Friday 20th June 2014
It-30 u l-31 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 – L-20 u s-27 ta’ Gunju

minn Magnat



L-ahhar zewg laqghat ta’ tigrijiet tal-ewwel fazi tal-istagun se jinzammu matul il-gimgha li gejja, cioe’ l-ewwel wahda nhar il-Gimgha 20 ta’ Gunju u mbaghad il-Gimgha ta’ wara 27 ta’ Gunju.  Kull wahda minn dawn il-laqghat tibda’ fis-7pm u tinkludi 9 tigrijiet tat-trott fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.



L-avveniment ewlieni huwa naturalment il-Gran Finali Variable Odds Betting riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier tan-nazzjonalitajiet kollha, b’nofs l-ghaxar finalisti jinghazlu fost iz-zwiemel bl-ahjar pjazzamenti fil-finali tal-Prix de Vincennes u l-ohrajn minn fost iz-zwiemel bl-ahjar prestazzjonijiet fil-finali tat-Tazza Sette Giugno.



Il-finalisti ghandhom etajiet ta’ bejn 8 u 12-il sena, b’hamsa Francizi, tlett Svedizi u zewg Germanizi.  Rebbieha ta’ 26 tigrija u b’52 pjazzament iehor bejniethom, il-lista shiha ta’ 7 zwiemel imsewwija, 2 stalljuni u debba wahda hija kif gej:



1. Zalgado Transs R, Germaniz ta’ 8 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ NOK604,684 u l-ahjar hin ta’ 1’12’8 fil-kilometru.  Huwa rebah tlett darbiet (inkluza l-finali tat-Tazza Sette Giugno) u ppjazza 7 darbiet ohra mill-11-il tigrija tieghu f’Malta s’issa, bl-ahjar hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru fuq 1,640m (1’13’7 fil-kilometru fuq 2,140m);



2.  Yanantin Boko, Svediz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK2,317,225 u l-ahjar hin ta’ 1’11’5 fil-kilometru.  Huwa ghandu rebha u pjazzament fit-tieni post f’Malta mit-tlett tigrijiet tieghu f’Malta s’issa bl-ahjar hin ta’ 1’14’1 fil-kilometru fuq 2,140m.



3. Oran, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 347,910 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’11’7 fil-kilometru.  Huwa rebah erba’ darbiet u ppjazza tmien darbiet ohra mit-22 tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin fostna ta’ 1’13’6 fil-kilometru fuq 1,640m (1’14’5 fil-kilometru fuq 2,140m);



4.  Pat de Fontaine, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 255,850 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’8 fil-kilometru.  Huwa rebah darbtejn u ppjazza tlett darbiet ohra mis-7 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’4 fil-kilometru fuq 2,140m;



5.  Zandina Boshoeve, Svediza ta’ 8 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 25,660 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’15’3 fil-kilometru.  Hija ghandha 7 rebhiet u 10 pjazzamenti mis-27 tigrija taghha f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’13’7 fil-kilometru fuq 1,640m (1’14’2 fil-kilometru fuq 2,140m);



6.  Vanmaker Limburgia, Germaniz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK977,418 u l-ahjar hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru.  Huwa ghadu ma rebahx f’Malta s’issa izda ppjazza xejn inqas minn 12-il darba mill-20 tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’13’6 fil-kilometru fuq 1,640m (1’14’0 fil-kilometru fuq 2,140m);



7. Pouloud Keroc’H, French 11 year old, with overseas winnings of Euro235,970 and a best time of 1’13’3 per kilometre.  It has won twice and placed another three times in its 6 races in Malta with a best time of 1’14’5 per kilometre on 2,140m;



8.  Prieure’, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 263,900 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’8 fil-kilometru.  Huwa rebah erba’ darbiet (inkluza l-finali tal-Prix de Vincennes tal-gimgha l-ohra) u ppjazza darb’ohra mis-6 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin tieghu f’Malta u wkoll l-ahjar hin assolut tal-karriera tieghu jkun ir-rekord nazzjonali ta’ 1’12’7 fil-kilometru fuq 1,640m (1’14’0 fil-kilometru fuq 2,140m);



9.  Cloria Victis, Svediz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,336,703 u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru.  Huwa rebah tlett darbiet (inkluza l-finali tat-Tazza l-Kbira BOV ta’ din is-sena) u ppjazza sitt darbiet ohra fl-10 tigrijiet tieghu f’Malta s’issa, bl-ahjar hin ta’ 1’13’9 fil-kilometru (darbtejn) fuq 2,140m;



10.  Quouky Jet, Franciz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 248,120 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru.  Huwa ghandu pjazzament wiehed mit-3 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin ta’ 1’14’9 fil-kilometru fuq 2,140m.



Certament komdi fuq din id-distanza qasira b’dawn iz-zwiemel kollha jaghmlu l-ahjar hin taghhom f’Malta jew fuq id-distanza ta’ 1,640m jew fuq 2,140m, ta’ minn jinnota li kollha kemm huma ghandhom l-ahjar hin fostna ta’ 1’14’9 fil-kilometru jew ahjar.



Il-premjijiet fi flus totali jammontaw ghal 3,200 ewro b’1,800 ewro jmorru ghar-rebbieh.



Minghajr dubju din il-Gran Finali tipprovdi okkazjoni xierqa biex biha ntemmu din l-ewwel fazi tal-istagun!



Il-programm ta’ nhar il-Gimgha li gej jipprezentalna tigrija “normali” tal-klassi Premier li tghaqqad fiha 13-il partecipant ta’ valur oghli, nkluzi r-rebbieha ta’ dan l-ahhar Made In Hoff u Original Blue, Mont Cenis Honey li spicca fit-tieni post gimghatejn ilu, Chiara Sisu, Ego Sanna, Isalus u Papy de la Potel li kollha kellhom prestazzjonijiet tajba dan l-ahhar, ir-rebbieh tal-finali tat-Tazza tal-President tas-sena l-ohra Gently di Poggio, z-zwiemel relattivament godda Goblin Grif, Pedro Vici u Palazio Valterne u d-debuttant Svediz ta’ 9 snin Zwack flimkien mad-debuttant Germaniz ta’ 8 snin Wee Catch Diamond, li huma t-tnejn zwiemel imsewwija.



Dan ta’ l-ahhar huwa miktub bl-oghla punti ta’ handicap ghal debuttant f’Malta.  Huwa ilu jigri barra minn Malta minn Settembru 2008, l-ewwel il-Germanja u mbaghad fl-iSvezja u Franza.  Ir-rebh ta’ flus tieghu jlahhqu SEK1,104,089 grazzi ghal 16-il rebha u hafna pjazzamenti, bl-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru, maghmlu darbtejn, id-darbtejn fl-iSvezja (f’Aby u Eskilstuna) fuq 1,640m, f’Jannar 2012 u mbaghad f’Lulju 2013.  L-aktar rebha prestigjuza tieghu kienet probabbli l-Breeders’ Crown Germaniza ghaz zwiemel ta’ 5 snin f’Gelsenkirchen (2,000m) f’Novembru 2011 bi premjijiet ta’ flus ta’ 58,548 ewro.  Minn nofs l-2013, fl-iSvezja, huwa baqa’ wkoll pjuttost konsistenti, b’seba’ pjazzamenti bejn it-tieni u l-hames post fuq diversi distanzi, apparti mill-ahjar hin kongunt tieghu msemmi aktar ‘il fuq.



F’dawn iz-zewg laqghat insibu wkoll 4 tigrijiet tal-klassi Gold, tnejn f’kull laqgha.



L-ewwel tigrija tal-klassi Gold fil-laqgha ta’ din il-gimgha tinkludi diversi zwiemel li gejjin prestazzjonijiet tajba, bhal Rapide du Matin li gej minn rebha u pjazzament fit-tieni post, Quome d’Avignere u Nacarat Campbell li t-tnejn rebhu t-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar taghhom, Markus Klipp u Regent de Tillard b’zewg pjazzamenti konsekuttivi, Malewe u Foot Stompin Music li t-tnejn spiccaw fit-tieni post fl-ahhar gimghat.



It-tieni tigrija mbaghad thallat diversi zwiemel li ghadhom kemm gew relegate mill-klassi Premier, bhal Royal Pierre, Quiet Way, Onyx Lucernais, Argus Hanover, Rocky Composite, P.A. Surprise u Brio, kif ukoll zwiemel li gejjin minn prestazzjonijiet promettenti bhar-rebbieh ta’ dan l-ahhar Veikko Hornline u zwiemel ohra li hadu pjazzamenti tajbin bhal Quermes Rush, Quintet u Wies Buitenzorg.



It-tigrijiet tal-klassi Gold tal-gimgha d-diehla huma tal-istess kwalita’, bit-tnejn jinkudu diversi rebbieha ta’ dan l-ahhar bhal Quito de Femisson, Purple Hall u Laval fl-ewwel wahda u Quel Homme fit-tieni.  Hafna ohrajn gejjin minn pjazzamenti tajba fl-ahhar zewg hargiet taghhom, bhal Quio de Nappes, Quartz de l’Isac, Niky du Donjon, Quid d’Aliermont, Pissaro, Quel Imprevu u Versace Boko fl-ewwel tigrija u Quartz Dancer, Los Angeles, Ollico Pellois, Nitesco d’Antony u Quicker Magoda fit-tieni wahda. 



It-tigrijiet l-ohra huma sitta ghall-klassi Silver, erbgha ghal zwiemel tal-klassi Bronze, biz-zewg tigrijiet l-ohra jkunu riservati ghall-klassi Copper.  Il-Francizi Red Love u Roc du Bois, it-tnejn ta’ 9 snin, kif ukoll dak ta’ 8 snin Saphir Censerie u l-iSvediza ta’ 6 snin Bella Chip mistennija jiddebuttaw fil-klassi Silver, filwaqt li l-Franciz ta’ 6 snin Uranos mistenni jaghmel l-ewwel dehra tieghu fil-klassi Bronze.



Bla dubju, din il-finali mill-aqwa u diversi tigrijiet “normali” bbilancjati ghandhom jipprovdu tmiem ecitanti ghall-ewwel fazi ta’ dan l-istagun!  Nammetti li din is-sena se nimmissja l-Kampjonat tas-Sajf u t-tigrijiet tas-sajf taht sema Mediterranju ta’ filghaxija mill-isbah, izda naturalment huwa xieraq li x-xoghlijiet ta’ manutenzjoni fil-korsa jiehdu prijorita’ dan is-sajf. Madankollu wara ftit gimghat ta’ mistrieh kemm ghaz-zwiemel kif ukoll ghall-bnedmin nistennew li niltaqghu mill-gdid f’Settembru ghat-tieni fazi tal-istagun.



L-ahhar Laqgha



Il-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda kienet kompletament iddominata mill-finali Le Trot riservati ghal zwiemel tat-trott Francizi ta’ kull klassi, sponsorjata mill-assocjazzjoni Franciza tat-trott, l-SECF.  Bhal ma hu normali matul dan iz-zmien tas-sena, d-distanza tat-tigrijiet kienet dik qasira ta’ 2,140m. 



Wara kull finali, Ms Emmanuelle Morvilliers, f’isem l-isponsors, akkumpanjata mic-Cermen tal-Malta Racing Club Dott Matthew Brincat, ipprezentat it-trofej u l-premjijiet lis-sewwieqa u s-sidien rebbieha.



Prix de Vincennes (klassi Premier)



Pat de Fontaine kien l-aktar ziemel veloci fil-bidu tal-finali tal-Prix de Vincennes meta ha vantagg zghir fuq Prieure’ u Ourasi Diams.  Madankollu Prieure’ kellu idejat ohra u rnexxielu jaqbez liz-ziemel ta’ quddiem mil mit-tmiem.



Dan iz-ziemel zamm il-kmant b’mod kunfidenti u mmexxi b’mod magistrali minn Charles Camilleri, zied il-velocita’ tieghu iktar fl-ahhar 400m.  Madankollu fid-dritta tat-tmiem, ghalkemm kien qed jisprintja b’velocita’ mpressjonanti, dan iz-ziemel kellu jiffaccja sfida mill-aktar determinate minn Pouloud Keroc’H u specjalment minn Pat de Fontaine, izda din kienet il-gurnata ta’ Prieure’ li kiseb ir-raba’ rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu f’hin eccellenti ta’ 1’14’3 fil-kilometru, ras quddiem l-istess Pat de Fontaine, b’Pouloud Keroc’H, Ourasi Diams u Oran isegwu f’dik l-ordni. 



Prix d’Enghien (klassi Gold)



Pepone du Castelet ha kmant bikri fil-finali tal-klassi Gold, segwit minn Quel Noir, sitwazzjoni li baqghet l-istess sa madwar 500m mit-tmiem meta Oeillet de Phens hareg tnejn fuq barra sabiex qabel lil Quel Noir u jattakka liz-ziemel ta’ quddiem.



Pepoe du Castelet u Oeillet de Phens dahlu ras’imb’ras fid-dritta tat-tmiem izda dan ta’ l-ahhar ha l-kmant ftit wara u sprintja sal-gister, izda fl-istess hin kellu jirrezisti sfida qawwija minn Quito Soyer b’dawn iz-zewg zwiemel jipprovdu tmiem ecitanti ras’imb’ras.



Il-photo finish ta l-ewwel rebha stagjonali (t-tieni wahda tieghu f’Malta) u l-Prix d’Enghien lil Oeillet de Phens ta’ Rodney Gatt f’1’15’6 fil-kilometru, nofs ras biss quddiem l-istess Quito Soyer segwit minn Quel Noir u Pepone du Castelet f’dik l-ordni.



Prix de Cabourg (klassi Silver)



Il-kmant bidel l-idejn numru ta’ drabi fl-ewwel 600m tal-finali tal-Prix de Cabourg, b’Rio du Gers jmur fuq quddiem kilometru u nofs mit-tmiem.  Madankollu dan ta’ l-ahhar bidel il-pass ezatt qabel il-bidu tal-ahhar dawra sabiex halla spazju lil Recife du Layon li mar fuq quddiem.



Dan ta’ l-ahhar baqa’ hemm sal-ahhar 250m meta nqabez minn diversi zwiemel, bid-dritta tat-tmiem tara dwell ecitanti bejn erba’ zwiemel jisprinjaw b’velocita’ li taqtaghlek nifsek sal-gister.  Panda des Fleches misjuq minn Christopher Cassar, kien l-aktar wiehed b’sahhtu minnhom, sabiex kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu u t-tieni wahda f’Malta f’1’16’0 fil-kilometru, ras biss quddiem Quazoumax, segwit minn Roi du Solat u Rocky de Jervi f’dik l-ordni.



Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze)



Kien Titus du Rib li mar fuq quddiem kmieni f’din il-finali, b’Pancho Villa jaqbzu wara 600m izda min-naha tieghu dan gie sostitwit ftit wara minn Notre Joyeux.  Madankollu fil-bidu tal-ahhar dawra Roff Gy mar b’sahhtu fuq quddiem u baqa’ hemm sad-dritta tat-tmiem.



Madankollu fil-frattemp, fid-dritta tal-faccata rajna lil Pacha de Sassy javvanza pozizzjoni wara l-ohra fuq in-nahat ta’ barra sabiex ippjazza ruhu fit-tieni post fil-bidu tal-ahhar nofs dawra.  Pacha de Sassy kompla javvanza tajjeb u jnaqqas id-distakk miz-ziemel ta’ quddiem.  Ghal god-dritta tat-tmiem kien Roff Gy segwti mill-qrib minn Pacha de Sassy, b’dawn iz-zewg zwiemel jisprintjaw ras’imb’ras.



Pacha de Sassy, misjuq minn Omar Cauchi kien l-aktar ziemel b’sahhtu dakinhar, mar fuq quddiem 100m mit-tmiem u kiseb ir-raba’ rebha konsekuttiva u l-hames rebha stagjonali tieghu u l-Prix de Cagnes Sur Mer f’1’17’0 fil-kilometru, zewg tulijiet quddiem l-istess Roff Gy, segwit minn Record du Stade u Titus du Rib.



Prix de Caen (klassi Copper)



Nympheta de Bisoir hadet kmant bikri fil-finali tal-Prix de Caen, izda 1,200m mit-tmiem rajna lil Uranium des Arkads javvanza fuq in-nahat ta’ barra mill-postijiet ta’ wara sabiex tela’ fit-tieni post.  Ftit wara, fil-bidu tal-ahhar dawra, Nympheta de Bisoir bidlet il-pass u giet skwalifikata, biex b’hekk halliet it-triq miftuha ghal Uranium des Arkads biex mar fuq quddiem.



Dan iz-ziemel tabilhaqq zied fil-velocita’ tieghu fl-ahhar nofs dawra biex zied il-vantagg tieghu.  Madankollu fl-ahhar 300m, il-veteran ta’ 18-il sena Icare de Jemma naqqas id-distakk miz-ziemel ta’ quddiem u tah bicca xoghol iebsa fid-dritta tat-tmiem.  Madankollu Uranium des Arkads ta’ sitt snin misjuq minn Kurt Saliba zamm sod u kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u r-raba’ rebha stagjonali tieghu u din l-edizzjoni tal-Prix de Caen f’hin ta’ 1’17’9 fil-kilometru, aktar minn tul u nofs quddiem l-istess Icare de Jemma segwit minn Mirage d’Ete u Ocean Gede’ f’dik l-ordni.



Tigrijiet normali – klassi Gold



Id-debuttant Quartz de l’Isac iddomina l-uniku tigrija “normali” tal-klassi Gold fil-programm ta’ nhar il-Hadd li ghadda mill-bidu sad-dritta tat-tmiem.  Madankollu dan iz-ziemel kien segwit qisu dell ghall-bicca l-kbira tat-tigrija minn Quito de Femisson, b’dan ta’ l-ahhar ifaqqa’ l-attakk tieghu fil-bidu tad-dritta tat-tmiem u mbaghad jiehu l-kmant fl-ahhar 150m sabiex baqa’ sejjer biex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’1’16’2 fil-kilometru, tul quddiem l-istess Quartz de l’Isac, segwit minn Markus Klipp li spicca b’sahhtu u Regent de Tillard.



Rizultati ta’ testijiet tad-doping



Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva r-risultati ta’ zewg testijiet tad-doping ohra li ttiehdu fl-2014.  Nghidu prosit tassew lis-sidien u t-trejners ta’ The Womanizer li ppjazza fit-tielet post fit-Tazza San Frangisk li nzammet fil-11 ta’ Mejju, liema rizultat ikkonferma li kien nadif minn sustanzi projbiti.



Sfortunatament ir-rizultat ta’ Pout de Quelaines mill-istess finali kien pozittiv, b’dan iz-ziemel ghalhekk jigi skwalifikat minbarra li jsofri l-penalitajiet l-ohra kkontemplati mir-regolamenti.  Ghalhekk ir-rizultat revedut tal-finali tat-Tazza San Frangisk ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Copper jaqra’ kif gej: ir-rebbieh huwa Ocean Gede’, segwit minn The Womanizer, Icare de Jemme u Noble d’Urzy f’dik l-ordni.



Kampjonat ta’ Tmiem is-Sena Akkademika tal-Akkademja tal-Malta Racing Club



U tabilhaqq kien hemm ukoll finali ohra nhar il-Hadd li ghadda u din ma kienet xejn inqas mill-ohrajn!



Qed nirreferu ghall-finali tal-Kampjonat ta’ Tmiem is-Sena Akkademika tal-Akkademja tal-Malta Racing Club ghal student ta’ din l-Akkademja, li kienu qed isuqu ponijiet tax-Shetland fuq distanza ta’ 700m, li qabilha saret parata tal-partecipanti kollha.



Il-partecipanti f’din il-finali kienu Ginger (Shaun Fenech), Lightning (Gabriel Micallef), Rosey (Esmeralda Grima), Ten Sharp (Clint Gauci), Baby Boko (Dejan Calleja) u Rover (Denilson Cortis).



Ir-rebbieh kien Rover ta’ Denilson Cortis quddiem Baby Boko misjuq minn Dejan Calleja u Ten Sharp ta’ Clint Gauci.  Prosit tassew lit-tlieta li huma, izda nixtiequ nghidu prosit u ninkoraggixxu wkoll lis-s6 partecipanti kollha f’din il-finali kif ukoll kull wiehed mill-14-il partecipant f’dan il-kampjonat.



Kollha ghamiltu l-almu taghkom kollu fi spirtu ta’ sportivita’ u ghalhekk jixirqilkom it-tifhir u l-ammirazzjoni taghna kollu.  U tabilhaqq kien ghalhekk mill-aktar xieraq li dawn il-partecipanti kollha gew ipprezentati b’tifkira tal-partecipazzjoni taghhom f’dan il-kampjonat.  Prosit tassew!



Dan itella’ ghal sebgha n-numru totali ta’ tigrijiet organizzati matul is-sena akkademika mill-Akkademja ghall-istudenti taghha, biex b’hekk wettqet il-wieghda taghha li zzomm medja ta’ tigrija kull xahar bhala kompetizzjoni ghall istudenti taghha matul laqghat tat-tigrijiet organizzati mill-Malta Racing Club.



It-Tazza Variable Odds Betting



Ili hafna naghmel il-punt favur li l-kampjonati tat-tigrijiet taz-zwiemel ikollhom identita’ dejjiema.  Dan ighinhom sabiex jibnu wirt storiku li jigi mghoddi minn rebbieh ghall-iehor.  Kull sena li tghaddi tkompli zzid il-prestigju tal-kampjonat partikulari.



Dan huwa wiehed mill-fatturi ewlenin li jaghmlu t-Tazza l-Kbira, l-Mediterranean Derby, it-Tazza tal-President u l-kampjonati SECF (issa Le Trot) tant prestigjuzi – l-wirt storiku li jinzammu regolarment b’rebbieh isegwi l-iehor.  Kampjonati ohra qed jibdu bil-mod il-mod dan l-istatus, bhat-Tazza Sette Giugno (li kienet inbdiet bhala l-MRC Premier Trot), il-kampjonat tas-Sajf, il-kampjonat tal-Harifa, l-Coronation Cup ecc.



L-ismijiet jistghu jinbidlu (per ezempju t-Tazza l-Kbira kienet maghrufa b’diversi ismijiet bhall-Malta Trotting Championship Cup, il-Malta Racing Club Challenge Cup ecc u l-istess kien il-kaz per ezempju tal-Mediterranean Derby li fil-bidu kienet il-United Service Challenge Cup) u l-isponsors jinbildu minn zmien ghal zmien izda l-kampjonat partikulari jibda’ hemm.



Dan huwa l-kaz anki barra minn Malta bil-Prix d’Amerique, l-Elitloppet u l-appuntamenti l-kbar l-ohra ta’ tigrijiet internazzjonali.



Izda ghal kull regola hemm eccezzjoni u dan huwa zgur il-kaz tat-Tazza Variable Odds Betting jew it-Tazza tal-Bookmakers, li dejjem kienet sponsorjata mill-Bookmakers tal-korsa u kisbet il-wirt storiku distint taghha permezz ta’ dan l-isem, permezz ta’ dan l-isponsor partikulari.



Din it-Tazza ghalhekk tirrapprezenta fattur u wirt originali fix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel Maltija – wiehed li ilu konness intimament mal-isponsors taghha mill-bidu u li tibqa’ hekk sal-lum.



Din hija wahda mill-aspetti dejjiema tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta u ghal dan ghandna nirringrazzjaw lid-diversi bookmakers li kkontribwew ghaliha bl-isponsorship taghhom matul is-snin.



Jekk imorru lura fiz-zmien, l-ewwel edizzjoni ta’ din it-Tazza li ltaqjt maghha kienet dik lib diet f’Dicembru 1981 u li spiccat bil-finali tat-3 ta’ Jannar 1982, mirbuha minn Gael.



Minn hemm ‘il quddiem din it-Tazza bdiet tinzamm prattikament kull sena ghad-19-il sena ta’ wara.  Nghid “prattikament” ghaliex bhal ma jigri spiss fil-bicca l-kbira tal-kampjonati tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta, hemm snin li fihom il-kampjonat jew final partikulari ma saritx; tabilhaqq ma stajtx insib ebda tracca ta’ din it-Tazza fi snin bhal ma huma l-1986, 1993, 1995 u 1998.



Min-naha l-ohra, karatteritika ohra ta’ din it-Tazza hija li f’diversi snin giet ikkontestata aktar minn darba.  Ghalhekk per ezempju fl-edizzjoni tal-1984 kien hemm tlett finali fl-istess gurnata (29 ta’ Jannar), ghall-klassijiet E u F, ghall-klassi G u ghall-klassi H.  Fl-1990, dan l-unur gie kkontestat darbtejn, fi Frar ghal zwiemel tat-trott tal-klassijiet C u D u f’Novembru ghal zwiemel tal-klassi C.



Wara l-finali li nzammet fit-23 t’April 2000 (mirbuha minn Black Zack), riservata ghall-klassijiet A u B, din it-Tazza kienet nieqsa mill-kalendarju tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta sakemm giet lura bis-sahha fl-2009 u baqghet maghna sal-lum.



U anki issa, din it-Tazza tigi kkontestata darbtejn fis-sena.



Id-distanzi tat-tigrija ghal din it-Tazza varjaw ukoll matul is-snin minn distanzi qosra ghal dawk twal.  Illum ghandna t-tnejn li huma, cioe’ d-distanza qasira ta’ 2,140m f’Gunju u d-distanza itwal ta’ 2,640m f’Dicembru.



Karatteristika ohra ta’ din it-Tazza hija li l-kampjonat partikulari, jew illum il-gurnata Gran Finali, kien miftuh ghal varjeta’ ta’ klassijiet.  Kien hemm snin meta dan kien kampjonat Open biz-zwiemel mill-klassijiet oghlja kollha jkunu eligibbli li jikkontestaw, per ezempju fl-1981, 1982 ecc.



Matul is-snin dan l-unur kellu l-karatteristika li ntrebah minn zwiemel li kienu jtellqu f’kull wahda mill-klassijiet antiki tat-trott, cioe’ mill-oghla klassi A1 sal-inqas klassi H.



Mill-2009 madankollu dan l-unur ewlieni tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta gie riservat ghall-aqwa zwiemel taghna, dawk tal-klassi Premier u mhux biss, izda dawk li jkunu ghaddew minn process ta’ ghazla iebes, permezza tal-kampjonati tal-Francizi u t-Tazza Sette Giugno – sabiex tassew tirrizulta f’Gran Finali denja ta’ dan l-unur bi tradizzjoni tant kbira!



Jalla jkollna finali ohra mill-aqwa u rebbieh gdid li jnaqqax ismu fl-istorja ta’ din it-Tazza mill-aqwa!



Sabiex innaqqas ftit tal-hin mill-impenji tieghi ddecidejt li mmur ghat-triq tan-nofs matul is-sena li gejja, cioe’ la li nieqaf u l-anqas li nikteb artiklu kull gimgha, izda li nibda’ nikteb artiklu kull gimghatejn jew tlett gimghat minn Settembru li gej.  Nahseb li dan ghandu jipprovdi bilanc iktar gust u jaghmel dan l-isforz iktar sostenibbli.


Dan huwa wkoll l-ahhar artiklu qabel il-waqfa tas-sajf minhabba li l-laqgha tas-27 ta’ Gunju se tkun l-ahhar wahda qabel ma nieqfu ghall-btajjel tas-sajf.



Issa ili nikteb dawn l-artikli ghal 4 snin shah, bdejn ftit wara t-Tazza tad-Dinja tal-Afrika t’Isfel u issa ninsabu f’nofs it-Tazza tad-Dinja Braziljana: 145 artiklu konsekuttiv, dejjem fuq bazi volontarja, bil-passjoni u l-entuzjazmu ta’ amateur li jhobb dan l-isport.



Nammetti li f’dawn l-ahhar sentejn, minhabba s-sieghat twal li kont qed nahdem, batejt mhux hazin biex insib sitt sieghat fil-gimgha f’nofs ta’ lejl jew fi tmiem il-gimgha sabiex nirricerka, nikteb u naqleb dawn l-artikli ta’ bejn 2,500 u 3,000 kelma.  Tabilhaqq ili mhux hazin nikkunsidra ghandix nieqaf.



Sabiex innaqqas ftit tal-hin mill-impenji tieghi pero’ minghajr ma nieqaf, iddecidejt li mmur ghat-triq tan-nofs matul is-sena li gejja, cioe’ la li nieqaf u l-anqas li nikteb artiklu kull gimgha, izda li nibda’ nikteb artiklu kull gimghatejn jew tlett gimghat minn Settembru li gej.  Nahseb li dan ghandu jipprovdi bilanc iktar gust u jaghmel dan l-isforz iktar sostenibbli.


Bhal dejjem f’dan iz-zmien tas-sena huwa xieraq ukoll li nirringrazzja lil dawk in-nies li gentilment ghenuni fil-preparazzjoni ta’ dawn l-artikli.  L-ewwelnett, il-Cermen, il-Kunsill u l-impjegati tal-Malta Racing Club, ghas-support kostanti taghhom.



Inpoggi fi klassi ghalih lil siehbi s-Sur Nicholas Farrugia, li dejjem ikun pront u disponibbli sabiex ighin f’termini ta’ statistici u nformazzjoni fuq ix-xena tat-trott Maltija u jiggwidani fuq varjeta’ ta’ materji li ghandhom x’jaqsmu mat-tigrijiet taz-zwiemel.  Huwa difficli hafna li tistaqsih xi haga fuq id-dixxiplina tat-trott f’Malta li ma jkunx f’pozizzjoni li jirrispondi!  Grazzi hafna Nicky!



Bhalma kien il-kaz fis-snin li ghaddew kien hemm ukoll diversi esperti u gurnalisti ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel li pprovdewli informazzjoni strumentali kull meta kkuntattjajthom.  Dawn jinkludu (f’ordni alfabetiku)  Twanny Bugeja, Mark Consiglio, Lorraine Cunningham, Tommy Cunningham, Mike Orland, Kenneth Vella, Mark Vella u ohrajn. 



Kelma ohra ta’ ringrazzjament tmur ghal dawk il-persuni li gentilment ghamlu “like” fuq facebook fuq l-artikli tieghu minn zmien ghal zmien.  Ghalkemm mhux hafna fin-numru napprezza kull wiehed minnhom u huma sors ta’ nkoraggiment ghalija.  Nirringrazzja wkoll lil dawk li qraw dawn l-artikli u sabuhom interessanti.



Nota finali ta’ ringrazzjament tmur ghall-esperti li jipprovdu n-nomini taghhom ghall-Unur tas-Sewwieq tax-Xahar u li jiena nikkuntattjahom kull xahar sabiex jipprovduni bin-nomini taghhom.  Il-kontribuzzjonijiet taghkom huwa tassew apprezzati.



U issa, wara dawn l-ahhar zewg laqghat, nixtiequlkom ilkoll btajjel hienja!  Nergghu niltaqghu, jekk Alla jrid, fl-ewwel nofs ta’ Settembru, ghal dan li nisperaw li tkun tieni fazi ecitanti tal-istagun.



Fil-frattemp, nawgurawlkom zewg laqghat mill-aqwa biex naghlqu l-ewwel fazi tal-istagun b’mod stipend.