Saturday 10th May 2014
Il-21 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 – Il-11 ta’ Mejju

minn Magnat


Se tinzamm laqgha ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel nhar il-Hadd li gej 11 ta’ Mejju bi programm twil ta’ 11-il tigrija kompost esklussivament minn tigrijiet tat-trott li jibda’ fis-1.45pm.  It-tigrijiet huma fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m, hlief ghal zewg tigrjiet “normali” ghall-klassi Copper li huma fuq id-distanza sprint ta’ 1,640m.


L-attrazzjonijiet ewlenin ta’ dan il-programm huma tigrija tal-klassi Premier, il-finali tat-Tazza San Frangisk ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Copper u zewg tigrijiet tal-klassi Gold.


It-tigrija tal-klassi Premier tara tlettax-il partecipant li jinkludu zwiemel f’forma tajba bhal Zandina Boshoeve, li gejja minn zewg rebhiet konsekuttivi, Quiet Way bi tlett pjazzamenti fl-ahhar tlett hargiet tieghu, Poppes Fighter li ppjazza darbtejn fl-ahhar tlett tigrijiet tieghu, Ego Sanna, li spicca t-tieni l-gimgha l-ohra, Papy de la Potel rebbieh tat-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu, Chiara Sisu u Ourasi Diams li ppjazzaw fl-ahhar tigrija taghhom u zwiemel popolari ohra.


Imbaghad il-finali ghat-Tazza San Frangisk tpoggi z-zwiemel tat-trott tal-klassi Copper fic-centru tal-attenzjoni sabiex tinkuruna l-aktar ziemel kompetittiv f’dan il-klassi fil-prezent.  It-12-il partecipant (tmien zwiemel imsewwija, zewg stalljuni u zewg dwieb) jikkonsistu f’sitt Francizi, tlett Svedizi, zewg Olandizi u Germaniza bl-etajiet taghhom ivarjaw b’mod impressjonanti bejn 4 (Dreamed Victory) u 18-il sena (Icare de Jemma). Huwa rebhu tmien darbiet u ppjazzaw 19-il darba ohra bejniethom s’issa din is-sena.


Il-lista shiha hija kif gej:  Pout de Quelaines, Noble d’Urzy, Boshoevens Emily, Dreamed Victory, Mirage d’Ete, Esmeralda Run, Claude Carnevale, The Womanizer, Ocean Gede, Icare de Jemma, Uranium des Arkads u Absolutely Meader.


Ghandna wkoll zewg tigrijiet interessanti tal-klassi Gold li fihom se jiehdu sehem 14-il ziemel tat-trott f’kull wahda.  L-ewwel wahda tinkludi zwiemel bhal New Star D K (zewg rebhiet u zewg pjazzamenti fit-tieni post fl-erba’ tigrijiet tieghu f’Malta), Why Not As u Xray Hornline (li t-tnejn spiccaw fit-tieni post fl-ahhar tigrija taghhom), Happiness Photo (rebbieh tat-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu), Veikko Hornline (li ppjazza fit-tigrija ta’qabel ta’ l-ahhar tieghu) u partecipanti ohra promettenti.


It-tieni tigrija tara zwiemel f’forma tajba bhal Razor Shadow li gej minn zewg rebhiet konsekuttivi, Foot Stompin Music (b’rebha u zewg pjazzamenti fit-tieni post fl-ahhar tigrijiet taghha), Ironbar li rebha l-ahhar tigrija tieghu u li ppjazza f’dik ta’ qabilha, Lost Photo (rebbieh tat-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu), Means Nothing li ppjazza dejjem fl-ahhar tlett hargiet tieghu, Obelix Molgard u Count of Life li ppjazzaw f’kull wahda mill-ahhar zewg hargiet taghhom, Laval li ppjazza fl-uniku tigrija tieghu f’Malta s’issa, u diversi zwiemel popolari ohra.


Il-bqija tat-tigrijiet huma tlieta ghall-klassi Silver u tnejn kull wiehed riservati ghal zwiemel tat-trott tal-klassijiet Bronze u Copper.  Interessanti ninnutaaw li fil-klassi Copper ghandna r-rarita’ ta’ ziemel tat-trott Malti li qed jaghmel id-debutt tieghu (sa fejn naf jien huwa l-ewwel wiehed fi 28 sena), iz-ziemel ta’ 5 snin Pupo (iben il-Franciz Jivaldi d’Hague li kien jigri f’Malta u d-debba Maltija Dolly).  Fl-istess klassi nsibu wkoll id-debuttant Franciz Voila Dry, bl-iSvediz Who’s My Daddy mistenni jiddebutta fil-klassi Silver.


Ghaldaqstant qed tistenniena laqgha ohra twila u nteressanti nhar il-Hadd li gej, hekk kif nippreparaw ruhna ghal zewg attrazzjonijiet mill-aqwa li se jinzammu l-gimgha d-diehla, cioe’ l-Kampjonat Internazzjonali ghas-sewwieqa femminili nhar il-Gimgha u l-bidu tal-kampjonati Le Trot ghal zwiemel tat-trott Francizi nhar il-Gimgha u nhar il-Hadd; zewg avvenimenti ewlenin fil-kalendarju tat-tigrijiet ta’ din is-sena li lkoll ninsabu herqana li nsegwuhom u li kif jixraq, se naghtu aktar informazzjoni dettaljata fuqhom fl-edizzjoni tal-gimgha d-diehla.


L-ahhar Laqghat


L-ahhar zewg laqghat kienu mimlija b’avvenimenti mportanti li kienu jinkludu zewg tigrijiet tal-klassi Premier, tlett tigrijiet tal-klassi Gold, is-semi-finali mit-Tazza San Frangisk ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Copper u zewg tigrijiet tal-galopp.


Id-distanza tat-tigrijiet fis-semi-finali tat-Tazza San Frangisk kienet dik qasira ta’ 2,140m filwaqt li ghat-tigrijiet tat-trott “normali” d-distanza kienet dik sprint ta’ 1,640m, filwaqt li d-distanza tat-tigrijiet tal-galopp kienet dik ta’ 1,750m.


Ta’ min ninnutaw ir-rizultat storiku li kiseb il-Franciz ta’ 11-il sena Prieure’ misjuq minn Charles Camilleri fit-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Hadd fuq id-distanza sprint ta’ 1,640m, meta farrak ir-rekord nazzjonali tat-trott, b’hin ta’ 1’12’7 fil-kilometru (0.4 ta’ sekonda ahjar mir-rekord precenti ta’ 1’13’1 fil-kilometru).  Dan ifisser velocita’ medja ta’ madwar 49.5 kilometri fis-siegha u kien ukoll l-ahjar hin personali assolut ghal Prieure’ fil-karriera kollha tieghu.  Prosit tassew!


Klassi Premier


Original Blue u Quirio Charm hadu kmant bikri fit-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Hadd u grew ras’imb’ras bejniethom, b’Original Blue jmur fuq quddiem 850m mit-tmiem.  Madankollu 350m mit-tmiem rajna lil Zandina Boshoeve tohrog fuq in-nahat ta’ barra u tattakka liz-ziemel ta’ quddiem, u jirnexxielha tmur fuq quddiem fil-bidu tad-dritta tat-tmiem sabiex tikseb it-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet wahda stagjonali taghha fil-hin tajjeb hafna ta’ 1’13’7 fil-kilometru (l-ahjar hin personali assolut fil-karriera ghal Zandina Boshoeve), tlett tulijiet quddiem Ego Sanna, segwit minn Utah Hornline u Ourasi Diams.


Totti T. Dream mar fuq quddiem fil-bidu tat-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Hadd u mpona ritmu b’sahhtu fuq din it-tigrija, segwit minn diversi zwiemel ohra, l-aktar Zalgado Transs R u d-debuttant Germaniz Isalus.


Zalgado Transs R ha l-kmant 700m mit-tmiem, izda meta kien fadal 400m rajna lil Prieure’ javvanza b’mod impressjonanti erbgha fuq barra, biex jattakka z-ziemel ta’ quddiem fid-dritta tat-tmiem, imur quddiem f’nofs id-dritta u jisprintja ghall-ewwel rebha tieghu f’Malta, u fil-process dahal fl-istorja billi waqqaf ir-rekord nazzjonali li semmejna aktar ‘il fuq ta’ 1’12’7 fil-kilometru, tul u nofs quddiem Zalgado Transs R (li wkoll kiser ir-rekord nazzjonali precedent b’hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru), segwit minn Isalus u Chiara Sisu.


Klassi Gold


Orion du Vaumicel mar fuq quddiem 1,200m mit-tmiem fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar il-Hamis bis-sitwazzjoni tibqa’ l-istess sa l-ahhar nofs dawra meta dan iz-ziemel sofra l-attakk b’sahhtu ta’ New Star D K, b’dan ta’ l-ahhar jisprintja b’mod brillanti matul id-dritta tat-tmiem kollha biex irrezista l-isprint kuragguz ahhari ta’ Wies Buitenzorg fuq in-nahat ta’ barra u kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu f’1’14’4 fil-kilometru quddiem l-istess Wies Buitenzorg, segwita minn Orion du Vaumicel u Nitesco d’Antony.


Oolong mar fuq quddiem fl-istadji bikrija tat-tieni tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar il-Hamis u kien l-ewwel li dahal fid-dritta tat-tmiem.  F’dak l-istadju huwa gie attakkat b’mod determinat minn Lost Photo li mar fuq quddiem fl-ahhar ftit ghaxriet ta’ metri sabiex lahaq l-ewwel fuq il-gister.


Madankollu, Lost Photo gie skwalifikat talli bidel il-pass, b’Oolong b’hekk jikseb it-tieni rebha stagjonali u l-hames wahda tieghu f’Malta f’hin iehor tajjeb hafna ta’ 1’13’6 fil-kilometru (l-aqwa hin personali assolut fil-karriera tieghu), tul quddiem Why Not As, segwit minn Quioco Dry u Pan des Couperies.


Il-veteran ta’ 14-il sena Milord Barbes irritorna fiz-Zona tar-Rebbieha wara kwazi sentejn (il-hames rebha tieghu f’Malta) hekk kif iddomina l-uniku tigrija tal-klassi Gold nhar il-Hadd li ghadda, meta ha kmant bikri u mbaghad zammu matul it-triq kollha, u rrezista b’success l-attakki ta’ zwiemel ohra fid-dritta tat-tmiem, l-aktar dawk li waslu minn Ollico Pellois, Quintet du Vivier u Obelix Molgard, li spiccaw warajh f’dik l-ordni.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’15’8 fil-kilometru.


Semi-finali ghat-Tazza San Frangisk


Nhar il-Hamis l-1 ta’ Mejju rajna wkoll appuntament importanti iehor meta nzammu l-erba’ semi-finali ghat-Tazza San Frangisk riservati ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Copper.  L-ewwel tlieta minn kull semi-finali ghaddew ghall-finali.


L-ewwel semi-finali rrizultat fit-tieni rebha stagjonali ghal Dreamed Victory li spiccaw madwar tul quddiem Boshoevens Emily u Absolutelymeadow li kkwalifikaw ukoll f’hin ta’ 1’18’5 fil-kilometru.


Kien imiss imbaghad lil Pout de Quelaines li rritorna ghar-rebh wara kwazi tlett snin, meta rebah it-tieni semi-finali, tul u nofs quddiem Claude Carnevale b’Esmeralda Run tghaddi wkoll ghall-finali, meta spiccat fit-tielet post.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’17’4 fil-kilometru.  Naghtu wkoll l-isbah xewqat lis-sewwieq zghazugh Kerstin Galea li ghalih din kienet l-ewwel rebha fil-karriera tieghu.


Mirage d’Ete’ ddomina l-ahhar 350m tat-tielet semi-finali biex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’aktar minn sena u nofs b’distakk qawwi u fl-ahjar hin ta’ dawn is-semi-finali ta’ 1’17’2 fil-kilometru, bil-veteran Icare de Jemma u The Womanizer jikkwalifikaw ukoll ghall-finali.


Ocean Gede rritorna wkoll ghar-rebh wara nuqqas pjuttost twil miz-Zona tar-Rebbieha (sentejn), meta rebah bi tlett kwarti ta’ tul minn Uranium des Arkads, li gie segwit fil-finali minn Noble d’Urzy, f’hin ta’ 1’17’4 fil-kilometru.


Tigrijiet tal-Galopp


Enthrall hadet kmant immedjat fit-tigrija tal-galopp tal-Klassi A li kellna nhar il-Hamis, segwita minn Gold As Good u Kimberley Downs.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sad-dritta tal-faccata meta Gold As Good qabzet lid-debba ta’ quddiem u hadet il-kmant 750m mit-tmiem, izda f’dan l-istadju rajna zieda fil-velocita’ mpressjonanti ta’ Kimberley Downs li wasal ras’imb’ras ma’ Gold As Good 400m mit-tmiem.


Huwa mar fuq quddiem ftit ghaxriet ta’ metri wara u mbaghad iddomina l-bqija tat-tigrija sabiex kiseb it-tieni rebha stagjonali, s-seba’ wahda konsekuttiva u l-erbatax-il rebha tieghu f’Malta f’1’47’64, quddiem Zen li spicca b’sahhtu, segwit minn Gold As Good.


It-tigrija tal-galopp tal-Klassi B ta’ nhar il-Hadd ma tantx kellha storja hekk kif Ollie Fliptrik ha kmant immedjat u zammu matul it-tigrija kollha, u zied il-velocita’ tieghu fl-ahhar nofs dawra sabiex kiseb l-ewwel rebha tieghu fl-ahhar sena u nofs, xejn inqas minn hames tulijiet quddiem Buttermilk, segwit minn Bon Santos, f’hin ta’ 1’49’62.


Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva r-rizultati ta’ zewg testijiet tad-doping ohra li ttiehdu fl-2014.  Nifirhu minn qalbna lis-sidien u t-trejners ta’ Zizazimoko u Quioco Dry, rebbieha u z-ziemel li spicca fit-tieni post rispettivament fil-finali ghar-Ray Auto Dealer Challenge Cup ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Silver li nzammet fis-6 t’April 2014, li r-rizultati taghhom t-tnejn ikkonfermaw li kienu nodfa minn sustanzi projbiti.


Mitejn sekonda (It-Tieni Parti – It-Tigrija nnifisha)


Il-gimgha l-ohra bdejn nirrakkonta xi punti li laqtuni fil-finali tat-Tazza l-Kbira ta’ din is-sena u kont wasalt letteralment fil-bidu tat-tigrija nnifisha – dik it-tigrija li, filwaqt li hadet biss 200 sekonda, zammet lil kulhadd fuq ponot subajh bl-adrenalina ghaddejja kurjuz biex jara min se jkun ir-rebbieh!


Il-karozza tat-tluq tohrog ghal gol-korsa u tigi misjuqa bil-mod sal-gister, fejn tieqaf ghax xi hin hekk kif fuq l-arlogg ta’ fuqha jibda’ l-count down sal-hin li fadal ghat-tluq. Hekk kif l-arlogg jasal fuq il-hin ta’ minuta, tibda’ tpetpet il-bozza l-hadra ta’ fuqha.


L-istarter, siehbi Joe Zerafa, l-Prins, jidher li qisu qed ihares fid-direzzjoni tieghi fl-istands – kien qisu qed jammira l-folla enormi u jiftakar okkazjonijiet ohra mill-aqwa mill-passat – u nxejjirlu.  Kemm jien injorant!  Naturalment ma jistax jarani minn daqshekk il-boghod u b’dawn in-nies kollha fil-folla!


Fil-frattemp, iz-zwiemel jibdew gejjin bil-mod biex jiehdu posthom wara l-karozza – nistghu ninnutaw il-karattri diversi taghhom ... xi whud huma kalmi fl-apparenza taghhom, ohrajn huma bic-car nervuzi – izda jiena nemmen li looha jafu u jistghu jhossu madwarhom l-ecitament u l-importanza tat-tigrija li qed jippartecipaw fiha.


Kemm kienu jkunu kburin kieku kellhom ikunu jafu li kkwalifikaw sabiex jiehdu sehem fit-tigrija tas-sena f’Malta!


L-arlogg issa waral kwazi fuq iz-zero u Joe Zerafa jhabbar fuq il-mikrofonu “Ara tlaqna!”.  F’daqqa wahda l-folla bhal tikkwieta ghal ftit sekondi biss – t-tensjoni taqtaghha b’sikkina madwar il-korsa – hekk kif il-karozza tat-tluq tibda’ ticcaqlaq bil-mod, biz-zwiemel kollha jfittxu li jiehdu posthom wara n-numru allokat lilhom.


Xi nies hdejja qed jistaqsu min qed isuq lil min.  Jiena dejjem nitfixkel ghax ma jirreferux ghaz-zwiemel b’isimhom izda bil-laqam tas-sid li jiena qed ma nista’ nidra’!


F’temp ta’ ftit sekondi l-karozza tat-tluq izzid fil-velocita’ u f’daqqa wahda taghlaq gwenhajha u tahrab, b’mod li jkollna tluq validu ghat-tigrija.  F’daqqa wahda s-silenzju jispicca ghal kollox u l-folla tqum fuq taghha – l-istorbju ma jitwemminx, kulhadd isir kummentatur ghal dawk il-200 sekonda, qisu ma jistax izomm go fih dak li qed ihoss.


Ghal ftit sekondi Perceval ta’ France Cassar imur fuq quddiem, izda Charles Degiorgio fuq Cloria Victis malajr jaqbzu u jiehu l-kmant hu.  Issa Cloria Victis jaghti lit-tigrija pass kajman u nibda’ nisma’ l-kummenti min-nies ta’ madwari.


Wara l-ewwel mil, ta’ madwari jikkonsultaw l-istopwocc taghhom, b’mod sinkronizzat, u jaghtuni l-impressjoni li ilhom jaghmlu hekk gimgha wara l-ohra ghal ghaxriet ta’ snin!


Ir-ragel ta’ warajja – espert ta’ veru tat-tigrijiet taz-zwiemel – jikkummenta b’mod approfondit “Jekk ihallu l-Degiorgio jibqa’ sejjer b’dan ir-ritmu daqshekk baxx mhux se jirnexxielhom jaqilawh minn hemm.”  Iehor jikkummenta fuq l-istess suggett “Xi had irid johrog u jisfidah biex ikollhom cans ighadduh!”.


Fil-frattemp, ninsabu fil-bidu tal-ahhar dawra u issa l-pass tat-tigrija zdied bis-shih. Cloria Victis ghadu fuq quddiem u issa fid-dritta tal-faccata gejjin l-attakki taz-zwiemel l-ohrajn.  Tolqotni d-dehra ta’ Charles Degiorgio jhares fil-genb tieghu u jara lil Oran ta’ Julian Farrugia jattakka.


Madankollu meta jifdal 400m, nsib lili nnifsi nahseb li t-tigrija spiccat hekk kif Cloria Victis jiehu kmant solidu, minkejja l-isforzi qawwija tal-bicca l-kbira taz-zwiemel l-ohra. Kulhadd madwari qed jaqbel u jikkemmenta “Mhux se jaqbduh!”.


Ezatt qabel id-dhul fid-dritta tat-tmiem nara lil Charles Degiorgio jigbed il-kappuni homor ta’ Cloria Victis sabiex jippermetti liz-ziemel li jisma’ l-hsejjes ta’ madwaru – sinjal ghalih biex jaghti kull m’ghandu u jisprintja tal-gister.


Iz-ziemel jirrispondi b’entuzjazmu u jisprinja b’mod meraviljuz sal-gister b’velocita’ massima.


Perceval ta’ France Cassar jaghti dimostrazzjoni tal-kuragg tieghu u jisfidah sat-tmiem, filwaqt li Oltedo de Rieux ta’ Charles Camilleri wkoll jaghmel l-almu tieghu kollu u Quiet Way ta’ Peter Paul Said izid sew fil-velocita’ tieghu fl-ahhar sabiex jispicca fir-raba’ post quddiem Oran ta’ Julian Farrugia, izda ghajnejn kulhadd fil-korsa huma fuq Cloria Victis u fl-ahhar ftit metri s-sewwieq tieghu jhossu cert bizzejjed minnu li seta’ jaffordja l-lussu li jiggebbed lura b’sinjal ta’ vittorja.


Jolqotni l-fatt li z-ziemel bhal qisu jiddritta bis-shih hekk kif qed jaqsam il-linja tat-tmiem, bic-car kburi bis-success tieghu!


U mbaghad bit-tigrija mitmuma, hekk kif iz-zwiemel inaqqsu l-pass ghaxriet ta’ metri wara l-gister, moment iehor mill-isbah, hekk kif nara lil Charles Camilleri fuq Oltedo de Rieux jiggebbed biex jaqbad u jiehu b’id Charles Degiorgio li wkoll iggebbed ghal dak il-ghan.


Sinjal ta’ sportivita’ hekk kif ir-rebbieh tas-sena l-ohra, Camilleri (dakinhar fuq Nabab du Chatelet) b’mod simboliku jghaddi x-xettru u jawgura lil dak ta’ din is-sena (Degiorgio fuq Cloria Victis).


F’din is-sena taz-Ziemel ghac-Cinizi, ma nistax ma nahsibx li f’din it-Tazza l-Kbira, f’certu sens hija s-Sena tac-Charles, Charles Degiorgio s-sewwieq rebbieh, Charles Camilleri, r-rebbieh tas-sena l-ohra, li ppjazza fit-tielet post din is-sena, li bhalissa jinsab fuq quddiem fil-klassifika tas-Sewwieqa u protagonist bil-gest li ha b’idejn is-sewwieq rebbieh, Charles Borg, l-Ufficjal Ezekuttiv Ewlieni tal-Bank of Valletta u Charles Borg iehor, sid taz-ziemel rebbieh Cloria Victis.


Lorraine Cunningham, li kienet qed tikkummenta t-tigrija miz-Zona tar-Rebbieha, tinnota li din hija l-ewwel darba fl-istorja li zwiemel tat-trott Svediz rebah din it-Tazza prestigjuza izda zzid li ghad irridu nistennew ir-rizultat ufficjali.


Insib lili nnifsi nahseb li din hija wkoll is-sena ta’ l-anniversarji, mhux biss it-80 anniversarju mill-ewwel edizzjoni, izda wkoll safejn naf jien kien ezattament 50 sena ilu (1964) li l-ahhar ziemel mhux Franciz (it-Taljan Cerano) rebah din it-Tazza u 20 sena ilu (1994) minn meta l-Bank of Valletta l-ahhar sponsorja kampjonat tat-tigrijiet taz-zwiemel.


M’ghidniex 200 sekonda fil-bidu?  Kif jista’ jkun?  Ktibt zewg artikli fuqhom u mhux bizzejjed.  Se nispicca bit-tielet u l-ahhar parti li se tkopri l-avvenimenti ta’ wara t-tigrija.


 


Nagurawlkom laqgha ohra mill-aqwa nhar il-Hadd li gej.