Saturday 31st January 2015
L-Ewwel Kampjonat ta l-Istagun

Nhar il-Ħadd li ġej jingħata bidu għall-ewwel Kampjonat ta’ l-istaġun li bħas-sena l-oħra ser ikun sponsorjat mill-Kumpanija Assikura Insurance Brokers Ltd.


 


Dan il-Kampjonat għal darb’oħra ser ikun riservat għall-klassijiet Gold u Bronze. Nhar il-Ħadd ser isiru ħames heats bi 11 il-żiemel tal-klassi Gold u minn dawn 20 jgħaddu għall-fażi tas-semi finali li ser isiru il-Ħadd 15 ta’ Frar. Il-finali tkun b’10 t’iżwiemel u ssir il-Ħadd l-1 ta’ Marzu.  Fost il-55 żwiemel li nkitbu insibu wkoll 4 debuttanti.


 


Fil-finali ser jitqassmu total ta’ 1600 ewro fi premjijiet kif ukoll trofej għal dawk li jispiċċaw fl-ewwel erba’ postijiet.


 


Il-kampjonat riservat għall-klassi bronze jibda il-Ħadd 22 ta’ Frar bis-semi finali jsiru il-Ħadd 8 ta’ Marzu u l-Finali il-Ħamis 19 ta’ Marzu. Ir-reġistrazzjoni għal din il-klassi tittieħed fil-kitba li jmiss.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/03/15