Thursday 5th June 2014
Finali tal-Kampjonat Sette Giugno

 


Is-Sibt fil-Korsa tal-Marsa ser isir 27 programm ta’ l-istaġun li jikkonsisti f’9 tiġrijiet bl-attrazzjoni prinċipali tkun il-finali għat-Tazza Sette Giugno.


Fil-25 ta’ Mejju saru zewġ tiġrijiet kwalifikattivi li minnhom 10 t’izwiemel kisbu d-dritt li jiġru għal din it-tazza. Fost dawn insibu r-rebbieħ tat-Tazza l-Kbira Cloria Victis li għal darb’oħra misjuq minn Charles Degiorgio irnexxielu wkoll jikseb l-aqwa ħin irreġistrat s’issa f’din it-Tazza medja ta’ 1’13’9.


Għaldaqstant ħafna huma ħerqana biex jaraw il-finali tas-Sibt bi stennija kbira jekk hux ser jinkiser ir-rekord nazzjonali fuq id-distanza ta’ 2140m li bħalissa hu ta’ 1’13”4 irreġistrat minn Orcas Bac f’Ottubru tas-sena l-oħra. Jekk jinkiser dan ir-rekord hemm bonus speċjali ta’ 2700 ewro.


 


Din ser tkun ir-raba’ edizzjoni ta’ din it-Tazza bl-edizzjonijiet preċedenti jintrebħu minn Think Yatzee, Zilver Boko u Orcas Bac.  Il-fond totali tal-premjijiet ilaħħaq 2400 ewro u jingħataw ukoll trofej ta’ l-okkazjoni.


Il-finali tkun is-7 tiġrija tal-programm u tibda fl-4:20 p.m.


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/13/14