Saturday 26th April 2014
It-18-il laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 – Is-27 t’April

minn Magnat


Se ssir laqgha ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel nhar il-Hadd 27 t’April – programm ta’ tmien tigrijiet li jibda’ fis-2pm.


Din hija wisq probabbli l-iktar laqgha mportanti tal-istagun – almenu mill-perspettiva tat-trott – bil-finali tat-Tazza l-Kbira Bank of Valletta, fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 2,640m, li hija s-sitt tigrija fuq il-programm.


Din il-laqgha kienet precedeuta minn Presentation Night mill-aqwa li nzammet fic-Chukkas Restaurant nhar il-Hamis filghaxija, presjeduta mis-Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Zghazagh u Sport, l-Onorevoli s-Sur Chris Agius, flimkien mal-Ufficjal Ezekuttiv Ewlieni tal-Bank of Valletta s-Sur Charles Borg, il-Kunsill tal-Malta Racing Club u l-ko-ordinaturi ta’ dan l-avveniment uniku – okkazjoni mill-aktar pjacevoli u li giet apprezzata minn dawk kollha prezenti, inkludi sidien, sewwieqa, handlers u membri tal-familja relattivi ghall-finalisti kollha.  


Miftuha ghaz-zwiemel ta’ kull nazzjonalita’, l-11-il partecipant tal-klassi Premier (it-12-il wiehed, Pacha de la Frette, sfortuntament gie skraccjat) gejjin minn erba’ pajjizi differenti, cioe’ Franza, l-iSvezja, l-Germanja u l-Italja u ghandhom etajiet ta’ bejn 8 u 13-il sena.  Rebbieha ta’ 20 tigrija u bi 58 pjazzament iehor bejniethom, il-lista shiha ta’ 9 zwiemel imsewwija, stalljun wiehed u debba taqra’ kif gej:


1. Oltedo de Rieux, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 183,230 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’5 fil-kilometru.  Huwa ghandu tlett rebhiet u 10 pjazzamenti mit-23 tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’3 fil-kilometru fuq 2,640m.


2. Sultan November, Germaniz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK582,179 u l-ahjar hin ta’ 1’11’8 fil-kilometru.  Huwa ghandu tlett rebhiet u 13-il pjazzament mis-27 tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’0 fil-kilometru fuq 1,640m (1’16’3 fuq 2,640m).


3.  Perceval, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 238,890 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru.  Huwa ghandu rebha u pjazzament mit-3 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’4 fil-kilometru fuq 2,640m.


4.  Madam di Poggio, Taljana ta’ 8 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 90,325 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’2 fil-kilometru.  Hija rebhet darba u ghandha hames pjazzamenti ohra mill-11-il tigrija taghha f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru fuq 1,640m (1’15’8 fuq 2,640m).


5.  Cloria Victis, Svediz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,336,703 u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru.  Huwa rebah darba u ppjazza hames darbiet ohra fis-7 tigrijiet tieghu f’Malta s’issa, bl-ahjar hin ta’ 1’14’2 fil-kilometru fuq 2,640m.


6.  Oran, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 347,910 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’11’7 fil-kilometru.  Huwa rebah erba’ darbiet u ppjazza seba’ darbiet ohra fid-19-il tigrija tieghu f’Malta s’issa, bl-ahjar hin ta’ 1’13’6 fil-kilometru fuq 1,640m (1’14’4 fil-kilometru fuq 2,640m).


7.  Poppes Fighter, Svediz ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK973,600 u l-ahjar hin ta’ 1’12’8 fil-kilometru.  Huwa ghandu rebha u tmien pjazzamenti fil-21 tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin ta’ 1’14’3 fil-kilometru fuq 2,640m.


8.  Pouloud Keroc’H, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 235,970 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’3 fil-kilometru.  Huwa rebah darbtejn u ppjazza darba ohra fit-3 tigrijiet tieghu f’Malta s’issa, bl-ahjar hin ta’ 1’15’3 fil-kilometru fuq 2,640m.


9. The Bad Rock, Svediz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,228,450 u l-ahjar hin ta’ 1’13’5 fil-kilometru.  Huwa rebah tlett darbiet u ppjazza tlett darbiet ohra fid-9 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin ta’ 1’14’5 fil-kilometru fuq 2,640m (darbtejn).


10.  Quiet Way, Franciz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 212,750 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru.  Huwa ppjazza tlett darbiet fil-5 tigrijiet tieghu f’Malta s’issa, bl-ahjar hin ta’ 1’15’4 fil-kilometru fuq 2,640m.


11.  Pat de Fontaine, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 255,850 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’8 fil-kilometru.  Huwa rebah tigrija u ppjazza darbtejn fl-4 tigrijiet tieghu f’Malta s’issa, bl-ahjar hin ta’ 1’14’5 fil-kilometru fuq 2,640m.


Komdi sew fuq id-distanza ta’ 2,640m b’xejn inqas minn tmienja minn dawn iz-zwiemel ikollhom l-ahjar hin f’Malta fuq din id-distanza, ta’ min jinnota li kollha ghandhom l-ahjar hin fostna ta’ 1’15’4 fil-kilometru jew ahjar (bi kwazi kollha ghamlu 1’15’8 jew ahjar fuq 2,640m).


Bla dubju sett ta’ partecipanti li l-kwalita’ taghhom tassew taghmel unur lil dan it-80 anniversarju mill-ewwel darba li nzammet din il-finali mill-aktar prestigjuza!  Tabilhaqq, li waslu sal-finali huwa diga’ unur fih innifsu, ghal min jirnexxielu jippjazza din tkun okkazjoni specjali u ghar-rebbieh, letteralment ic-cirasa fuq il-kejk!  Nawguraw lill-partecipanti kollha li jaghmlu l-almu taghhom kollu biex ikollhom rizultat tajjeb izda dejjem fi spirtu sportiv ta’ veru.


Anki t-total fi premjijiet fi flus huwa specjali, mmirat biex jikkommemora dan l-anniversarju.  Total ta’ 8,000 ewro, bir-rebbieh jircievi 4,250 ewro, 2,000 ewro ghal minn jispicca fit-tieni post, 1,000 ewro ghat-tielet post, 500 ewro ghar-raba’ post u 250 ewro ghal min jispicca’ l-hames.


Tassew tigrija li hadd m’ghandu jitlef!  Naghtu l-isbah xewqat lill-partecipanti kollha, lis-sidien taghhom, trejners, handlers u sewwieqa – jalla jircievu sodisfazzjon xieraq ghall-isforzi u x-xoghol iebes kollu taghhom! Nergghu nirringrazzjaw ukoll lill-Bank of Valletta ghall-isponsorship gentili taghhom li huwa krucjali wkoll ghas-success ta’ din l-edizzjoni.


It-tigrijiet l-ohra huma lkoll tigrijiet tat-trott fuq id-distanza sprint ta’ 1,640m, b’zewg tigrijiet tal-klassi Gold fosthom.  Fl-ewwel wahda nsibu diversi zwiemel li kellhom pjazzamenti tajba dan l-ahhar bhal Ironbar, Means Nothing, Quarborandum u Quo de Clerlande fost il-lista ta’ 14-il ziemel solidi.  Il-Franciz ta’ 10 snin Quel Homme huwa mistenni jiddebutta f’din it-tigrija.


Fost iz-zwiemel bl-ahjar prestazzjonijiet fit-tieni tigrija tal-klassi Gold nsibu lil Cowboy Party u lil Pile Ou Face li t-tnejn rebhu t-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar taghhom, u lil Count of Life u Ouest Mabon li ppjazzaw tajjeb dan l-ahhar, fost it-12-il partecipant li huma kollha validi.


Il-bqija tat-tigrijiet huma tlieta ghall-klassi Silver u tnejn ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Bronze bil-Franciz ta’ 9 snin Rocky Mati mistenni jiddebutta fil-klassi Silver.


Ghaldaqstant, se tkun gurnata ta’ festa fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd li gej!  Il-korsa se tkun armata b’mod mill-isbah u kkulurit ghal dan l-appuntament fantastiku, l-Malta Racing Club ippreparat sfond spettakulari li jinkludi fost l-ohrajn parati ta’ muturi klassici, tal-finalisti mmexxija minn diversi rebbieha tal-passat u tant affarijiet ohra!  Izda l-attrazzjoni ewlenija hija naturalment il-finali tat-Tazza l-Kbira BOV innifisha bi 11-il partecipant li kollha jixtiequ jnaqqxu isimhom fuq din l-edizzjoni specjali tat-80 anniversarju – min se jkun ir-rebbieh?


L-ahhar Laqghat


L-attrazzjonijiet ewlenin tat-tmiem il-gimgha li ghadda kienu bla dubju t-tigrija tal-klassi Premier li kellna nhar il-Hadd, it-tlett tigrijiet tal-klassi Gold maqsuma fuq iz-zewg programmi u z-zewg tigrijiet tal-galopp.  It-tigrijiet tat-trott kienu fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 2,640m bit-tigrijiet tal-galopp jinzammu fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m.


Klassi Premier


Truq Q mar fuq quddiem wara l-ewwel mitejn metru mit-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Hadd, u zamm il-kmant sa madwar 1,800m mit-tmiem meta nqabez mid-debuttant Jos Cortina li min-naha tieghu gie sostitwit fuq quddiem minn Gently di Poggio xi 400m biss wara.


Izda l-azzjoni vera waslet fid-dritta tal-faccata meta diversi zwiemel wettqu l-attakk taghhom fuq iz-ziemel ta’ quddiem, ewlieni fosthom ikun Utah Hornline li rnexxielu jiehu l-kmant xi 600m mit-tmiem.  Izda fl-istess hin rajna zieda fil-velocita’ mpressjonanti ta’ Zalgado Transs R li halla l-postijiet ta’ wara u gera’ erbgha fuq barra sabiex wasal qrib taz-ziemel ta’ quddiem f’qasir zmien.


Meta kien fadal 300m mit-tmiem Utah Hornline u Zalgado Transs R kienu qed jigru ras’imb’ras izda dan ta’ l-ahhar mar fuq quddiem fil-bidu tad-dritta tat-tmiem u sprintja b’mod eccellenti sabiex kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu f’hin tajjeb fuq din id-distanza ta’ 1’15’7 fil-kilometru, aktar minn tlett tulijiet quddiem Opal Hall li spicca b’sahhtu, segwit minn Utah Hornline u True Q.


Klassi Gold


Orion du Vaumicel ha kmant bikri fit-tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar is-Sibt u ddetta r-ritmu sad-dritta tal-faccata meta diversi zwiemel bdew javvanzaw b’mod minaccuz u jattakkaw liz-ziemel ta’ quddiem.


Minkejja dan, Orion du Vaumicel dahal l-ewwel fid-dritta tat-tmiem izda f’dan l-istadju ma seta’ jaghmel xejn biex jirrezisti l-attakk b’sahhtu ta’ Zandina Boshoeve, b’din ta’ l-ahhar tmur fuq quddiem madwar 150m mit-tmiem u tibqa’ sejra b’sahhitha sat-tmiem sabiex kisbet it-tieni rebha stagjonali u l-hames wahda taghha f’Malta f’1’16’8 fil-kilometru, madwar tul u nofs quddiem Quermes Rush li spicca b’sahhtu, segwit minn Give To Get u Pan des Couperies.


Edge Trick mar fuq quddiem wara 400m mill-bidu tal-ewwel tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar il-Hadd, izda nqabez minn Presidential zewg dawriet mit-tmiem.  Madankollu fil-bidu tal-ahhar dawra rajna lil Quid d’Aliermont izid il-velocita’ tieghu fuq in-nahat ta’ barra u jasal ferm qrib ta’ Presidential.


Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sal-ahhar 350m meta Quid d’Aliermont attakka lil Presidential u rnexxielu jmur fuq quddiem fil-bidu tad-dritta tat-tmiem, u zamm il-kmant sabiex wasal l-ewwel fuq il-gister.  Madankollu Quid d’Aliermont gie skwalifikat fuq il-girja tieghu fl-ahhar 200m bir-rebha tmur ghall-veteran ta’ 14-il sena Happiness Photo fit-tieni rebha stagjonali teighu f’1’17’6 fil-kilometru, nofs tul quddiem New Star D K, segwit minn Veikko Hornline u Presidential f’dik l-ordni.


Malewe mar fuq quddiem kmieni fit-tieni tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar il-Hadd, izda nqabez minn Lost Photo wara biss 500m.  Minn hemm ‘il quddiem, dan ta’ l-ahhar impona r-ritmu tieghu fuq it-tigrija u anki rnexxielu jzid il-velocita’ tieghu mid-dritta tal-faccata ‘l quddiem, dahal fid-dritta tat-tmiem b’vantagg tajjeb fuq l-isfidanti tieghu u baqa’ sejjer biex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’mod komdu, f’hin ta’ 1’17’0 fil-kilometru, zewg tulijiet u nofs quddiem Quio de Nappes, segwit minn Count of Life u L’Ideal de Fersan.


Klassi Silver


Dawn iz-zewg laqghat irrizervawlna wkoll xejn inqas minn 5 tigrijiet tal-klassi Silver.  Iz-zewg tigrijiet ta’ nhar is-Sibt intrebhu mid-Daniz ta’ 6 snin Razor Shadow fit-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu f’1’17’2 fil-kilometru, aktar minn erba’ tulijiet quddiem Quooper de Connee li spicca fit-tieni post u mill-Franciz ta’ 10 snin Quid Pierre fl-ewwel rebha tieghu f’Malta wkoll f’1’17’2 fil-kilometru u b’mod simili bi kmant ta’ aktar minn erba’ tulijiet quddiem Megiddo.


Il-Belgjan ta’ 10 snin Ackaturbo rebah l-ewwel tigrija tal-klassi Silver ta’ nhar il-Hadd, fl-ewwel rebha stagjonali u t-tmien rebha tieghu f’Malta f’1’17’7 fil-kilometru, b’vantagg iehor kbir ta’ madwar 5 tulijiet fuq Nasdaq du Closet, imbaghad il-Franciz ta’ 9 snin Rubis d’Olivier kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta madwar tlett tulijiet u nofs quddiem Blott Tooma fl-ahjar hin f’din il-klassi tat-tmiem il-gimgha li ghadda ta’ 1’16’7 fil-kilometru u fl-ahhar kien imiss lil Neo de Mira li jirritorna ghar-rebh wara aktar minn tlett snin (l-ewwel rebha stagjonali u s-sitt wahda tieghu f’Malta) u wara waqfa ta’ sitt xhur, f’1’17’7 fil-kilometru, tlett kwarti ta’ tul quddiem Navaho Simoni.


Tigrijiet tal-galopp


It-tigrija tal-galopp tal-Klassi A li nzammet nhar il-Hadd li ghadda kienet kompletament dominata minn Pearl Storm li kien fil-kmant tat-tigrija mill-bidu sat-tmiem, u zied il-vantagg tieghu aktar fid-dritta tat-tmiem biex kiseb ir-raba’ rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu xejn inqas minn hames tulijiet quddiem Safari Storm li ghamel l-almu tieghu sabiex jisfida lir-rebbieh, segwit minn Timolin.  Il-hin tat-tigrija kien l-ahjar wiehed s’issa dan l-istagun fuq din id-distanza, ta’ 1’12’41. 


It-tigrija tal-galopp tal-Klassi B kellha storja simili b’Gold As Good letteralment tahsad lill-partecipanti l-ohra u zzomm vantagg tajjeb matul it-tigrija kollha sabiex kisbet l-ewwel rebha taghha f’Malta f’1’13’69, u spiccat xi tmien tulijiet quddiem Ollie Fliptrik, segwit minn Buttermilk.


Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva l-ewwel rizultati ta’ testijiet tad-doping li ttiehdu fl-2014.  Prosit tassew lis-sidien u t-trejners ta’ Julian Port u Take Out Blue, iz-ziemel rebbieh u dak li spicca fit-tieni post rispettivament fil-finali Assikura ghall-klassi Bronze li nzammet fit-23 ta’ Marzu 2014, li r-rizultati taghhom it-tnejn ikkonfermaw li kienu nodfa minn sustanzi projbiti.


Il-finali tat-Tazza l-Kbira fil-passat – 40 u 35 sena ilu ...


U b’hekk wasalna prattikament lejlet il-finali ta’ din is-sena.  It-80 anniversarju ta’ dan l-aqwa trofew fit-trott Malti u s-seba’ darba konsekuttiva  minn meta gie ri-introdott fl-2008 wara li kien nieqas kwazi kompletament fis-snin disghin (hlief ghall1999) u s-snin bikrija ta’ dan il-millennju.


Minn dak iz-zmien, ta’ min niftakru fil-5 rebbieha, cioe’ James de l’Iton (2008 u 2009), In Vitro du Bourg (2010, Kakisis (2011), Mig of the Wood (2012) u Nabab du Chatelet (2013).


Izda bhal m’ghamilna matul dawn l-ahhar erba’ snin, f’din l-okkazjoni, mmorru lura fiz-zmien u naghtu daqqa t’ghajn lejn il-finali li nzammu zmien twil ilu, precizament 40 u 35 sena ilu.  F’dawk iz-zmenijiet it-tigrijiet kienu jinzammu fil-“korsa l-qadima”, twila 1.75 mili (aktar minn 2,800 metru), wahda fil-itwal koros fl-Ewropa f’dak iz-zmien bit-tigrija tinzamm fuq dawra wahda madwar il-korsa.


Gimghatejn ilu, tajna daqqa t’ghajn lejn is-semi-finali li nzammu f’dawk is-snin (1974 u 1979) u issa se naghtu harsa lejn il-finali rispettivi, li kumbinazzjoni ntrebhu t-tnejn minn favoriti jew kwazi favoriti.


1974


Tmien finalisti (kollha Francizi kif kien normali f’dawk iz-zmenijiet) gew taht l-ordnijiet tal-istarter f’din il-finali li nzammet fil-5 ta’ Mejju 1974, cioe Ardent VI, Sam II, Ulm V, Urbain L, Tarzan Novel, Un Reve Royal, Ultra Son B u Arrysomme.  Iz-zewg zwiemel l-ohra li kkwalifikaw Quiscale III u Troubadour L sfotunament gew skraccjati qabel it-tigrija.


L-aktar ziemel iffansjat kien Ardent VI b’Urbain L ukoll ikun fost l-aktar favoriti.  Folla rekord kienet prezenti fil-korsa biex issegwi l-ahhar programm tal-istagun li fih kienet tispikka l-aktar tigrija mistennija tas-sena.  Hekk kif il-partecipanti kienu qed jiehdu posthom ghall-bidu tat-tigrija kull spazju disponibbli fil-korsa kien mimli.


Urbain L, Un Reve Royal (ir-rebbieh tas-sena ta’ qabel) u Sam II (ir-rebbieh ta’ sentejn qabel) hadu kmant bikri u mexxew qatta’ ta’ partecipanti li kienu qaqocca bejniethom.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess ghall-ewwel nofs tat-tigrija izda madwar 1,200 mit-tmiem Ardent VI ha l-inizjattiva li jattakka liz-zwiemel ta’ quddiem.


Madankollu kif kien qed jaghmel hekk, Ardent qaleb u waqa’ lura u b’hekk kilometre mit-tmiem, halla triq miftuha ghal Urbain L li kompla jzid il-velocita’ tieghu, biex b’hekk kompla jikkonsolida l-vantagg tieghu.


Ghal god-dritta tat-tmiem Urbain L kien ghadu fuq quddiem u kien qed jigi attakkat l-iktar minn Ulm V li pero’ qaleb taht il-pressjoni u minkejja l-isprint b’sahhtu kuragguz fl-ahhar ta’ Ultra Son B, Urbain L li dak iz-zmien kellu 10 snin misjuq minn sidu u t-trejner tieghu Alfred (Fredu) Fenech, kien ir-rebbieh misthoqq, segwit mill-istess Ultra Son B u c-Campjin tas-sena ta’ qabel Un Reve Royal.


Wara t-tigrija kien hemm ghajjat u capcip qawwi bl-ispettaturi jduru madwar ir-rebbieh u s-sewwieq tieghu sabiex jawgurawlhom ghal din ir-rebha mill-isbah.


1979


Nimxu ‘l quddiem ghal 5 snin wara, meta l-finali saret fis-17 ta’ Gunju 1979 fl-ahhar laqgha tal-istagun, mizmuma tard meta mqabbla ma dak li konna mdorrija naraw f’dawk iz-zmenijiet.


Id-disa’ partecipanti (ghal darb’ohra kollha Francizi) kienu Full Pyl, Ecossais II, Elagabal, Erubi, Eldy des Etangs, Espoir des Marais, Dultor, Dicav u Eros Normand.  Iz-ziemel l-iehor li kien ghadda ghall-finali Beguin du Mesnil, gie skraccjat mill-finali.  Espoir des Marais kien l-aktar ziemel favorit.


It-tigrija kienet ikkaratterizzata minn zewg false starts qabel mad-disa’ zwiemel tat-trott bdew jigru tassew fost l-ghajjat tal-ispettaturi.  Eldy des Etangs u Eros Normand hadu kmant bikri li zammewh sa nofs it-tigrija meta Full Pyl tela’ sabiex jisfidahom u rnexxielu jmur quddiem.


Madankollu waqt li Eros Normand waqa’ lura, Eldy des Etangs rega’ gie lura u rega’ mar fuq quddiem madwar l-ahhar kurva, segwit minn Full Pyl.  Pero’ d-dahla fid-dritta tat-tmiem kienet is-sinjal ghal Espoir des Marais biex ifaqqa’ l-isprint letali tieghu fuq in-nahat ta’ barra, u mar b’sahhtu fuq quddiem, sfidat minn Elagabal li wkoll kien qed jisprintja tajjeb mar-rejls.


Dawn iz-zewg zwiemel sfidaw lil xulxin mifruda mill-wisa’ tal-korsa, izda mal-gister Espoir des Marais li dak iz-zmiem kellu 9 snin, misjuq ukoll minn sidu John Cardona, kien ir-rebbieh car, nofs tul quddiem l-istess Elagabal, b’Eldy des Etangs jispicca fit-tielet post.


Ghal darb’ohra ghajjat u capcip qawwi kkaratterizzaw it-tmiem tat-tigrija, bl-ispettaturi jidhlu fil-korsa u b’John Cardona jigi merfugh fuq l-ispallejn fost il-hafna sostenituri ta’ Espoir li kienu mdawwrin madwar iz-ziemel u s-sewwieq.


Bla dubju zewg finali mill-aqwa!  U issa nippreparaw biex insegwu finali ohra mill-aqwa – din id-darba mhux mill-passat izda mill-prezent.  Liema ziemel se jirnexxielu jnaqqax ismu fuq din it-Tazza – Tazza li hija pjuttost zghira fid-daqs izda enormi fil-prestigju u fil-wirt storiku – biex b’hekk jinghaqad ma’ dan l-ismijiet famuzi tas-snin l-imghoddija?


Nawgurawlkom laqgha tat-Tazza l-Kbira mill-aqwa nhar il-Hadd li gej.