Thursday 13th November 2014
Elezzjoni HOADA

Nixtiequ nfakkru lis-sidien u l-gerrejja kollha membri tal- Malta Racing Club li bejn ghada filghaxija u l-Hadd filghodu ser issir l-elezzjoni ghat-tliet rapprezentanti li ser iservu fil-Kunsill tal-Malta Racing 
Club f'isem il-gerrejja u s-sidien kollha. 

Huwa fid-dmir u l-interess ta' kull membru li jmur jivvota lil dawk it-tliet persuni li fl-opinjoni tieghu jistghu iharsu bl-ahjar mod l-interessi tas-sidien u l-gerrejja kollha u li jkunu lesti li jattendu l-laqghat u funzjonijiet ohra tal-Kunsill tal-Malta Racing Club.

Il-granet u hinijiet tal-votazzjoni huma dawn:
Il-Gimgha 14 ta' Novembru bejn is-7 pm u d-9 pm
Is-Sibt 15 ta' Novembru bejn is-7:30 am u l-11 am
Il-Hadd 16 ta' Novembru bejn is-7:30 am u l-11 am

Il-bierah ghalqu n-nominazzjonijiet u l-ghaxar membri li ser jikkontestaw huma Ivan Carabott, Josef Cassar, Stephen Ciangura, Kevin Debono, George Grech, Matthew Grech, Darren Mizzi, Ivan Stivala, Jason Vassallo u Brian Zammit.

Il-vot ser ikun bir-ritratti tal-kandidati kollha sabiex jaghmilha ehfef ghal kulhadd biex jaghmel il-preferenza tieghu.