Tuesday 24th February 2015
Kampjonat Assikura Insurance Brokers Ltd

Għall-sena oħra l-Kumpanija ta’ l-Assigurazjoni Assikura Insurance Brokers Ltd qiegħda tisponsorja kampjonat tat-tiġrijiet tat-trott u bħas-sena l-oħra ż-żwiemel parteċipanti eliġibbli biex jipparteċipaw kienu dawk tal-klassijiet Gold u Bronze


 


Dan l-ewwel kampjonat ta’ l-istaġun ra l-bidu tiegħu il-Ħadd l-1 ta’ Frar b’50 żiemel tal-Klassi Gold jikkompetu f’ħames tiġrijiet sabiex 20 ikkwalifikaw għas-semi finali li saru nhar il-Ħadd 15 ta’ Frar.


 


Issa baqa l-aħħar 9 li ser jikkompetu fil-finali li ser issir nhar l-1 ta’ Marzu. Minn dawn hemm tnejn li kienu wkoll finalisti s-sena l-oħra – Prince Gaillard li kien spiċċa fir-raba’ post u Wies Buitenzorg. Sfortunatament kellu jipparteċipa ukoll Quermes Rush iżda dan ġie skraċċjat.


 


Illum ittellaw il-poloz ta’ din il-finali sabiex jiġu abbinati n-numri tat-tluq maż-żwiemel.


 


Iż-żwiemel finalisti bil-ġerrejja li kkwalifikawhom u kif ħa jitilqu nhar il-Ħadd huma dawn:


 


1.       Prince Gaillard (Charles Camilleri)


2.       Quito de Neret (Noel Baldacchino)


3.       Quel Imprevu (Carmelo Micallef)


4.       Starfirefinnfemfel (Julian Farrugia)


5.       Quel Homme (Rodney Gatt)


6.       Record du Mexique (Marvin Cauchi)


7.       Ofackevo (Julian Farrugia)


8.       Wies Buitenzorg (Eric Bezzina)


9.       Cowboy Party (Chris Cassar)


Il-premjijiet ta din il-finali ser ikunu €900 - €400 - €200 - €100


Sadanittant il-Ħadd li għadda ingħata bidu wkoll għall-kampjonat riservat għall-żwiemel tal-Klassi Bronze. B’kollox saru 7 tiġrijiet li fihom ħadu sehem total ta’ 84 żiemel biex 28 żiemel ikkwalifikaw għas-semi finali li ser isiru nhar it-8 ta’ Marzu.  Il-finali ssir il-Ħamis 19 ta’ Marzu u l-premjijiet ikunu €450 - €200 - €100 - €50.


 


Preżenti għall-konferenza stampa tal-llum, apparti l-membri tal-Kunsill tal-Malta Racing Club Ivan Carabott, Stephen Ciangura u Kevin Debono kien hemm ukoll is-Sur Andrew Grech li huwa l-Managing Director tal-Kumpanija Assikura Insurance Brokers Ltd.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/04/15