Saturday 14th June 2014
Id-29 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 – Il-15 ta’ Gunju

minn Magnat



Laqgha ohra tat-tigrijiet se tinzamm nhar il-Hadd b’bidu fis-2.30pm.  Din hija l-ahhar laqgha li se tinzamm il-Hadd wara nofsinhar qabel il-waqfa tas-sajf bil-bqija tal-laqghat jinzammu l-Gimgha fil-ghaxija.  Din il-laqgha tinkludi 8 tigrijiet tat-trott fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.



L-attrazzjoni ewlenija tikkonsisti bla dubju f’hames finali mill-kampjonati Le Trot, wahda gha kull klassi tat-trott, riservati esklussivament ghal zwiemel tat-trott Francizi.



L-attenzjoni principali naturalment tkun iffukata fuq il-finali tal-Prix de Vincennes riservata ghal zwiemel tat-trott Francizi tal-klassi Premier b’lista ta’ 11-il partecipant f’etajiet ta’ bejn 9 u 12-il sena.  Rebbieha ta’ 16-il tigrija u b’41 pjazzament iehor bejniethom, il-lista shiha ta’ 11-il ziemel imsewwi hija kif gej:



1.  Quouky Jet, ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 248,120 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru.   Huwa ghandu pjazzament wiehed miz-2 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,140m;



2.  Royal Pierre, ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 202,810 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’2 fil-kilometru.  Huwa ghandu pjazzament wiehed mit-3 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’16’2 fil-kilometru fuq 2,140m;



3. Ourasi Diams, ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 229,680 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’6 fil-kilometru.  Huwa ghdu ma rebahx f’Malta izda ppjazza ghaxar darbiet mit-23 tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’4 fil-kilometru (l-ahjar hin assolut fil-karriera tieghu) fuq 1,640m (1’15’2 fil-kilometru (darbtejn) fuq 2,140m);



4.  Pat de Fontaine, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 255,850 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’8 fil-kilometru.  Huwa rebah darbtejn u ppjazza darbtejn ohra mis-6 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’5 fil-kilometru fuq 2,640m (1’17’5 fil-kilometru fuq 2,140m);



5.  Prieure’, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 263,900 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’8 fil-kilometru.  Huwa rebah tlett darbiet u ppjazza darb’ohra mill-5 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin f’Malta u wkoll l-ahjar hin assolut fil-karriera tieghu jkun ir-rekord nazzjonali ta’ 1’12’7 fil-kilometru fuq 1,640m (1’14’0 fil-kilometru fuq 2,140m);



6. Pike Blue, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 220,310 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’1 fil-kilometru.  Huwa ghandu pjazzament wiehed miz-2 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’17’7 fil-kilometru fuq 2,140m;



7. Oran, ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 347,910 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’11’7 fil-kilometru.  Huwa rebah erba’ darbiet u ppjazza tmien darbiet ohra mill-21 tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin fostna jkun 1’13’6 fil-kilometru fuq 1,640m (1’14’5 fil-kilometru fuq 2,140m);



8. Perceval, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 238,890 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru.  Huwa ghandu rebha u tlett pjazzamenti mill-5 hargiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’2 fil-kilometru fuq 2,140m;



9.  Pronostic de Neige, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 256,140 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’5 fil-kilometru.  Huwa rebah darba miz-2 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’6 fil-kilometru fuq 2,140m;



10. Pouloud Keroc’H, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 235,970 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’3 fil-kilometru.  Huwa rebah darbtejn u ppjazza darbtejn ohra fil-5 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’6 fil-kilometru fuq 2,140m;



11.  Oltedo de Rieux, ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 183,230 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’5 fil-kilometru.  Huwa ghandu tlett rebhiet u 12-il pjazzament fl-24 tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’3 fil-kilometru fuq 2,640m (1’14’7 fil-kilometru fuq 2,140m).



Komdi bic-car fuq din id-distanza qasira b’xejn inqas minn disgha minn dawn iz-zwiemel jaghmlu l-ahjar hin taghhom f’Malta jew fuq 1,640m jew fuq 2,140m, ta’ minn jinnota li kwazi kollha ghandhom l-ahjar hin lokali ta’ 1’15’2 fil-kilometru jew ahjar.



Il-premjijiet fi flus jammontaw ghal 4,000 ewro b’2,250 ewro jmorru ghar-rebbieh.



Il-kwalita’ tal-partecipanti ma jhalli l-ebda dubju li t-tigrija ghandu tkun attrazzjoni mill-aqwa!



Il-Prix d’Enghien (klassi Gold) jikkostitwixxi attrazzjoni ohra b’9 zwiemel mill-aktar popolari li huma kollha msewwija u f’etajiet ta’ bejn 10 u 13-il sena.  Bejniethom s’issa rebhu 32 tigrija u ppjazzaw 42 darba ohra.  Dawn huma:



1. Pile Ou Face, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 63,520 ewro u li ghandu 9 rebhiet u 7 pjazzamenti f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’3 fil-kilometru fuq 1,640m;



2. Ollico Pellois, ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 107,060 ewro u li ghandu 5 rebhiet u 7 pjazzamenti f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’1 fil-kilometru fuq 2,140;



3. Pissaro, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 119,650 ewro u li ghandu rebha wahda u 7 pjazzamenti f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’6 fil-kilometru fuq 1,640m;



4. Quel Imprevu, ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 106,880 ewro u li ghandu 2 pjazzamenti f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’6 fil-kilometru fuq 2,140m;



5. Pepone du Castelet, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 90,740 ewro u li ghandu 4 rebhiet u 4 pjazzamenti ohra f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 1,640m;



6.Quel Noir, ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 175,130 ewro u li ghandu 2 rebhiet u 2 pjazzamenti f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’8 fil-kilometru fuq 2,140m;



7. Oeillet de Phens, ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 157,848 ewro u li ghandu rebha wahda u 5 pjazzamenti f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’8 fil-kilometru fuq 2,140m;



8. Quito Soyer, ta’ 10 snin, li ghandu rebh barra minn xtutna ta’ 152,980 ewro u li ghandu rebha wahda u pjazzament wiehed f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,140m;



9. Nagano Phedo, ta’ 13-il sena, li ghandu rebh barra minn xtutna ta’ 123,530 ewro u li ghandu 9 rebhiet u 7 pjazzamenti f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru fuq 1,640m.



Il-premjijiet fi flus ghal din il-finali jammontaw ghal 2,400 ewro, b’1,350 ewro jmorru ghar-rebbieh.



Il-Prix de Cabourg (klassi Silver) ighaqqad 11-il finalist (kollha zwiemel imsewwija) f’etajiet ta’ bejn 9 u 11-il sena.  Rebbieha ta’ 11-il tigrija u 33 pjazzament bejniethom hawn Malta dawn huma:  Quoly, Rocky de Jervi, Quipson, Ravageur de Peyre, Quim Itou, Recif du Layon, Rio du Gers, Roi du Solat, Panda des Fleches, Reve du Solnan u Quazoumax.



Il-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) jpoggi quddiemna 10 finalisti (9 zwiemel imsewwija u stalljun wiehed) f’etajiet ta’ bejn 7 u 15-il sena.  Rebbieha ta’ 18-il tigrija u 80 pjazzament bejniethom dawn huma:  Novak, Quipo du Tronquay, Record du Stade, Roff Gy, Quero des Erablais, Pancho Villa, Titus du Rib, Pacha de Sassy, Notre Joyeux u Lys de L’Oasis.



Fl-ahjar izda zgur mhux l-inqas ghandna l-Prix de Caen riservat ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Copper, u li jinkludi 10 finalisti (8 zwiemel imsewwija, stalljun wiehed u debba) u bhal ma jigri hafna drabi hawn ghandna l-ikbar differenza fl-eta’ bejn il-finalisti, cioe’ bejn 6 u 18-il sena.  Dawn rebhu numru mpressjonanti ta’ 44 tigrija u ppjazzaw xejn inqas minn 134 darba bejniethom.  Il-lista shiha hija:  Monticello, Nympheta du Bisoir, Ocean Gede’, Icare de Jemma, Pronto du Lys, Quincy Angot, Uranium des Arkads, Libre Echange, Olifant du Pouy u Mirage d’Ete’.



Fuq il-programm ghandna wkoll tigrija ferm interessanti tal-klassi Gold b’lista shiha ta’ 16-il partecipant, li jinkludu fost l-ohrajn ir-rebbieha ta’ dan l-ahhar Quome d’Avignere u Rubis d’Olivier, Regent de Tillard, Markus Klipp u Celebrity Photo li lkoll gejjin minn pjazzament promettenti fl-ahhar tigrija taghhom, Quattro du Gite u Quito de Femisson li t-tnejn ippjazzaw fit-tigrija ta’ qabel tal-ahhar taghhom u d-debuttant Franciz imsewwi ta’ 10 snin Quartz de l’Isac.



X’laqgha brillanti!  Ghalija xejn ma jeghleb laqgha li hija tant mimlija finali – l-glorja tat-tigrijiet taz-zwiemel.  Wara l-prezentazzjoni twila li ghamilna hawn fuq, m’hemm xejn iktar xi nzidu hlief li naghtu l-isbah xewqat lill-partecipanti kollha, lis-sidien, trejners, handlers u sewwieqa taghhom, u wara nofsinhar mill-isbah fil-korsa lill-ispettaturi kollha.



L-ahhar Laqghat



Iz-zewg laqghat ta’ tmiem il-gimgha li ghadda kienu ddominati minn zewg attrazzjonijiet kbar, l-ewwel il-finali ghat-Tazza Sette Giugno fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m riservata ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier (hlief ghal zwiemel tat-trott Francizi li qed jiehdu sehem fil-Prix de Vincennes) u l-Mediterranean Derby, l-aqwa unur f’Malta riservat ghal zwiemel tal-galopp, fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 1,750m – fil-125 anniversarju minn meta nzammet ghall-ewwel darba.



Kellna wkoll xi tigrijiet normali interessanti tat-trott ukoll fuq id-distanza ta’ 2,140m, inkluzi wahda ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier u tlieta ohra riservati ghal zwiemel li qed jigri fil-klassi Gold.



Finali tat-Tazza Sette Giugno (Klassi Premier)



Zalgado Transs R kien l-ewwel li mar quddiem fil-finali tat-Tazza Sette Giugno izda huwa nqabez wara biss 350m minn New Star D K.  Madankollu dawra u nofs mit-tmiem, rajna tibdila ohra fuq quddiem, hekk kif ir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira BOV u rebbieh ta’ semi-finali Cloria Victis ha l-kmant b’sahha kif normalment jippreferi jaghmel, segwit mill-qrib mir-rebbieh tas-semi-finali l-ohra Yanantin Boko.




Cloria Victis baqa’ fuq quddiem ghal bejn wiehed u iehor id-dawra ta’ wara, izda fid-dritta tal-faccata rajnieh jigi attakkat bis-sahha minn Zalgado Transs R, b’Vejby Boom isegwi mill-qrib.  Fid-dritta tat-tmiem Cloria Victis kien ghadu fuq quddiem izda taht attakk determinat minn Zalgado Transs R li kien qed jisprintja tnejn fuq barra u Vejby Boom tlieta fuq barra.  Dan ta’ l-ahhar ipproduca l-iktar sprint b’sahhtu sabiex mar fuq quddiem fl-ahhar 100m u kien l-ewwel wiehed li lahaq il-gister.



Madankollu Vejby Boom gie skwalifikat talli bidel il-pass fl-ahhar 200m, bir-rebha b’hekk tghaddi ghand Zalgado Transs R (it-tielet rebha stagjonali tieghu) misjuq minn Nicholas Bonello (fl-ewwel rebh ta’ kampjonat ghalih bhala sewwieq), f’hin eccellenti ta’ 1’13’7 fil-kilometru (l-aqwa hin stagjonali fuq din id-distanza s’issa), tul u nofs quddiem Cloria Victis, segwit minn Zandina Boshoeve, Vanmaker Limburgia u New Star D K.


Wara din il-finali Dott Matthew Brincat, Cermen tal-Malta Racing Club, ipprezenta t-Tazza Sette Giugno lis-Sur Angelo Bonello u lil ibnu s-Sur Nicholas Bonello, sid u sewwieq rispettivament, taz-ziemel rebbieh, il-Germaniz ta' 8 snin, Zalgado Transs R. 



Mediterranean Derby



Bhal m’ghidna aktar ‘il fuq, it-tigrijiet tal-galopp kienu wkoll protagonist nhar il-Hadd li ghadda meta nzammet il-Mediterranean Derby b’lista shiha ta’ tmiem partecipanti.



Gold As Good u Kimberley Downs kienu l-aktar veloci barra mill-gageg tat-tluq, b’din ta’ l-ewwel malajr tiehu kmant bikri, segwita mill-istess Kimberley Downs, Pearl Storm u Timolin, fost ohrajn.  Diversi zwiemel bdew jattakkaw lid-debba ta’ quddiem mid-dritta tal-faccata izda Gold As Good zammet il-kmant ghal god-dritta tat-tmiem.



Fl-ahhar 200m Kimberley Downs rebbieh is-sena l-ohra, attakka b’mod kuragguz izda d-debba Irlandiza ta’ erba’ snin Gold As Good misjuqa mit-Taljan Giovanni Formica pproduciet sprint fantastiku li wassalha ghat-tieni rebha stagjonali u f’Malta u l-aktar importanti sabiex tnaqqax isimha fuq il-ferm prestigjuza Mediterranean Derby, f’hin ta’ 1’47’43, aktar minn zewg tulijiet quddiem l-istess Kimberley Downs segwit minn Timolin.


Fi tmiem din il-finali Dott Matthew Brincat, Cermen tal-Malta Racing Club, ipprezenta t-trofew prestigjuz lis-Sinjuri Jonathan Abela u Giovanni Formica, sid u sewwieq rispettivament ta' Gold As Good, id-debba rebbieha.


Tigrijiet “normali” – klassijiet Premier u Gold



Ego Sanna ha kmant bikri fit-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Hadd, izda huwa nqabez minn Mont Cenis Honey wara madwar 600m.  Imbaghad kien imiss lil Isalus li jmur fuq quddiem madwar 1,300 mit-tmiem.  Mont Cenis Honey ghamel ir-ritorn tieghu fid-dritta tal-faccata u rnexxielu jerga’ jmur fuq quddiem meta kien fadal madwar 600m, izda fl-istess hin rajna wkoll lil Made In Hoff tisprintja tajjeb tlieta fuq barra sabiex waslet ezatt wara Mont Cenis Honey fid-dahla tad-dritta tat-tmiem.



Dawn iz-zewg zwiemel grew ras’imb’ras fid-dritta izda Made In Hoff kienet iktar b’sahhitha dakinhar, hadet il-kmant 150m mit-tmiem u kisbet l-ewwel rebha stagjonali taghha (t-tieni wahda f’Malta), kwazi erba’ tulijiet quddiem l-istess Mont Cenis Honey, segwit minn Opal Hall u Chiara Sisu.



Nacarat Campbell ha kmant bikri fl-ewwel tigrija tal-klass Gold ta’ nhar is-Sibt, segwit ghal hafna hin minn Quozak Prior, Power Night Star u Los Angeles.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sa madwar 400m mit-tmiem, meta Quid d’Aliermont irnexxielu jipprogressa tajjeb u anki jiehu l-kmant.



Madankollu fl-istess hin Quel Homme kien qed izid fil-velocita’ tieghu sabiex wasal f’posizzjoni li jattakka liz-ziemel ta’ quddiem.  Dawn iz-zewg zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem flimkien izda Quel Homme ma damx ma ha l-kmant u mbaghad sprintja tajjeb sat-tmiem sabiex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta, kwazi erba’ tulijiet quddiem Quid d’Aliermont, segwit minn Los Angeles u Niky du Donjon, f’hin tajjeb hafna ta’ 1’14’1 fil-kilometru.



It-tieni tigrija tal-klassi Gold ma tantx kellha storja hekk kif Veikko Hornline ha kmant bikri u zammu matul it-tigrija kollha, u zied il-velocita’ tieghu aktar fl-ahhar 400m sabiex kiseb l-ewwel rebha tueghu fl-ahhar 8 xhur (it-tielet rebha tieghu f’Malta) f’hin ta’ 1’15’9 fil-kilometru, tlett tulijiet u nofs quddiem Quermes Rush li spicca b’sahhtu, segwit minn Qadjar Turgot u Quicker Magoda.



Quiet Way kien l-ewwel ziemel li ha l-kmant fl-uniku tigrija tal-klassi Gold li kellna nhar il-Hadd, kmant li zamm sad-dritta tat-tmiem.  Madankollu fid-dritta tal-faccata rajna l-avvanz determinat ta’ Original Blue fuq in-nahat ta’ barra, b’dan iz-ziemel jirnexxielu jasal sa ftit metri boghod miz-ziemel ta’ quddiem sad-dhul fid-dritta.



Original Blue ha l-kmant ftit wara u sprintja tajjeb ghat-tieni rebha tieghu f’Malta (l-ewwel wahda fl-ahhar hmistax-il-xahar) fl-ahjar hin tieghu f’Malta ta’ 1’14’2 fil-kilometru, aktar minn zewg tulijiet quddiem il-veteran Count of Life li spicca b’sahhtu, segwit minn Quiet Way u P.A. Surprise f’dik l-ordni.


Ahbarijiet Ohra



(i) Kampjonat ta’ Tmiem is-Sena Akkademika tal-Akkademja tal-Malta Racing Club



Is-sena akkademika 2013-14 tal-Akkademja tal-Malta Racing Club tasal fi tmiemha nhar is-Sibt 14 ta’ Gunju bil-prezentazzjoni tac-certifikati lill-istudenti li ppartecipaw.



L-ghada, matul il-laqgha tal-Hadd, se naraw il-finali tal-Kampjonat ta’ Tmiem is-Sena Akkademika ghall-istudenti ta’ din l-Akkademja li se jsuqu ponijiet tax-Shetland fuq distanza ta’ 700m.



Iz-zewg heats li wasslu ghal din il-finali nzammu fi tmiem il-gimgha li ghadda, b’dik tas-Sibt tintrebah mis-sewwieqa zaghzugha femminili Esmeralda Grima fuq Rosey, sewgita minn Gabriel Micallef fuq Lightning u Shaun Fenech fuq Ginger.  Imbaghad il-heat li nzammet nhar il-Hadd intrebhet minn Rover ta’ Denilson Cortis, segwit minn Dejan Calleja fuq Baby Boko u Ten Sharp misjuq minn Clint Gauci.



Issa din il-finali se tara l-partecipanti li gejjin:



1. Ginger (Shaun Fenech);



2. Lightning (Gabriel Micallef);



3. Rosey (Esmeralda Grima);



4. Ten Sharp (Clint Gauci);



5. Baby Boko (Dejan Calleja);



6. Rover (Denilson Cortis).



Nawgurawlhom ilkoll l-isbah xewqat, mhux biss sabiex jaghmlu l-almu taghhom kollu izda b’mod partikulari sabiex jiksbu esperjenza utli kemm fil-hila teknika kif ukoll fil-valur daqstant important tal-isportivita’.



Ta’ min ifahhar ukoll il-fatt li l-14-il partecipant fil-heats se jigu pprezentati kollha kemm huma b’tifkira tal-partecipazzjoni taghhom f’dan il-kampjonat, pass iehor fl-izvilupp taghhom bhala sewwieqa taz-zwiemel tal-futur.



 (ii) Unur tas-Sewwieq tax-Xahar – Mejju



Is-Sewwieq tax-Xahar ghal Mejju huwa Charles Camilleri, li rebah dan l-unur abbazi tad-disa’ rebhiet u sbatax-il pjazzament li rregistra mis-47 tigrija li ppartecipa fihom matul dak ix-xahar.



Daqstant importanti kienu t-tlett rebhiet ta’ Charles fil-laqgha tat-18 ta’ Mejju kif ukoll ir-rekord nazzjonali maghmul fuq Prieure’ (1’12’7 fil-kilometru fuq 1,640m) fil-laqgha tal-4 ta’ Mejju.



Ir-rebhiet ta’ Charles matul ix-xahar li ghadda waslu kif gej:  Prieure’ (darbtejn – klassi Premier), Pan des Couperies (klassi Gold – heats tal-Prix d’Enghien), Laval (klassi Gold), Purple Hall (darbtejn – klassi Silver), Victory Pointer (klassi Bronze), Record du Stade (klassi Bronze – heats tal-Prix de Cagnes Sur Mer) u November Oaks (klassi Bronze – heats tal-Prix de Cagnes Sur Mer).



Prosit tassew Charles!



Niehdu wkoll l-opportunita’ li nirringrazzjaw lil Winner's Circle Bar & Restaurant, Mgarr, talli gentilment issupportjaw din l-inizjattiva billi sponsorjaw l-edizzjoni ta’ dan l-unur ta’ dan ix-xahar.



 (iii) Rizultati ta’ testijiet tad-doping



Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva rizultat ta’ test tad-doping iehor li ttiehed fl-2014.  Prosit tassew lis-sidien u t-trejners ta’ Ocean Gede’ li spicca fit-tieni post fil-finali tat-Tazza San Frangisk li nzammet fil-11 ta’ Mejju, liema rizultat ikkonferma li huwa kien nadif minn sustanzi projbiti.


 



Nawgurawlkom laqgha ta’ finali ecitanti nhar il-Hadd li gej.