbgha fuq barra.


Oran kien l-aktar wiehed b’sahhtu minnhom kollha, spara fuq quddiem 100m mit-tmiem u kiseb it-tieni rebha stagjonali u r-raba’ wahda tieghu f’Malta fl-ahjar hin tal-istagun s’issa fuq id-distanza ta’ 2,640m, hin brillanti ta’ 1’14’4 fil-kilometru, tul u nofs quddiem Pat de Fontaine, segwit minn Cloria Victis u Oltedo de Rieux li spicca b’sahhtu, li saru l-ahhar zwiemel li kkwalifikaw ghall-finali.


Klassi Gold


Din it-tigrija rat zewg debuttanti Francizi fost il-protagonisti.  Obelix Molgard ha kmant bikri segwit minn wiehed minn dawn id-debuttanti Querios du Randou u Regent de Tillard, b’diversi zwiemel ohra jsegwu mill-qrib.


Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sa nofs id-dritta tal-faccata meta Querios du Randou attakka u ha l-kmant ghal zmien qasir, b’Obelix Molgard jirrejagixxi tajjeb u jmur fuq quddiem mill-gdid.  Fil-frattemp, id-debuttant Qadjar Turgot kien qed javvanza b’sahhtu fuq in-nahat ta’ barra biex ippjazza lilu nnifsu ezatt wara Obelix Molgard fid-dahla ghad-dritta tat-tmiem.  Qadjar Turgot attakka u ha l-kmant 200m mit-tmiem biex iccelebra d-debutt tieghu b’rebha f’1’17’8 fil-kilometru, aktar minn tul quddiem Obelix Molgard, segwit minn debuttant iehor Querios du Randou u Quo de Clerlande f’dik l-ordni.


Klassi Silver


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Silver rajna prestazzjoni dominanti minn erba’ debuttanti Francizi ohra.  Wiehed minn dawn, Ravageur de Payre, ha l-kmant 750m mit-tmiem u kien jidher riesaq lejn rebha. Izda fl-istess hin rajna lil Rasting Celina, debuttant iehor, javvanza tajjeb tlieta fuq barra, jaqbez ziemel wara l-iehor u fil-bidu tad-dritta tat-tmiem kien wasal qrib iz-ziemel ta’ quddiem.


Id-dritta tat-tmiem imbaghad kienet sfida ecitanti bejn dawn iz-zewg zwiemel, b’Ravageur de Payre jipprova jzomm fuq quddiem u Rasting Celina jipprova kemm jiflah biex jaqbez lil dan ta’ l-ewwel.  Il-photofinish fl-ahhar ta debutt tal-holm lil Rasting Celina, mnieher biss quddiem Ravageur de Payre, segwit minn debuttanti ohra Recif du Layon u Rex Speed f’1’16’8 fil-kilometru.


Lucas Ness ha l-kmant fil-bidu tal-ahhar tigrija tal-klassi Silver, u rnexxielu jiddetta l-pass sal-ahhar 450m, meta f’daqqa wahda huwa sofra l-attakk ta’ diversi zwiemel, ewlenin fosthom kienu d-debuttant Quersis, Reveal Champ Blanc u Foot Stompin Music.


Tigri hamsa fuq barra, din ta’ l-ahhar sprintjat tajjeb u hadet il-kmant f’nofs id-dritta izda minn imkien rajna progressjoni mpressjonanti minn Quirinus Vrie li kien qed jigri sitta fuq barra, li sfida lil Foot Stompin Music fl-ahhar metri u wasal fuq il-gister l-ewwel b’ras biss ghall-ewwel rebha tieghu f’Malta, b’Foot Stompin Music tigi mcahhda mill-ewwel post ghat-tieni darba konsekuttiva.  Touch The Diamond u Pepita Ans kisbu l-pjazzamenti l-ohra f’dik l-ordni.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’17’9 fil-kilometru.


Attivitajiet ghall-istudenti tal-Akkademja tat-Tigrijiet taz-Zwiemel tal-Malta Racing Club


Il-gimgha l-ohra ghalaqna l-artiklu taghna b’harsa lejn il-passat, lejn is-semi-finali tat-Tazza l-Kbira ta’ 40 u 35 sena ilu.  Din il-gimgha naghlqu b’harsa lejn il-futur ... lejn dawk li nistennew li jkunu protagonisti tal-futur fit-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta, is-sewwieqa tal-gejjieni.


Ftit gimghat ilu, l-Akkademja tat-Tigrijiet taz-Zwiemel tal-MRC organizzat kampjonat fil-korsa tal-Marsa ghall-istudenti zghazagh taghha, kemm subien kif ukoll bniet, li ghandhom ponijiet Shetland kapaci jigru bit-trott.


Sabiex jippreparaw ghal dan il-kampjonat, f’diversi Sibtijiet matul il-hin li fih topera l-Akkademja kien tassew sabih li wiehed jinnota lil dawn iz-zghazagh jitharrgu taht il-gwida fejjieda tal-ghalliema taghhom, flimkien mal-ponijiet Shetland taghhom.


Il-heats ghal dan il-kampjonat taz-zghazagh li kien jikkumplimenta lir-Ray Auto Dealer Challenge Cup ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Silver u gie msejjah ir-Ray Auto Junior Trophy inzammu fi tmiem il-gimgha tat-30 u l-31 ta’ Marzu.  Hadu sehem ghaxar partecipanti maqsuma b’mod indaqs f’zewg heats jew semi-finali, bl-ewwel tlieta minn kull wahda jikkwalifikaw ghall-finali.


L-ewwel heat intrebhet minn Sunrise misjuq minn Denilson Cortis, segwit fil-finali minn Ten Sharp misjuq minn Clint Gauci u minn Lightning ta’ Garth Micallef.  Cory ta’ Jaydon Cutajar rebah it-tieni semi-finali, b’Ginger misjuq minn Shaun Fenech jispicca fit-tieni post, filwaqt li Sunny Day tana finalista femminili, Martina Hili, meta spicca fit-tielet post.


Lejlet il-finali, aktar minn 30 student tal-Akkademja tal-MRC inghaqdu ma’ studenti minn “riding clubs” ohra (il-La Valette Riding Club u l-Cross Riding Club) u hadu sehem f’Mounted Gymkhana Games, li fihom l-istudenti kienu f’hafna kazijiet rekbin fuq dahar iz-zwiemel. 


Il-finali mbaghad inzammet fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd 6 t’April bejn is-sitt partecipanti msemmija aktar ‘il fuq fuq distanza ta’ 700m.  Ten Sharp misjuq minn Clint Gauci ha kmant bikri segwit minn Sunrise ta’ Denilson Cortis.  Madankollu fid-dritta tat-tmiem Ten Sharp irrifjuta li jzomm il-pass tieghu u nqabez minn Sunrise.


Izda Ten Sharp irrejagixxa tajjeb u rnexxielu jerga’ jmur fuq quddiem f’nofs id-dritta, u kien jidher li kien fi triqtu lejn ir-rebha sa ftit metri mit-tmiem meta rega’ rrifjuta li jzomm il-pass tieghu, b’Sunrise ta’ Denilson Cortis ghalhekk jahtaf l-opportunita’, jerga’ jiehu l-kmant mill-gdid u jirbah mill-istess Ten Sharp (Clint Gauci), b’Sunny Day (Martina Hili) jispicca t-tielet.


Wara din it-tigrija, Dott Matthew Brincat, Cermen tal-Malta Racing Club, mexxa l-prezentazzjonijiet, trofej lill-ewwel tlieta fil-finali u midalji lill-ghaxar studenti zghazagh tal-Akkademja li ppartecipaw f’dan il-kampjonat.


Din kienet attivita’ ohra ta’ success organizzata mill-Akkademja tat-Tigrijiet taz-Zwiemel tal-MRC u huwa mistenni li attivita’ simili tinzamm fil-futur qarib.  Ghas-sewwieqa zghazagh li rebhu jew ippjazzaw f’dan il-kampjonat, is-sodisfazzjon huwa bla dubju kbir, izda ghalija l-aktar aspett krucjali huwa l-partecipazzjoni u l-esperjenza ta’ tahrig li wiehed jikseb minnha.


Tabilhaqq, attivitajiet bhal dawn jinkoraggixxu kultura ta’ taghlim mill-aqwa fost is-sewwieqa prospettivi zghazagh taghna.  L-ewwelnett, ighinuhom jirfinaw it-talenti taghhom tas-sewqan fil-preparazzjoni ghall-okkazjoni l-kbira tal-heats u finali partikulari taht l-ghajnejn attenti u l-ghajnuna tal-ghalliema taghhom, izda b’mod partikulari dawn ighinuhom sabiex jizviluppaw attitudni ta’ sportivita’.


Ghaldaqstant, ghalkemm kulhadd jirrikonoxxi l-importanza tal-kompetizzjoni, z-zghazagh taghna jibdew japprezzaw ukoll li din ghandha ssir fi spirtu gust, rispett lejn ir-regoli tal-loghba u sportivita’, fejn dawk li jkunu qed jikkompetu maghna mhumiex ghedewwa izda jibqghu hbieb.  Lezzjoni utili ghall-hajja ... u mhux biss ghat-tfal u z-zghazagh izda ghalina lkoll.


Prosit tassew lil dawk kollha li kienu strumentali biex jippromwovu din l-Akkademja sa mit-twaqqif taghha, fil-passat, present u l-futur u lill-ghalliema u dawk kollha li taw jew qed jaghtu l-kontribut taghhom, zghir jew kbir, ghall-attivitajiet u s-success taghha.


Huwa xieraq li niccelebraw is-successi taz-zwiemel, sewwieqa u gerrejja prezenti taghna, izda inizjattiva bhall-Akkademja hija krucjali sabiex tizgura gejjieni mill-isbah ghat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta u sabiex tikkontribwixxi ghal edukazzjoni aktar kompluta (cioe’ mhux biss akkademika) ghat-tfal u zghazagh kollha li qed jippartecipaw.


Niehu wkoll din l-opportunita’ biex nirringrazzja lis-Sur Tommy Cunningham, li gentilment ipprovdieli informazzjoni dettaljata rigward l-attivitajiet imsemmija aktar ‘il fuq.


 


Nawgurawlkom zewg laqghat ohra ecitanti matul dan it-tmiem il-gimgha.