Thursday 4th December 2014
Tazzi Jum ir-Repubblika

 


Nhar it-13 ta’ Diċembru fl-okkażżjoni ta’ l-40 Anniversarju minn mindu Malta saret Repubblika fil-Korsa tal-Marsa ser isiru sitt finali tat-trott u tiġrija tal-ponijiet.


 


Dan il-programm ta’ tiġrijiet jifforma parti mill-attivitajiet organiżżati mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u kien appuntu l-FCN li pprovda l-fondi għall-premjijiet kollha li ser jitqassmu f’dawn is-7 tiġrijiet kif  ukoll it-trofej.


 


L-interess mis-sidien sabiex jipparteċipaw f’dawn it-tiġrijiet kien wieħed qawwi u filfatt saru 18 il-tiġrija ta’ kwalifikazzjoni il-Ħadd 23 u l-Ġimgħa 28 ta’ Novembru.


 


Kull finali tat-trott tikkonsisti minn 12 il-żiemel u l-poloz ta’ dawk riservati għall-Klassijiet Gold, Silver A, Silver B, Bronze u Copper diġa ttellaw nhar it-Tnejn li għaddew. Illum fil-preżenza tas-sidien u ġerrejja taż-żwiemel finalisti telgħet l-polza tal-finali għall-klassi Premier.


 


Iż-żwiemel finalisti bil-ġerrejja probabli huma:


 


1.     1.   Veikko Hornline (Julian Farrugia)


2.     2.   P.A.Surprise (Lorraine Cunningham)


3.      3.  Vejby Boom (Charles Camilleri)


4.      4.  Wiss Roadrunner (Mario Farrugia)


5.     5.   Gently di Poggio (Brian Hili)


6.      6.  Nova Kebell (Redent Magro)


7.      7.  Zalgado Transs R (Nicholas Bonello)


8.      8.  Madam di Poggio (Noel Baldacchino)


9.      9.  Carmen Sund (Kurt Saliba)


10.  10, Zwack (Eric Bezzina)


11. 11.  Schwerin Boko (Rodney Gatt)


12.12.   Tap Dance (Michael Ellul)


 


Il-fond totali ta’ premjijiet li ser jitqassmu f’dawn is-7 tiġrijiet huwa ta’ 9000 ewro li minnhom 2400 ewro ser jintrebħu fil-Klassi Premier. F’kull tiġrija tat-trott l-ewwel erbgħa ser jingħataw trofej ta’ l-okkażjoni u f’dik tal-ponijiet ikunu l-ewwel tlieta li ser jiġu ppremjati.


 


Il-Konferenza stampa tal-llum ġiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, Żagħżagh u Sport l-Onorevoli Chris Agius, mic-Chairman tal-Malta Racing Club l-Avukat Matthew Brincat u mill-membru tal-Kumitat Organiżżattiv ta’ l-FCN is-Sur Jason Busuttil.


 


L-ewwel tġrija tibda fis-13:15 p.m.


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/25/14