Wednesday 12th November 2014
Ġerrej tax-Xahar Ġunju 2014 – Chris Cassar

Nhar il-Ġimgħa filgħaxija waqt il-programm ta’ tiġrijiet fil-Korsa tal-Marsa ser issir il-preżentazzjoni ta’ tifkira lil Chris Cassar li ġie magħżul bħala l-ġerrej tax-xahar għal Ġunju li għadda. Din il-preżentazzjoni ma kienitx saret qabel peress li l-istaġun tat-tiġrijiet kien wieqaf.


 


Chris Cassar huwa minn Ħal Qormi u għandu 34 sena. Ilu bil-liċenzja tas-sewqan mal-Malta Racing Club mis-sena 1999 u filfatt l-ewwel darba li saq f’tiġrija uffiċjali kien nhar l-4 t’April 1999 biż-żiemel Count Launcher. Pero kellhom jgħaddu ftit aktar minn 10 snin sabiex irreġistra l-ewwel rebħa tiegħu u din kienet biż-żiemel Jean Perrine nhar id-19 ta’ Ġunju 2009.


 


Sal-Ħadd li għadda Chris kien rebaħ total ta’ 10 tiġrijiet u daħal 40 darba mit-tieni sar-raba’ post.


 


Matul ix-xahar ta’ Ġunju Cassar saq 4 tiġrijiet fejn ħareġ rebbieħ darbtejn u spiċċa darba t-tieni u darba r-raba. Waħda mir-rebħiet kienet biż-żiemel Panda des Fleches fil-finali tal-Kampjonat sponsorjat mill-Assoċjazzjoni Franċiża tat-Trott għall-Klassi Silver il-Prix de Cabourg. Nhar il-Ħadd li ġej Chris Cassar jerġa jkun fl-azzjoni fil-Finali tat-Tazza tal-President biż-żiemel tiegħu stess Original Blue.


 


L-għażla għall-ġerrej tax-xahar tiġi deċiża mill-Kunsill tal-Malta Racing Club wara li l-ġurnalisti sportivi preżenti waqt it-tiġrijiet jissottomettu n-nominazzjonijiet tagħhom.


 


Din it-tifkira qed tiġi sponsorjata minn M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd u l-prodott tagħhom Johnnie Walker Whiskey grazzi għas-Sur Alfred Braddick li huwa l-Marketing Manager tal-Kumpanija.


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/23/14