Friday 27th February 2015
Gerrej tax-Xahar Novembru 2014

Nhar il-Ħadd li ġej ser issir preżentazzjoni ta’ tifkira lis-sewwieq Johann Axisa li ġie magħżul bħala l-ġerrej tax-xahar f’Novembru 2014.


 


Johann Axisa għandu 39 sena u ilu jsuq iż-żwiemel tiegħu u ta’ missieru minn meta ġab il-liċenzja ta’ ġerrej bl-ewwel tiġrija tiegħu tkun nhar l-1 ta’ Diċembru 1991 fuq Quidy de Favar.


 


Matul dawn is-snin huwa rnexxielu jirbaħ 29 tiġrija.


 


Novembru li għadda kien xahar partikolarment tajjeb għalih meta rebaħ tlieta mill-erbgħa tiġrijiet li saq fihom. It-tliet rebħiet kienu biż-żiemel Pedro Vici u kienu tiġrijiet kompetittivi meta kienu s-semi finali u l-finali tat-Tazza tal-President u waħda mis-semi finali tal-Prix de Vincennes.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/05/15