Tuesday 13th May 2014
Kampjonat Internazzjonali Għal Sewwieqa Nisa

 


Nhar il-Ġimgħa filgħaxija fil-Korsa tal-Marsa ser isir Kampjonat Internazzjonali għal-Sewwieqa Nisa. Għalkemm fis-snin 2011 u 2012 kienu saru tiġrijiet Internazzjonali għan-Nisa pero’ din is-sena grazzi għall-għajnuna ta’ l-isponsors Equality u l-Kunsill Malti għall-Isport dan l-avveniment qed jiġi organizzat fuq skala akbar. 


Filfatt ser jieħdu sehem tnax il-mara li ġejjin minn disa’ pajjizi differenti inkluza Malta u dawn ser isuqu zewġ tiġrijiet. Kulħadd jingħata punti skond il-pozizzjoni li jidħol fiha u dik il-mara li ġġib l-akbar ammont ta’ punti minn dawn iz-zewġ tiġrijiet tiġi ddikjarata r-rebbieħa.


Il-parteċipanti barranin ġejjin minn Franza, l-Isvezja, l-Fillandja, l-Olanda, l-Italja, l-Estonja u s-Slovenja. Fost dawn hemm ir-rebbieħa tat-tiġrija li saret fl-2012 l-Olandiza Pamela Westgeest. Malta ser tkun irraprezentata minn Laura Cunningham.


 


Apparti t-tiġrijiet u l-ispettaklu, l-Malta Racing Club ħaseb li jabbina dan il-Kampjonat ma kawza nobbli u għalhekk stieden lill-Għaqda Europa Donna Malta sabiex ixerrdu aktar informazzjoni dwar il-marda tal-kanċer tas-sider fost in-nisa.


Barra minn hekk diversi mistiedna distinti diġi kkonfermaw l-prezenza tagħhom fost dawn l-Ambaxxatriċi Amerikana l-Eċċelenza tagħha Gina K.Abercrombie-Winstanely u l-Ambaxxatriċi Olandiza l-Eċċellenza tagħha Rita Dulci Rahman. Prezenti wkoll mistenni s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport l-Onorevoli Chris Agius kif ukoll ic-Chairman tal-Kunsill Malta għall-Isport l-Onorevoli Luciano Busuttil.


Is-sewwieqa parteċipanti ser jiġu pprezentati lill-pubbliku prezenti f’parata tal-muturi u wara li jindaqqu l-innijiet ta’ kull pajjiz li jirraprezentaw jingħataw tifkira ta’ l-okkazjoni. It-tiġrijiet huma riservati għal zwiemel tal-klassijiet Copper u Silver u wara kull tiġrija apparti tifkira lit-tfajla rebbieħa, s-sidien taz-zwiemel li jispiċċaw fl-ewwel erba’ positijiet ser jingħataw trofej u z-ziemel rebbieħ jingħata għata kommemorattiva.


Il-programm ta’ tiġrijiet jibda fis-6:30 u t-tiġrijiet tal-Kampjonat ikunu l-ħames u s-sebgħa waħda. Il-pubbliku in ġenerali speċjalment dawk nisa huma mħeġġa sabiex jattendu u jagħtu s-sostenn tagħhom lil dawn in-nisa li jipprattikaw sport li speċjalment f’Malta għadu ddominat mis-sess maskili.


 


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/10/14