Wednesday 14th January 2015
Bidu Ta' Stagun Gdid

Nhar il-Ħadd li ġej jingħata bidu għall-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel bi programm ta’ 8 tiġrijiet kollha tat-trott bl-aktar tiġrija mportanti tkun dik riservata għall-żwiemel tal-klassi Premier. L-ewwel tiġrija tibda fis-1:30 p.m. u d-distanza tat-tiġrijiet kollha tkun dik ta’ 2140m.


 


Matul il-programm ta’ nhar il-Ħadd ser jiġu ppremjati r-rebbieħa tad-diversi unuri matul l-istaġun li għadda. Dawn huma:


 


L-Aqwa Ġerrej – Charles Camilleri


Għandu 41 sena u mis-sena 2003 dejjem kien wieħed mill-aktar sewwieqa promettenti f’pajjiżna. Rebaħ l-unur ta’ l-aqwa ġerrej fis-snin 2004, 2005, 2006 u 2009 biex b’hekk dan hu il-ħames unur tiegħu. Fis-snin 2007, 2008, 2010, 2011, 2012 u 2013 kien spiċċa fit-tieni post. Matul is-sena l-oħra rebaħ total ta’ 39 tiġrija.


 


L-Aqwa Żiemel tat-Trott – Uranium des Arkads


Żiemel Franċiż ta’ 7 snin li ġie rreġistrat Malta fl-20 ta’ Frar 2014. Huwa rebaħ 8 tiġrijiet u spiċċa darba t-tieni u darba t-tielet minn 12 il-tiġrija li ħa sehem fihom. Dan iż-żiemel huwa propjeta ta’ Kurt Saliba.


 


L-Aqwa Ġerrej Żagħżugħ – Kurt Saliba


Għandu 22 sena u ilu jsuq mis-sena 2009. Fl-istaġun 2013 kien spiċċa fir-raba’ post u s-sena l-oħra spiċċa fil-quċċata tal-klassifika bi 12 il-rebħa.


 


L-Aqwa Jockey – Michael Sultana


Għandu 26 sena u meqjus wieħed mill-aqwa jockeys lokali f’dawn l-aħħar snin. Rebaħ l-unur ta’ l-aqwa jockey fis-snin 2009, 2010 u 2013 biex għalhekk dan għalih huwa r-raba’ unur. Fis-sena 2011 kien spiċċa t-tieni u fl-2012 kien spiċċa t-tielet. Matul is-sena 2014 rebaħ 7 tiġrijiet mill-11 li saru.


 


L-Aqwa Żiemel tal-Galopp – Ollie Fliptrik


Żiemel Amerikan ta’ 10 snin li ġie rreġistrat Malta fid-29 t’Awissu 2010. Fl-2014 rebaħ tiġrija waħda minn disgħa li ħa sehem fihom. Huwa kien ukoll rebaħ dan l-unur fis-sena 2011. Dan iż-żiemel huwa propjeta ta’ Ritianne Gatt.


 


L-Istaġun li għadda ddebuttaw 275 żiemel ġdid li huwa numru sostanzjali u 35 aktar mill-istaġun 2013. F’dan l-istaġun jidher li ukoll ser ikollna diversi żwiemel ġodda u filfatt fl-ewwel żewġ programmi diġa jidher li ser jiddebuttaw 18 il-żiemel.


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/01/15