Thursday 18th September 2014
Tithabbar il-mewt tas-Segretarju Generali tal-M.R.C. Twanny Bugeja

Dal-ghodu thabbret il-mewt ta' Twanny Bugeja li prezentament kien jokkupa il-kariga ta' Segretarju Generali tal-Malta Racing Club.


Twanny kien ilu involut fit-tigrijiet taz-zwiemel ghal aktar minn 35 sena  fejn sa' qabel ma' kien marid kien ukoll il-kummentatur tal-korsa. Fil-fatt  'Korsa' kien isem sinonimu mieghu peress li ghal hafna snin kien jipprezenta dan il-programm fuq l-istazzjon televiziv nazzjonali. Barra minn hekk kien ukoll il-kontributur ta' dan l-isport ghal gurnali l-Orizzont u t-Torca. 


https://www.youtube.com/watch?v=D05F38tFb2Q


Din kienet telfa ghal Malta Racing Club u d-dilletanti kollha. F'dan il-mument ta' sobgha l-Kunsill tal-Malta Racing jixtieq iwwassal il-kondoljanzi lil mara u t-tfal tieghu kif ukoll lil familjari u qraba.


 


 Malta Racing Club